8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1104 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta' Awwissu 2006
li taħtar membri għall-Kumitat Xjentifiku dwar il-Limiti ta' l-Esponiment għal Aġenti Kimiċi waqt ix-Xogħol għal terminu ġdid ta' kariga
(2006/573/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/320/KE tat-12 ta' Lulju 1995 li twaqqaf Kumitat Xjentifiku dwar il-Limiti ta' Esponiment għal Aġenti Kimiċi waqt ix-Xogħol (1), minn issa 'l quddiem “il-Kumitat”, u b'mod partikolari ta' l-Artikolu 3 tagħha,
Wara li kkunsidrat il-lista ta' kandidati ppreżentata mill-Istati Membri,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 95/320/KE jipprevedi li l-Kumitat għandu jikkonsisti minn mhux aktar minn 21 membru magħżula minn fost kandidati adattati proposti mill-Istati Membri u li jirriflettu l-firxa sħiħa ta' għarfien xjentifiku espert li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq il-mandat tal-Kumitat. |
(2) |
L-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 95/320/KE jipprevedi li l-Kummissjoni għandha taħtar il-membri tal-Kumitat, fuq il-bażi ta' l-għarfien espert xjentifiku u l-esperjenza tagħhom evidenzati, wara li tkun ikkunsidrat il-ħtieġa li tiżgura li jkunu koperti d-diversi oqsma speċifiċi. |
(3) |
L-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 95/320/KE tipprevedi li t-terminu tal-kariga tal-membri tal-Kumitat għandu jkun ta' tliet snin u li l-ħatra tagħhom għandha tkun tista' tiġġedded. Wara li jiskadi ż-żmien ta' tliet snin, il-membri tal-Kumitat jibqgħu fil-kariga sakemm jinbidlu jew sakemm jiġġeddu l-ħatriet tagħhom. |
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ottubru 2002 (2) ħatret il-membri tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Limiti ta' Esponiment għal Aġenti Kimiċi waqt ix-Xogħol għat-tielet terminu ta' kariga mill-1 ta' April 2002 sal-31 ta' Marzu 2005. |
(5) |
Għalhekk jeħtieġ li l-membri tal-Kumitat jinħatru għar-raba' terminu tal-kariga (mill-1 ta' Lulju 2006 sat-30 ta' Ġunju 2009). |
(6) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Istati Membri, skond l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 95/320/KE, |
IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-Kummissjoni taħtar il-membri li ġejjin tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Limiti ta' Esponiment għal Aġenti Kimiċi waqt ix-Xogħol għat-terminu ta' kariga mill-1 ta' Lulju 2006 sat-30 ta' Ġunju 2009:
Bertazzi, Prof. Pier Alberto |
L-Italja |
Bolt, Prof. Hermann |
Il-Ġermanja |
Dominique, Dr. Lison |
Il-Belġju |
Fabiánová, Dr. Eleonóra |
Is-Slovakkja |
Foà, Prof. Vito |
L-Italja |
González, Dr. Enrique |
Spanja |
Greim, Prof. Helmut |
Il-Ġermanja |
Hartwig, Prof. Andrea |
Il-Ġermanja |
Hay, Prof. Alastair |
Ir-Renju Unit |
Hudak, Dr. Aranka |
L-Ungerija |
Johansson, Prof. Gunnar |
L-Iżvezja |
Levy, Prof. Leonard |
Ir-Renju Unit |
Masschelein, Prof. Raphaël |
Il-Belġju |
Meldrum, Mrs. Maureen |
Ir-Renju Unit |
Nielsen, Prof. Gunnar |
Id-Danimarka |
Nordman, Prof. Hendrik |
Il-Finlandja |
Pospischil, Dr. Erich |
L-Awstrija |
Pratt, Dr. Iona |
L-Irlanda |
Skowron, Dr. Jolanta |
Il-Polonja |
Stuecker, Dr. Isabelle |
Franza |
Woutersen, Dr. Ruud A. |
L-Olanda |
Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta' Awwissu 2006.
Għall-Kummissjoni
Vladimir SPIRLA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 188, 9.8.1995, p. 14. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/275/KE (ĠU L 101, 11.4.2006, p. 4).
(2) ĠU C 245, 11.10.2002, p. 5.