|
16.3.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
173 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-29 ta’ Novembru 2005
dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru
(2006/529/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80 (2), flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300 (2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità, ftehim ma’ l-Ukrajna dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru skond il-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għall-awtorizzazzjoni tal-5 ta’ Ġunju 2003. |
|
(3) |
Il-ftehim innegozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat, soġġett għall-konklużjoni possibli tiegħu aktar tard. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
1. Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat jaħtar il-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw, f’isem il-Komunità, il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.
2. It-test tal-ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Brussel, 29 ta’ Novembru 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
A. JOHNSON
FTEHIM
bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
IL-KOMUNITÀ EWROPEA
min-naħa l-waħda, u
L-UKRAJNA
min-naħa l-oħra
(minn hawn ‘il quddiem “il-Partijiet”)
FILWAQT LI JINNOTAW li ftehim bilaterali dwar servizzi ta’ l-ajru ġew konklużi bejn l-Istati Membri kollha tal-Komunità Ewropea u l-Ukrajna li fihom dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-liġi Komunitarja,
FILWAQT LI JINNOTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ bosta aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehim bilaterali dwar servizzi ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,
FILWAQT LI JINNOTAW li taħt il-liġi Komunitarja Ewropea kumpanniji tat-trasport bl-ajru Komunitarji stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għal rotot ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,
WARA LI KKUNSIDRAW il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbilità liċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu sehem f’kumpanniji tat-trasport bl-ajru liċenzjati skond il-liġi tal-Komunità Ewropea,
FILWAQT LI JAGĦRFU li ċerti dispożizzjonijiet tal-ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Ukrajna, li jmorru kontra l-liġi tal-Komunità Ewropea, jeħtieġ li jinġiebu f’konformità magħha sabiex tiġi stabbilita bażi legali soda għas-servizzi ta’ l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna u biex tiġi preservata l-kontinwità ta’ tali servizzi ta’ l-ajru,
FILWAQT LI JINNOTAW li m’huwiex l-għan tal-Komunità Ewropea, bħala parti minn dawn in-negozjati, li jiżdied il-volum totali tat-traffiku ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Ukrajna, li jiġi affettwat il-bilanċ bejn kumpanniji ta’ l-ajru Komunitarji u kumpanniji ta’ l-ajru ta’ l-Ukrajna, jew li jiġu negozjati emendi għad-dispożizzjonijiet ta’ ftehim bilaterali eżistenti dwar servizzi ta’ l-ajru fir-rigward ta’ drittijiet tat-traffiku.
QABLU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet Ġenerali
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, sakemm il-kuntest ma jkunx jeħtieġ mod ieħor, id-definizzjonijiet huma elenkati fl-Anness IV.
2. Referenzi f’kull wieħed mill-ftehim elenkati fl-Anness I għaċ-ċittadini ta’ l-Istat Membru li huwa parti ta’ dak il-ftehim għandhom jinftiehmu bħala referenzi għaċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.
3. Referenzi f’kull wieħed mill-ftehim elenkati fl-Anness I għal kumpanniji tat-trasport bl-ajru ta’ l-Istat Membru li huwa parti ta’ dak il-ftehim għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal kumpanniji tat-trasport bl-ajru nominati minn dak l-Istat Membru.
Artikolu 2
Nomina minn Stat Membru
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 għandhom jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness II, fir-rigward tan-nomina ta’ kumpannija tat-trasport bl-ajru mill-Istat Membru konċernat, l-awtorizzazzjonijiet tiegħu u l-permessi mogħtija mill-Ukrajna.
2. Mar-riċeviment ta’ nomina mingħand Stat Membru, l-Ukrajna għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi adatti bl-anqas dewmien proċedurali, basta li:
|
(i) |
il-kumpannija tat-trasport bl-ajru hija stabbilita, skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju ta’ l-Istat Membru li nnominha u li għandha Liċenzja Operattiva valida skond il-liġi Komunitarja Ewropea; |
|
(ii) |
il-kontroll regolatorju effettiv tal-kumpannija tat-trasport bl-ajru huwa eżerċitat u miżmum fis-seħħ mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta’ l-Operaturi ta’ l-Ajru tagħha u l-awtorità aeronawtika rilevanti hija identifikata b’mod ċar fin-nomina; u |
|
(iii) |
il-kumpannija tat-trasport bl-ajru tkun proprjetà, diretta jew permezz ta’ maġoritarju, u hija kkontrollata b’mod effettiv mill-Istati Membri u/jew ċittadini ta’ l-Istati Membri, u/jew ta’ stati oħra elenkati fl-Anness III u/jew taċ-ċittadini ta’ tali stati oħra. |
Artikolu 3
Ċaħda, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni mill-Ukrajna
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 għandhom jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness II2 (b), fir-rigward taċ-ċaħda, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet jew l-permessi ta’ kumpannija tat-trasport bl-ajru nominata minn Stat Membru.
2. L-Ukrajna tista’ tiċħad, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ kumpannija tat-trasport bl-ajru nnominata minn Stat Membru jekk:
|
(i) |
il-kumpannija tat-trasport bl-ajru mhijiex stabbilita, skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju ta’ l-Istat Membru li nnominha jew m’għandhiex Liċenzja Operattiva valida skond il-liġi tal-Komunità Ewropea; |
|
(ii) |
mhux qed jiġi eżerċitat jew mhux qed jiġi miżmum fis-seħħ kontroll regolatorju effettiv tal-kumpannija tat-trasport bl-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta’ l-Operaturi ta’ l-Ajru tagħha, jew l-awtorità aeronawtika rilevanti mhix identifikata b’mod ċar fin-nomina; jew |
|
(iii) |
il-kumpannija tat-trasport bl-ajru ma tkunx propjetà, direttament jew permezz ta’ maġoritarju, jew ma tkunx effettivament kontrollata mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri, u/jew minn stati oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta’ tali stati oħra |
Fl-eżerċizzju tad-dritt tagħha skond dan il-paragrafu, l-Ukrajna m’għandhiex tiddiskrimina bejn il-kumpanniji tat-trasport bl-ajru Komunitarji abbażi ta’ nazzjonalità.
Artikolu 4
Sikurezza
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 għandhom jikkomplimentaw l-artikoli elenkati fl-Anness II (ċ).
2. Meta Stat Membru jkun ħatar kumpannija tat-trasport bl-ajru li l-kontroll regolatorju tagħha ikun eżerċitat u miżmum fis-seħħ minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet ta’ l-Ukrajna taħt id-dispożizzjonijiet ta’ sikurezza tal-ftehim bejn l-Istat Membru li jkun innomina l-kumpannija tat-trasport bl-ajru u l-Ukrajna għandhom japplikaw bl-istess mod fir-rigward ta’ l-adozzjoni, l-eżerċizzju jew iż-żamma fis-seħħ ta’ l-istandards ta’ sikurezza minn dak l-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni operattiva ta’ dik il-kumpannija tat-trasport bl-ajru.
Artikolu 5
Tassazzjoni ta’ karburant għall-avjazzjoni
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 għandhom jikkomplimentaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness II (d).
2. Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra kontra dan, xejn f’kull wieħed mill-ftehim elenkati fl-Anness II(d) m’ għandu jżomm Stat Membru milli jimponi, fuq bażi mhux diskriminatorja, taxxi, imposti, dazji, drittijiet jew ħlasijiet fuq karburant li jiġi fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f’inġenji ta’ l-ajru ta’ kumpannija tat-trasport bl-ajru nnominata mill-Ukrajna li topera bejn punt fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru u punt ieħor fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.
Artikolu 6
Tariffi għat-trasport
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 għandhom jikkomplimentaw l-artikoli elenkati fl-Anness II (e).
2. It-tariffi li għandhom jintalbu mill-kumpannija/i tat-trasport bl-ajru nnominata/i mill-Ukrajna taħt xi wieħed mill-ftehim elenkati fl-Anness I li fih dispożizzjoni elenkata fl-Anness II (e) għat-trasport kollu kemm hu fi ħdan il-Komunità Ewropea, għandhom ikunu soġġetti għal-liġi tal-Komunità Ewropea.
Artikolu 7
Annessi
L-Annessi għal dan il-Ftehim għandhom jifformaw parti integrali minnu.
Artikolu 8
Reviżjoni jew emenda
Il-Partijiet jistgħu, f’kull ħin, jirrivedu jew jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data tar-riċeviment ta’ l-aħħar notifika bil-miktub tal-Partijiet dwar it-twettiq tal-proċeduri interni tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
2. Dan il-Ftehim għandu japplika għall-Ftehim kollha elenkati fl-Anness I (b) mad-dħul fis-seħħ tagħhom.
Artikolu 10
Terminazzjoni
1. Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness I jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li għandhom x’jaqsmu mal-ftehim elenkat fl-Anness I konċernat għandhom jiġu tterminati fl-istess ħin.
2. Fil-każ li l-ftehim kollha elenkati fl-Anness I jiġu tterminati, dan il-Ftehim jiġi tterminat fl-istess ħin.
Artikolu 11
Reġistrazzjoni
Dan il-Ftehim u l-emendi tiegħu għandhom jiġu rreġistrati ma’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ l-Avjazzjoni Ċivili.
B'XHIEDA TA' DAN, dawn hawn taħt iffirmati, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.
Hecho en Kiev, el uno de diciembre de dos mil cinco.
V Kyjevě dne prvního prosince dva tisíce pět.
Udfærdiget i Kiev den første december to tusind og fem.
Geschehen zu Kiew am ersten Dezember zweitausendundfünf.
Kahe tuhande viienda aasta detsembrikuu esimesel päeval Kiievis.
Κίεβο, μiα Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες πέντε.
Done at Kiev, on the first day of December, in the year two thousand and five.
Fait à Kiev, le premier décembre deux mille cinq.
Fatto a Kiev, addì primo dicembre duemilacinque.
Kijevā, divtūkstoš piektā gada pirmajā decembrī.
Priimta du tūstančiai penktų metų gruodžio pirmą dieną Kijeve.
Kelt Kievben, a kettőezerötödik év december első napján.
Magħmul f'Kiev, fl-ewwel jum ta' Diċembru tas-sena elfejn u ħamsa.
Gedaan te Kiev, de eerste december tweeduizend vijf.
Sporządzono w Kijowie dnia pierwszego grudnia roku dwutysięcznego piątego.
Feito em Kiev, em um de Dezembro de dois mil e cinco.
V Kyjeve dňa prvého decembra dvetisícpäť.
V Kijevu, prevega decembra leta dva tisoč pet.
Tehty Kiovassa ensimmäisenä päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattaviisi.
Som skedde i Kiev den första december tjugohundrafem.
Pour le Royaume de Belgique
Voor het Koninkrijk België
Für das Königreich Belgien
Za Českou republiku
På Kongeriget Danmarks vegne
Für die Bundesrepublik Deutschland
Eesti Vabariigi nimel
Για την Ελληνική Δημοκρατία
Por el Reino de España
Pour la République française
Thar cheann Na hÉireann
For Ireland
Per la Repubblica italiana
Για την Κυπριακή Δημοκρατία
Latvijas Republikas vārdā
Lietuvos Respublikos vardu
Pour le Grand-Duché de Luxembourg
A Magyar Köztársaság részéről
Għar-Repubblika ta' Malta
Voor het Koninkrijk der Nederlanden
Für die Republik Österreich
W imieniu Rzeczypospolitej Polskiej
Pela República Portuguesa
Za Republiko Slovenijo
Za Slovenskú republiku
Suomen tasavallan puolesta
För Republiken Finland
För Konungariket Sverige
For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland
Por la Comunidad Europea
Za Evropské společenství
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Euroopa Ühenduse nimel
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Eiropas Kopienas vārdā
Europos bendrijos vardu
az Európai Közösség részéről
Għall-Komunità Ewropea
Voor de Europese Gemeenschap
W imieniu Wspólnoty Europejskiej
Pela Comunidade Europeia
Za Európske spoločenstvo
Za Evropsko skupnost
Euroopan yhteisön puolesta
På Europeiska gemenskapens vägnar
ANNESS I
Lista tal-ftehim imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim
|
(a) |
Ftehim dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn l-Ukrajna u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, daħlu fis-seħħ jew ġew iffirmati; u arranġamenti oħra bejn l-Ukrajna u l-Istati Membri li qed jiġu applikati provviżorjament:
|
|
(b) |
Ftehim dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn l-Ukrajna u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, ġew inizjalati,
|
ANNESS II
Lista ta’ artikoli fil-ftehim imniżżla fl-Anness I u msemmija fl-Artikoli 2 sa 6 ta’ dan il-Ftehim
|
(a) |
Nomini minn Stat Membru:
|
|
(b) |
Ċaħda, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet jew permessi:
|
|
(ċ) |
Sikurezza:
|
|
(d) |
Tassazzjoni tal-karburant ta’ l-avjazzjoni:
|
|
(e) |
Tariffi għat-trasport:
|
ANNESS III
Lista ta’ stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim
|
(a) |
Ir-Repubblika ta’ l-Iżlanda (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); |
|
(b) |
Il-Prinċipalità ta’ Liechtenstein (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); |
|
(ċ) |
Ir-Renju tan-Norveġja (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); |
|
(d) |
Il-Konfederazzjoni Żvizzera (taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru) |
ANNESS IV
Definizzjonijiet
L-espressjoni “Stat Membru” tfisser kwalunkwe Stat Membru tal-Komunità Ewropea.
L-espressjoni “Stabbiliment ta’ kumpannija tat-trasport bl-ajru (linja ta’ l-ajru) Komunitarja fuq it-territorju ta’ Stat Membru” timplika l-eżerċizzju effettiv u reali ta’ l-attività tat-trasport bl-ajru permezz ta’ arranġamenti stabbli. Il-forma legali ta’ tali stabbiliment, sew jekk tkun fergħa jew sussidjarja b’personalità ġuridika, m’għandhiex tkun il-fattur determinanti f’dan ir-rigward.
L-espressjoni “Liċenzja Operattiva” tfisser awtorizzazzjoni mogħtija mill-Istat Membru responsabbli għal impriża u li jippermettiha li twettaq bl-ajru it-trasport ta’ passiġġieri, posta u/jew merkanzija, kif iddikjarat fil-liċenza operattiva, bi ħlas u/jew kiri.
L-espressjoni “Ċertifikat ta’ l-operatur ta’ l-ajru” tfisser dokument maħruġ għal impriża jew grupp ta’ impriżi mill-awtoritajiet kompetenti li jafferma li l-operatur konċernat għandu l-kapaċità professjonali u l-organizzazzjoni sabiex jiggarantixxi l-operat sikur ta’ inġenju ta’ l-ajru għall-attivitajiet ta’ avjazzjoni speċifikati fiċ-ċertifikat.
Prova ta’ “kontroll regolatorju effettiv” timplika iżda mhijiex limitata għal: il-kumpannija tat-trasport bl-ajru għandha Liċenzja Operattiva valida maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti, u tissodisfa l-kriterji għall-operazzjoni ta’ servizzi ta’ l-ajru internazzjonali stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti, bħalma huma provi ta’ qagħda finanzjarja tajba, il-kapaċità sodisfatta, fejn rilevanti, il-ħtieġa ta’ l-interess pubbliku, l-obbligi tal-garanzija ta’ servizz, eċċ., u l-Istat Membru li jagħti l-liċenzja għandu, u jkompli jattwa programmi ta’ kontroll tas-sikurezza u s-sigurtà ta’ l-avjazzjoni, ta’ lanqas f’konformità ma’ l-istandards ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ l-Avjazzjoni Ċivili.