|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1109 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta' Awwissu 2006
dwar il-finanzjament għall-2006 ta' l-infiq li jikkonċerna s-sostenn għall-informatika u l-azzjonijiet ta' komunikazzjoni fil-qasam tas-saħħa u tal-benesseri ta' l-annimali
(2006/575/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar ċerti nfiq fil-kamp veterinarju (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 17 u 37 u 37a tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta' Marzu 2004 (2) dwar l-introduzzjoni tas-sistema TRACES tagħmel obbligatorju li l-Istati Membri jipparteċipaw fis-sistema mill-31 ta' Diċembru 2004. Għandu jsir provvediment għall-ispejjeż neċessarji għall-aġġornament tas-sistema imposta mill-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti u l-iżvilupp ta' TRACES, notevolment fil-qasam ta' l-assessjar tar-riskju. Minħabba d-domandi tekniċi marbuta mad-disponibilità u l-istabilità ta' l-ambjent ta' produzzjoni ta' TRACES kif ukoll minħabba l-eżiġenzi ta' sigurtà, huma wkoll neċessarji l-akkwist ta' tagħmir ta' kompjuters u t-twaqqif ta' grupp ta' sorveljanza u ta' manutenzjoni ddedikati esklussivament għal din is-sistema. L-użu ta' kuljum tas-sistema jeżiġi wkoll id-disponibilità ta' sostenn loġistiku rinforzat, wara li tiġi kkunsidrata l-esperjenza akkwistata. Il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Kommunità hi bbażata fuq l-Artikoli 37 u 37a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE. |
|
(2) |
Is-sistema ta' notifika mwaqqfa abbażi tad-Direttiva 82/894/KEE dwar in-notifika ta' mard ta' l-annimali fil-Komunità (3), permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/176/KE ta' l-1 ta' Marzu 2005 li tistabbilixxi l-forma kkodifikata u l-kodiċijiet relatati man-notifika tal-mard ta' l-annimali skond id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE (4) għandha tinżamm aġġornata b'mod tekniku. Il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Kommunità hi bbażata fuq l-Artikoli 37 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE. |
|
(3) |
Inbeda biss l-istudju ta' l-ispeċifikazzjonijiet ta' sistema ta' navigazzjoni prevista mid-Deċiżjoni 2005/607/KE dwar il-finanzjament għall-2005 ta' l-ispejjeż li jikkonċernaw is-sostenni informatiċi u l-azzjonijiet tal-komunikazzjonijiet fil-qasam tas-saħħa u tal-benesseri ta' l-annimali (5). Għalhekk hu neċessarju li jiġi pprogrammat mill-ġdid l-istudju dwar l-użu tat-teknoloġija tan-navigazzjoni bis-satellita għall-miljorament tal-ħarsien ta' l-animali, b'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 dwar il-ħarsien ta' l-annimali waqt it-trasport (6). Il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Kommunità hi bbażata fuq l-Artikoli 17 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE. |
|
(4) |
Il-politika ta' informazzjoni dwar il-ħarsien ta' l-annimali teżiġi wkoll kommunikazzjoni dwar l-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi fil-qasam, kif ukoll għarfien ta' l-imsieħba f'partenarjati kummerċjali ta' l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-benesseri tal-bhejjem tat-trobbija. Il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Kommunità hi bbażata fuq l-Artikoli 17 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali. |
IDDEĊIDIET:
Artikolu 1
TRACES
In-manutenzjoni, l-aġġornament u l-iżvilupp tas-sistema TRACES, indikati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE, huma awtorizzati għall-ammonti u l-obbjettivi segwenti:
|
— |
500 000 € għall-akkwist tat-tagħmir u tas-sostenn tekniku ddedikati u indispensabbli għall-eżiġenzi tad-disponibilità u s-sigurtà tas-sistema; |
|
— |
450 000 € għall-akkwist tas-sostenn loġistiku neċessarju fil-qafas ta' l-assistenza lill-utenti tas-sistema; |
|
— |
200 000 € għall-akkwist tas-sostenn tal-manutenzjoni neċessarja sabiex tiġi adattata s-sistema għall-iżviluppi legali u tekniċi. |
|
— |
300 000 € għall-iżviluppi informatiċi neċessarji għat-twettiq ta' modulu għall-immaniġġjar tar-riskju. |
Artikolu 2
Sistema ta' notifika tal-mard ta' l-annimali
Il-manutenzjoni tas-sistema ta' notifika, indikata fid-Deċiżjoni 2005/176/KE, hi awtorizzata għal ammont ta' 200 000 €.
Artikolu 3
Komunikazzjoni fil-qasam tal-benesseri ta' l-annimali
1. L-istudju għall-iżvilupp ta' teknoloġiji ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni relatati mat-tagħmir ta' navigazzjoni permezz tas-satellita li jippermetti li tittejjeb l-effettività tal-kontrolli uffiċjali fil-qasam tal-benesseri hu awtorizzat għal ammont ta' 200 000 €;
2. Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni, lill-konsumaturi, dwar l-informazzjonijiet relatati mal-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tal-ħarsien ta' l-annimali hi awtorizzata għal ammont ta' 240 000 €.
3. Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni, lill-imsieħba f'partenarjati kummerċjali, dwar l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tal-ħarsien ta' l-annimali hi awtorizzata għal ammont ta' 230 000 €.
Artikolu 4
Proċedura għall-għoti tal-kuntratti
Il-kuntratturi se jintgħażlu abbażi tas-sejħiet għall-offerti mnedijin fil-Ħarifa 2006.
Magħmul fi Brussell, nhar is-17 ta' Awwissu 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/53/KE (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37).
(2) ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/515/KE (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 29).
(3) ĠU L 378, 31.12.1982 p. 58. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/216/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 67, 5.3.2004, p. 27).