|
16.3.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
217 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-9 ta’ Ġunju 2006
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ex-Jugożlava tal-Maċedonja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru
(2006/550/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni fil-5 ta' Ġunju ta' l-2003 sabiex tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità ftehim mar-Repubblika ex-JUGOŻLAVA tal-Maċedonja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, konformement mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness mad-deċiżjoni tal-Kunsill li jawtorizza lill-Kummissjoni li tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. |
|
(3) |
Il-ftehim għandu jiġi ffirmat u applikat b' mod provviżorju, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ex-JUGOŻLAVA tal-Maċedonja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru huwa b'dan approvat f'isem il-Komunita', suġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' l-imsemmi Ftehim.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jagħżel il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem il-Komunita' suġġett għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 3
Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament mill-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar il-konklużjoni tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.
Artikolu 4
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim
Magħmula fi Brussel, 9 ta’ Ġunju 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
H. GORBACH
FTEHIM
bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ex-Jugożlava tal-Maċedonja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru
IL-KOMUNITÀ EWROPEA
minnaħa waħda, u
IR-REPUBBLIKA EX-JUGOŻLAVA TAL-MAĊEDONJA
min-naħa l-oħra
(minn hawn 'il quddiem imsejħa ’il-Partijiet’)
WAQT LI JINNOTAW li ġew konklużi ftehim ta' servizzi bilaterali ta' l-ajru bejn bosta Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika ex-Jugożlava tal-Maċedonja li jinkludu dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-liġi Komunitarja Ewropea,
WAQT LI JINNOTAW li l-Komunità Ewropea għandha kompetenza esklużiva fir-rigward ta' diversi aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehim bilaterali dwar servizzi ta' l-ajru bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,
WAQT LI JINNOTAW li taħt il-liġi tal-Komunità Ewropea kumpanniji ta' l-ajru Komunitarji stabbiliti fi Stat Membru għandhom dritt għal aċċess bla diskriminazzjoni għal rotot ta' l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,
WAQT LI KKUNSIDRAW il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu sehem f'kumpanniji ta' l-ajru liċenzjati konformement mal-liġi Komunitarja Ewropea,
WAQT LI JIRRIKONOXXU li d-dispożizzjonijiet tal-ftehim dwar servizzi bilaterali ta' l-ajru bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika ex-Jugożlava tal-Maċedonja, li huma kontra l-liġi Komunitarja Ewropea, iridu jinġiebu konformi ma' din sabiex tiġi stabbilita bażi legali tajba għas-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ex-Jugożlava tal-Maċedonja u sabiex tiġi ppreżervata l-kontinwità ta' tali servizzi ta' l-ajru,
WAQT LI JINNUTAW li mhuwiex l-iskop tal-Komunità Ewropea, bħala parti minn dawn in-negozjati, li jiżdied il-volum totali ta' traffiku ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ex-Jugożlava tal-Maċedonja, li jiġi milqut il-bilanċ bejn kumpanniji ta' l-ajru tal-Komunità u kumpanniji ta' l-ajru tar-Repubblika ex-Jugożlava tal-Maċedonja, jew li jiġu negozjati emendi għad-dispożizzjonijiet, ta' ftehim bilaterali eżistenti dwar servizzi ta' l-ajru, li jikkonernaw drittijiet tat-traffiku,
FTIEHMU DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet Ġenerali
1. Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, “Stati Membri” għandha tfisser Stati Membri tal-Komunità Ewropea.
2. Ir-referenzi f'kull Ftehim elenkat fl-Anness I għal ċittadini ta' l-Istat Membru li jkun parti għal dak il-Ftehim għandhom jinftiehmu bħala referenzi għaċ-ċittadini ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.
3. Ir-referenzi f'kull Ftehim elenkat fl-Anness I għal kumpanniji ta' l-ajru jew linji ta' l-ajru ta' l-Istat Membru li jkun parti għal dak il-Ftehim għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal kumpanniji ta' l-ajru jew linji ta' l-ajru nominati minn dak l-Istat Membru.
Artikolu 2
Nomina minn Stat Membru
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II(a) u (b) rispettivament, relattivament għan-nomina ta' kumpannija ta' l-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u permessi mogħtija lilha mir-Repubblika ex-Jugożlava tal-Maċedonja, u ċ-ċaħda, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet jew permessi tal-kumpannija ta' l-ajru, rispettivament.
2. Malli tirċievi n-nomina mingħand Stat Membru, ir-Repubblika ex-Jugożlava tal-Maċedonja għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi meħtieġa bl-anqas dewmien proċedurali, sakemm:
|
(i) |
il-kumpannija ta' l-ajru tkun stabbilita, taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju ta' l-Istat Membru li għażilha, u jkollha Liċenzja Operattiva valida konformement mal-liġi Komunitarja Ewropea; |
|
(ii) |
ikun eżerċitat u miżmum kontroll regolatorju effettiv tal-kumpannija ta' l-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta' l-Operaturi ta' l-Ajru tagħha u l-awtorità aeronawtika rilevanti tkun identifikata b'mod ċar fin-nomina; u |
|
(iii) |
il-kumpannija ta' l-ajru tkun proprjetà u tibqa' tkun proprjetà, direttament jew permezz tal-maġġoranza ta' l-ishma azzjonarji, ta' Stati Membri u/jew ta' ċittadini ta' Stati Membri, jew ta' Stati oħra elenkati fl-Anness III u/jew iċ-ċittadini ta' tali Stati oħra, u tkun f'kull waqt effettivament kontrollata minn dawn l-Istati u/jew dawn iċ-ċittadini. |
3. Ir-Repubblika ex-Jugożlava tal-Maċedonja tista' tiċħad, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta' kumpannija ta' l-ajru minn Stat Membru fejn:
|
(i) |
il-kumpannija ta' l-ajru ma tkunx stabbilita, taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju ta' l-Istat Membru nominanti jew ma jkollhiex Liċenzja Operattiva valida konformement mal-liġi tal-Komunità Ewropea; |
|
(ii) |
ma jkunx hemm kontroll regolatorju effettiv tal-kumpannija ta' l-ajru jew manutenzjoni mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta' l-Operaturi ta' l-Ajru tiegħu, jew l-awtorità aeronawtika relevanti ma tkunx identifikata b'mod ċar fin-nomina; jew |
|
(iii) |
il-kumpannija ta' l-ajru ma tkunx proprjetà ta', direttament jew permezz ta' l-akbar sehem azzjonarju, jew ma tkunx effettivament kontrollata minn Stati Membri u/jew iċ-ċittadini ta' Stati Membri, u/jew minn Stati oħra elenkati fl-Anness III u/jew iċ-ċittadini ta' tali Stati oħra. |
Fl-eżerċizzju tad-dritt tagħha taħt dan il-paragrafu, ir-Repubblika ex-Jugożlava tal-Maċedonja ma għandhiex tiddiskrimina bejn kumpanniji ta' l-ajru Komunitarji fuq il-bażi ta' nazzjonalità.
Artikolu 3
Drittijiet fir-rigward tal-kontroll regolatorju
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw l-Artikoli elenkati fl-Anness II (ċ).
2. Fejn Stat Membru ikun innomina kumpannija ta' l-ajru li l-kontroll regolatorju tagħha ikun eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-Repubblika ex-Jugożlava tal-Maċedonja taħt id-dispożizzjonijiet ta' protezzjoni tal-Ftehim bejn l-Istat Membru li nnomina l-kumpannija ta' l-ajru u r-Repubblika ex-Jugożlava tal-Maċedonja għandu japplika b'mod ugwali fir-rigward ta' l-adozzjoni, l-eżerċizzju jew iż-żamma ta' standards ta' sigurtà minn dak l-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward ta' l-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta' dik il-kumpannija ta' l-ajru.
Artikolu 4
Tassazzjoni tal-karburant ta' l-avjazzjoni
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II(d).
2. Minkejja kull dispożizzjoni oħra kontrarja, xejn f'kull wieħed mill-Ftehim elenkati fl-Anness II(d) ma għandu jżomm Stat Membru milli jimponi taxxi, imposti, dazji, drittijiet jew ħlasijiet fuq karburant li jiġi fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f'vettura ta' l-ajru ta' kumpannija ta' l-ajru nominata tar-Repubblika ex-Jugożlava tal-Maċedonja li topera bejn punt fit-territorju ta' Stat Membru u punt ieħor fit-territorju ta' dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.
Artikolu 5
Tariffi għat-trasport fil-Komunità Ewropea
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw l-Artikoli elenkati fl-Anness II(e).
2. It-tariffi li għandhom ikunu addebitati mill-kumpannija jew kumpanniji ta' l-ajru nominati mir-Repubblika ex-Jugożlava tal-Maċedonja permezz ta' Ftehim elenkat fl-Anness I li jinkludi dispożizzjoni elenkata fl-Anness II(e) għat-trasport kompletament fi ħdan il-Komunità Ewropea għandu jkun suġġett għal-liġi Komunitarja Ewropea.
Artikolu 6
Annessi mal-Ftehim
L-Annessi ma' dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integranti minnu.
Artikolu 7
Reviżjoni jew emendament
Il-Partijiet jistgħu, f'kull waqt, jirrivedu jew jemendaw dan il-Ftehim b'kunsens reiproku.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu jkunu ġew konklużi.
2. Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li japplikaw provviżorjament dan il-Ftehim mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar il-konklużjoni tal-proċeduri meħtieġa għal dan l-iskop.
3. Il-ftehim u arranġamenti oħrajn bejn l-Istati Membri u r-Repubblika ex-Jugożlava tal-Maċedonja li, fid-data tal-firma ta' dan il-Ftehim, ma jkunux għadhom daħlu fis-seħħ u li jkunu qegħdin jiġu applikati provviżorjament huma elenkati fl-Anness I(b). Dan il-Ftehim għandu japplika għal kull tali Ftehim u arranġament mad-dħul fis-seħħ jew ma' l-applikazzjoni provviżorja tagħhom.
Artikolu 9
Terminazzjoni
1. Fil-każ li Ftehim elenkat fl-Anness I jiġi terminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta' dan il-Ftehim li jirrelataw mal-Ftehim elenkat fl-Anness I konċernat għandhom jintemmu fl-istess waqt.
2. Fil-każ li l-Ftehim kollha elenkati fl-Anness I jiġu terminati, dan il-Ftehim għandu jintemm fl-istess waqt.
B'XHIEDA TA' DAN, dawn hawn taħt iffirmati, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.
Magħmul fil-Lussemburgu, duplikatament, fid-disa' jum ta' Ġunju tas-sena elfejn u sitta, f'kull waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Partijiet.
THE COUNCIL OF THE EUROPEAN UNION AND THE EUROPEAN COMMISSION
Luxembourg, 9 June 2006
Mr. Xhemali MEHAZI,
Minister of Transport and Communications
of the former Yugoslav Republic of Macedonia.
Dear Sir,
We have the honour to propose that, if it is acceptable to your Government, this letter and your confirmation shall together take the place of signature of the Agreement between the European Community and the former Yugoslav Republic of Macedonia on certain aspects of air services.
The text of the aforementioned Agreement, herewith annexed, has been approved for signature and provisional application by a decision of the Council of the European Union. This letter constitutes the notification, on behalf of the European Community, of the completion of the procedures necessary for provisional application of the Agreement in accordance with its Article 8.2. Therefore, this Agreement shall apply provisionally on the first day of the month following the date on which the Council receives your notification of the completion of the procedures necessary for this purpose.
Please accept, Sir, the assurance of our highest consideration.
For the European Community
REPUBLIC OF MACEDONIA MINISTRY OF TRANSPORT AND COMMUNICATIONS
Luxembourg, 9 June 2006
Dear Sirs,
I have the honor to acknowledge receipt of your letter dated 9 June 2006 regarding the signature of the Agreement between the Republic of Macedonia and the European Community on certain aspects of air services.
I confirm the acceptance of my Government that this letter and your letter shall together take place of signature of this Agreement.
However, I declare that the Republic of Macedonia does not accept the denomination used for my country in the above-mentioned Agreement having in view that the constitutional name of my country is the Republic of Macedonia.
Please accept, Sirs, the assurances of my highest consideration.
Xhemali MEHAZI
Minister of Transport and Communications
EUROPEAN COMMUNITY
BRUSSELS
THE COUNCIL OF THE EUROPEAN UNION AND THE EUROPEAN COMMISSION
Luxembourg, 9 June 2006
Mr. Xhemali MEHAZI,
Minister of Transport and Communications
of the former Yugoslav Republic of Macedonia.
Dear Sir,
We have the honour to acknowledge receipt of your letter of today's date.
The European Community notes that the Exchange of Letters between the European Community and the Former Yugoslav Republic of Macedonia, which takes the place of signature of the Agreement between the European Community and the former Yugoslav Republic of Macedonia on certain aspects of air services, has been accomplished and that this cannot be interpreted as acceptance or recognition by the European Community in whatever form or content of a denomination other than the "former Yugoslav Republic of Macedonia".
Please accept, Sir, the assurance of our highest consideration.
For the European Community
ANNESS I
Lista tal-Ftehim imsemmija fl-Artikolu I ta’ dan il-Ftehim
|
(a) |
Ftehim tas-servizzi ta’ l-ajru bejn ir-Repubblika ex-JUGOŻLAVA tal-Maċedonja u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qegħdin jiġu applikati provviżorjament
|
|
(b) |
Ftehim tas-servizzi bl-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn ir-Repubblika ex-JUGOŻLAVA tal-Maċedonja u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati provviżorjament
|
ANNESS II
Lista ta' Artikoli fil-Ftehim elenkati fl-Anness I u msemmija fl-Artikoli 2 sa 5 ta' dan il-Ftehim
|
(a) |
Nomina minn Stat Membru:
|
|
(b) |
Ċaħda, Revoka, Sospensjoni jew Limitazzjoni ta' Awtorizzazzjonijiet jew Permessi:
|
|
(ċ) |
Kontroll regolatorju:
|
|
(d) |
Tassazzjoni tal-Karburant ta' l-Avjazzjoni:
|
|
(e) |
Tariffi għat-trasport fil-Komunità Ewropea:
|
ANNESS III
Lista ta' stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta' dan il-Ftehim
|
(a) |
Ir-Repubblika ta' l-Iżlanda (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea); |
|
(b) |
Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea); |
|
(ċ) |
Ir-Renju tan-Norveġja (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea); |
|
(d) |
Il-Konfederazzjoni Żvizzera (taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport ta' l-Ajru) |