8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-20 ta' Lulju 2006
dwar kwestjonarju għar-rapporti ta' l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/13/KE matul il-perjodu 2005 — 2007
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3274)
(2006/534/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE tal-11 ta' Marzu 1999 (1) dwar il-limitazzjoni ta' taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta' solventi organiċi f'ċerti attivitajiet u istallazzjonijiet, u b'mod partikolari Artikolu 11(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 1999/13/KE, l-Istati Membri huma obbligati jwettqu rapporti dwar l-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva bbażati fuq kwestjonarju jew deskrizzjoni abbozzati mill-Kummissjoni. |
(2) |
L-Istati Membri ħejjew rapporti dwar l-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2003 sal-31 ta' Diċembru 2004 skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/529/KE (2). |
(3) |
It-tieni rapport għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2007. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat stipulata fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE, |
ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri għandhom jużaw il-kwestjonarju stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni sabiex iħejju r-rapport, li jkun ikopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2007, u li għandu jitressaq lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 1999/13/KE.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar l-20 ta' Lulju 2006.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Member of the Commission
(1) ĠU L 85, 29.3.1999, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 87).
(2) ĠU L 172, 2.7.2002, p. 57.
ANNESS
Kwestjonarju dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/13/KE dwar il-limitazzjoni taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta' solventi organiċi f'ċerti attivitajiet u istallazzjonijiet matul il-perjodu 2005 — 2007
Gwida sabiex jitwieġbu l-mistoqsijiet t'hawn taħt:
|
It-tweġibiet għandhom ikunu qosra u preċiżi kemm jista' jkun. |
|
L-informazzjoni sottomessa, b'mod partikolari dwar l-għadd ta' l-istallazzjonijiet u l-miżuri li ttieħdu, sakemm hija suffiċjenti biex turi li l-obbligi tad-Direttiva ġew milqugħa, tista' tinkludi data rappreżentattiva. |
|
Għar-rapporti li jkopru l-perjodi qabel id-dati stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 1999/13/KE, informazzjoni dwar l-istallazzjonijiet preżenti għandha tkun ibbażata fuq l-aħjar stimi disponibbli għal dawk il-perjodi. |
|
Fejn sitwazzjoni tibqa' ma tinbidilx, ir-referenza tista' ssir sempliċiment għar-risposti preċedenti, għalkemm dan mhux se jkun possibbli għall-Istati Membri li għalihom dan huwa l-ewwel perjodu ta' rappurtarrappurtae. Jekk kien hemm żviluppi ġodda, dawn għandhom ikunu deskritti fi tweġiba ġdida. |
1. DESKRIZZJONI ĠENERALI
X'inhuma l-karatteristiċi ewlenin tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li huma meħtieġa biex titwaqqaf sistema ta' awtorizzazzjoni jew ta' reġistrazzjoni sabiex jiġi assigurat li jkun hemm konformità ma' l-obbligi tad-Direttiva? Jekk jogħġbok niżżel fid-dettall it-tibdil fil-leġiżlazzjoni nazzjonali matul il-perjodu ta' rappurtar dwar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE.
2. IL-FIRXA TA' L-ISTALLAZZJONIJIET
Għal kull waħda mill-għoxrin sezzjoni ta' l-Anness II A, jekk jogħġbok ikkalkula kemm hemm stallazzjonijiet li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti hawn taħt (l-Istati Membri bi klassifikazzjoni differenti tas-settur fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jistgħu jużawha biex iwieġbu din il-mistoqsija).
— |
l-istallazzjonijiet kollha eżistenti fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(2), li kienu jaħdmu fit-tmiem tal-perjodu taż-żmien tar-rappurtarrappurtar, |
— |
l-istallazzjonijiet kollha li kienu rreġistrati jew awtorizzati mill-awtorità kompetenti matul il-perjodu ta' rappurtarrappurtar; |
— |
mill-istallazzjonijiet li kien hemm referenza għalihom fl-inċiż preċedenti, kemm minnhom kienu awtorizzati jew irreġistrati skond l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva? (fakultattiva); |
— |
kemm minn dawn l-istallazzjonijiet huma koperti wkoll mid-Direttiva IPCC? (fakultattiva). |
3. OBBLIGI BAŻIĊI GĦALL-OPERATURI
F'termini ġenerali, liema dispożizzjonijiet amministrattivi saru biex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jassiguraw li l-istallazzjonijiet joperaw skond il-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 5?
4. ISTALLAZZJONIJIET EŻISTENTIKEMM
Hemm stallazzjonijiet eżistenti li huma awtorizzati jew irreġistrati bħala li huma jużaw l-iskema ta' tnaqqis ta' l-Anness II B, skond Artikolu 4(3).
5. L-ISTALLAZZJONIJIET KOLLHA
5.1 |
Skond l-Artikolu 5(3)(a), l-Istati Membri għandhom jirrapurtaw lill-Kummissjoni dwar id-deroga fuq l-applikazzjoni tal-valuri ta' limitu għal emissjonijiet li jaħarbu.
|
5.2 |
Skond l-Artikolu 5(3)(b), l-attivitajiet li ma jistgħux jitħaddmu taħt kundizzjonijiet ikkontrollati, jistgħu jiġu eżentati mill-kontrolli ta' l-Anness II A fejn din il-possibiltà ma tiġix imsemmija espliċitament f'dak l-Anness.
|
6. PJANI NAZZJONALI
6.1 |
L-Istat Membru ddeċieda li jiddefinixxi u jimplimenta Pjan Nazzjonali skond l-Artikolu 6? (ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/541/KE (1) tas-6 ta' Settembru 2000 dwar il-kriterji għall-istima ta' pjani nazzjonali skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE) |
6.2 |
Kemm kien hemm stallazzjonijiet inklużi taħt il-pjan nazzjonali? X'inhu l-għan tat-tnaqqis fl-emissjonijiet li l-pjan se jwassal? X'inhi l-emissjoni ġenerali li hemm bħalissa għall-istallazzjonijiet koperti mill-pjan? Dan kif jitqabbel ma' kwalunkwe mira provviżorja ta' tnaqqis li taqa' fi ħdan dan il-perjodu ta' rappurtar? |
7. SOSTITUZZJONI
Wara l-għoti ta' gwida mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 7(1), dan kemm tqies fl-awtorizzazzjoni u fil-formolazzjoni tar-regoli ġenerali li jorbtu (ara Artikolu 7(2))?
8. MONITORAĠĠ
8.1 |
Fid-dawl ta' l-Artikolu 8(1), fil-każ fejn Stat Membru introduċa obbligu annwali ta' rappurtarrappurtargħall-operatur biex jipprovdi l-awtorità kompetenti b'data sabiex tiġi ivverifikata l-konformità mad-Direttiva, jekk jogħġbok semmi kemm kien hemm operaturi li ma tawx id-data neċessarja lill-awtorità kompetenti u għal kemm-il stallazzjoni? Liema miżuri jittieħdu mill-awtorità kompetenti sabiex jassiguraw li din l-informazzjoni tingħata fl-iqsar żmien possibbli? |
8.2 |
Fid-dawl ta' l-Artikolu 8(1), fil-każ fejn Stat Membru introduċa obbligu annwali ta' rappurtar “malli jintalab” għall-operatur biex jipprovdi lill-awtorità kompetenti b'data sabiex tiġi vverifikata l-konformità mad-Direttiva, jekk jogħġbok semmi kemm kien hemm operaturi li ma tawx id-data neċessarja lill-awtorità kompetenti u għal kemm-il stallazzjoni? |
8.3 |
Mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 8(4) u fir-rigward ta' Artikolu 8(3), jekk jogħġbok semmi l-għadd ta' stallazzjonijiet bi frekwenza ta' kejl mhux kontinwa ta' aktar minn sena? |
9. NUQQAS TA' KONFORMITÀ
Fir-rigward ta' l-Artikolu 10,
— |
Kemm kien hemm operaturi li nstabu li kisru l-obbligi ta' din id-Direttiva? |
— |
Liema miżuri jittieħdu sabiex tiġi mġedda l-konformità “fl-iqsar żmien possibbli” skond Artikolu 10(a)? |
— |
Kemm-il darba l-awtoritajiet kompetenti ssospendew jew irtiraw l-awtorizzazzjoni fejn ma kienx hemm konformità ma' l-Artikolu 10(b)? |
10. KONFORMITÀ MAL-VALURI TA' LIMITU GĦALL-EMISSJONIJIET
10.1 |
Fil-qosor iddeskrivi prattiċi li jassiguraw konformità mal-valuri tal-limitu għall-emissjonijiet fil-gassijiet ta' skart, mal-valuri ta' l-emissjonijiet li jaħarbu u mal-valuri totali ta' l-emissjonijiet. Jekk jogħġbok informa dwar l-eżempji biex jiġi assigurat li l-konformità tiġi applikata matul il-perjodu. |
10.2 |
X'inhuma, f'termini ġenerali, l-aktar prattiċi komuni dwar spezzjonijiet regolari fuq il-post mill-awtoritajiet kompetenti? Jekk dawn ma jitwettqux, l-awtoritajiet kompetenti kif jivverifikaw it-tagħrif ipprovvdut mill-operatur? |
11. SKEMA TA' TNAQQIS
11.1 |
X'inhi l-proċedura biex jiġi assigurat li l-iskema ta' tnaqqis proposta mill-operatur tikkorrispondi kemm jista' jkun ma' l-emissjonijiet li kienu jirriżultaw kieku kienu jiġu applikati l-valuri tal-limitu fl-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva? Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar l-esperjenza tiegħek fl-applikazzjoni ta' l-iskema ta' tnaqqis. |
11.2 |
Jekk inti użajt l-iskema ta' tnaqqis proposta f'Anness II B(2), jekk jogħġbok wieġeb il-mistoqsijiet li jmiss:
|
Ir-risposti jistgħu jkunu qosra u fil-forma ta' sommarju.
12. PJAN TA' ĠESTJONI TAS-SOLVENTI
Skond Artikolu 9, kif tintwera l-konformità mill-operatur (pjan ta' tmexxija tas-solventi jew l-ekwivalenti)?
13. AĊĊESS PUBBLIKU GĦALL-INFORMAZZJONI
Xi prattiċi, f'termini ġenerali, huma mwettqa sabiex jiġi assigurat li Artikolu 12 dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni, jiġi applikat?
14. RELAZZJONI MA' STRUMENTI KOMUNITARJI OĦRA
L-Istati Membri kif iqisu l-effiċjenza tad-Direttiva, fost ħwejjeġ oħra fil-paragun ma' l-istrumenti ambjentali l-oħra Komunitarji?