16.3.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

60


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2006/483/PESK

tal-11 ta’ Lulju 2006

li timplementa l-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Kosta ta’ l-Avorju

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK tat-13 ta' Diċembru 2004 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha, flimkien ma’ l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Diċembru 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Kosta ta' l-Avorju sabiex jiġu implementati l-miżuri imposti mir-Riżoluzzjoni (UNSCR) 1572 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kosta ta' l-Avorju.

(2)

Fis-27 ta' Frar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/172/PESK li tinkludi l-lista ta' individwi suġġetti għall-miżuri imposti mill-paragrafi 9 u 11 tar-Riżoluzzjoni UNSCR 1572 (2004) u mġedda mill-paragrafu 1 ta' UNSCR 1643 (2005).

(3)

Fl-1 ta' Mejju 2006, l-UE bagħtet informazzjoni addizzjonali ta' identifikazzjoni lill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skond UNSCR 1572 (2004).

(4)

Fit-30 ta' Mejju 2006, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà approva lista aġġornata konsolidata ta' individwi suġġetti għall-miżuri imposti mill-paragrafi 9 u 11 ta' UNSCR 1572 (2004) u mġedda mill-paragrafu 1 ta' UNSCR 1643 (2005).

(5)

Il-lista li tinsab fl-Anness mal-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK għandha tiġi adattata kif meħtieġ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-lista ta' persuni esposta fl-Anness mal-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK hija b'dan sostitwita bil-lista esposta fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Lulju 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

E. HEINÄLUOMA


(1)  ĠU L 368, 15.12.2004, p. 50. Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/172/PESK (ĠU L 61, 2.3.2006, p. 21).


ANNESS

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 4

“1.

Kunjom, Ismijiet: BLÉ, Charles Goudé

Psewdonimu: Général; Génie de kpo; Gbapé Zadi

Indirizz magħruf fl-2001: Yopougon Selmer, Bloc P 170; ukoll f'Hotel Ivoire

Data tat-twelid: 1.1.1972

Post tat-twelid: Guibéroua (Gagnoa)

Numru tal-Passaport jew tal-Karta ta' l-Identità: PD. AE/088 DH 12

Nazzjonalità: Ivorjan

Tagħrif ieħor: Mexxej tas-COJEP (‘Young Patriots’)

2.

Kunjom, Ismijiet: KOUADIO, Djué Ngoran Eugène

Data tat-twelid: 20.12.1969 jew 1.1.1966

Numru tal-Passaport jew tal-Karta ta' l-Identità: 04 LE 017521 maħruġa fl-10 ta' Frar 2005 u valida sa' l-10 ta' Frar 2008

Nazzjonalità: Ivorjan

Tagħrif ieħor: Mexxej ta' l-Union des Patriotes pour la Libération Totale de la Côte d'Ivoire (UPLTCI)

3.

Kunjom, Ismijiet: FOFIE, Martin Kouakou

Data tat-twelid: 1.1.1968

Nazzjonalità: Ivorjan

Tagħrif ieħor: Kmandant Kap Kaporal tal-Forza l-Ġdida, Settur ta' Korhogo.”