8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1068


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta' Awwissu 2006

li temenda l-Appendiċi B ta' l-Anness XII għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 fir-rigward ta' ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam, tal-ħut u tal-ħalib fil-Polonja

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3462)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/555/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, s-Slovenja u s-Slovakkja, u b'mod partikolari l-Anness XII, Kapitolu 6, Taqsima B, Subtaqsima I(1), paragrafu (e) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Polonja ngħatat perjodi tranżizzjonali għal ċerti stabbilimenti elenkati fl-Appendiċi B (1) ta' l-Anness XII għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

(2)

L-Appendiċi B ta' l-Anness XII għall-Att ta' l-Adeżjoni 2003 ġie emendat mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/458/KE (2), 2004/471/KE (3), 2004/474/KE (4), 2005/271/KE (5), 2005/591/KE (6), 2005/854/KE (7), 2006/14/KE (8), 2006/196/KE (9) u 2006/404/KE (10).

(3)

Skond dikjarazzjoni uffiċjali mill-awtorità kompetenti Pollakka ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam, tal-ħut u tal-ħalib temmew il-proċess tagħhom ta' titjib u issa jinstabu f'konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Ċerti stabbilimenti waqqfu l-attivitajiet tagħhom li għalihom kienu kisbu perjodu tranżitorju. Barra minn hekk ċerti stabbilimenti fis-settur tal-ħalib li kienu permessi li jipproċessaw ħalib konformi u ħalib li mhuwiex konformi ma' l-UE se jipproċessaw biss ħalib konformi ma' l-UE. Dawk l-istabbilimenti għandhom għalhekk jitneħħew mil-lista ta' stabbilimenti li qegħdin fi tranżizzjoni.

(4)

L-Appendiċi B ta' l-Anness XII ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali ġie infurmat bil-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-istabbilimenti elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni tneħħew mill-Appendiċi B ta' l-Anness XII għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar it-3 ta' Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 227 E, 23.9.2003, p. 1392.

(2)  ĠU L 156, 30.4.2004, p. 53. Verżjoni kkoreġġuta ĠU L 202, 7.6.2004, p. 39.

(3)  ĠU L 160, 30.4.2004, p. 56. Verżjoni kkoreġġuta ĠU L 212, 12.6.2004, p. 31.

(4)  ĠU L 160, 30.4.2004, p. 73. Verżjoni kkoreġġuta ĠU L 212, 12.6.2004, p. 44.

(5)  ĠU L 86, 5.4.2005, p. 13.

(6)  ĠU L 200, 30.7.2005, p. 96.

(7)  ĠU L 316, 2.12.2005, p. 17.

(8)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 66.

(9)  ĠU L 70, 9.3.2006, p. 80.

(10)  ĠU L 156, 9.6.2006, p. 16.


ANNESS

Lista ta' stabbilimenti li għandhom jitneħħew mill-Appendiċi B ta' l-Anness XII għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003

Stabbilimenti tal-laħam

Lista inizjali

Nru

Nru Veterinarju

Isem l-istabbiliment

6

02260202

Zakład Mięsny “NALPOL”

23

06110206

Zakład Mięsny

“Wierzejki”

Jan i Marek Zdanowscy

29

08610305

Masarnia Podmiejska Sp. j.

65

12620313

Zakład Masarski “ZDRÓJ” s.j.

133

20140101

MIĘSROL – Ubojnia Bydła, Trzody R. Tocicki

138

20060206

PPHU “LEMIR”

140

22020207

Zakład Przetwórstwa Mięsnego Jan Wnuk – Lipiński

189

26070201

Zakład Przetwórstwa

Mięsnego “MARKUZ” – Marian Kuzka

205

30070209

PPH “BARTEX” Sp. j.

ZPChr R. G. Brońś

215

30120317

PW Domak Dariusz Rozum

235

30250102

Rzez'nictwo M. i M. Wędliniarstwo

Matuszak

240

30280205

Masarnia Ubojnia

BRONEX Łukaszewska i Królczyk Sp. j.

242

30280301

PPH ROMEX, Grażyna Pachela, Masarnia

249

32050203

Masarnia Wiejska “Dyjak”

254

32080201

Rzeźnictwo

Wędliniarstwo Rybarkiewicz Mirosław


Il-laħam tat-tjur ta’ l-irziezet

Lista inizjali

Nru

Nru Veterinarju

Isem l-istabbiliment

35

24020605

Chłodnie Składowe

“Delico” S.C.

52

32050501

Zakład Drobiarski

“Kardrob”

Krystyna Skierska


L-istabbilimenti b’kapaċità baxxa ta’ laħam aħmar

Lista inizjali

Nru

 

Isem l-istabbiliment

5

 

Zakład Przetwórstwa Mięsa

w Paczkowie PPH

“Kalmar” spółka jawna E.A.M. Kaleta.;

Szczodrowice 65; 57-140 Biały Kościół; ul. AK 40, 48-370 Paczków


Settur tal-ħut

Lista inizjali

Nru

Nru Veterinarju

Isem l-istabbiliment

17

22121821

“Szprot” s.c. R. Giedryś i K.

Krzymuski


Is-settur tal-ħalib

Lista inizjali

Nru

Nru Veterinarju

Isem l-istabbiliment

6

02201611

OSM Trzebnica

8

04041603

ZM w Brzozowie,

Brzozowo

18

08611601

OSM Gorzów Wlkp.

32

10021602

OSM “Proszkownia”

41

12111602

ZPJ “Magda”

43

12171601

Podhalańska SM w Zakopanem

87

28071602

SM w Lubawie, Zakład Produkcyjny w Iławie

91

30031601

Rolnicza SM “Rolmlecz”

Zakład Mleczarski w Gnieźnie

95

30111603

“Champion” Sp. z o.o


Stabbilimenti permessi li jipproċessaw ħalib konformi u mhux konformi ma’ l-UE

Nru

Nru Veterinarju

Isem l-istabbiliment

2

B1 20021601

SM Łapy

7

A 20101601

“Polser” Sp. z o.o

18

B1 14201603

OSM Raciąż

21

B1 20051601

OSM Hajnówka

30

B1 20631601

SM “Sudowia” w Suwałkach

47

B1 14361601

RSM “Rolmlecz”