6.7.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L NaN/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta' April 2004

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea

(2006/458/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta' l-Adeżjoni tas-16 ta' April 2003, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att anness mat-Trattat ta' l-Adeżjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

It-8 ta' Diċembru 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, sabiex tinnegozja mar-Repubblika ta' l-Uzbekistan Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jieħu kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea, u li jipprovdi għal ċerti aġġustamenti tekniċi marbuta ma' l-iżviluppi istituzzjonali u legali fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

(2)

Suġġett għall-konklużjoni eventwali tiegħu f'data aktar tard, il-Protokoll ġie negozjat bejn il-Partijiet and issa għandu jiġi ffirmat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

(3)

Il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mid-data ta' l-Adeżjoni, u dan sa meta jitlestew il-proċeduri relevanti għall-konklużjoni formali tiegħu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa jiffirmaw, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea, suġġett għall-konklużjoni eventwali tiegħu fi stadju aktar tard.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni (1).

Artikolu 2

Sa meta jidħol fis-seħħ, il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mid-data ta' l-Adeżjoni.

Magħmula fil-Lussemburgo, id-29 ta' April 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

U. PLASSNIK


(1)  Ara paġna 23 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċċjali.



6.7.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L NaN/23


PROTOKOLL

għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-istati membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ l-Użbekistan, Min-Naħa l-Oħra, biex jieħu kont ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika Tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,

IR-RENJU TA’ L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA’ L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

minn issa ’l quddiem imsejħa l-“Istati Membri”, rappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TA’ L-ENERĠIJA ATOMIKA,

minn issa ‘l quddiem imsejħa “l-Komunitajiet” rappreżentati, mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea,

min-naħa l-waħda, u

IR-REPUBBLIKA TA’ L-UŻBEKISTAN

min-naħa l-oħra,

WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ma’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja għandhom ikunu Partijiet għall-Ftehim dwar Sħubija u Kooperazzjoni, li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ l-Użbekistan, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Firenze fil-21 ta’ Ġunju 1996 (minn issa ’l quddiem il-“Ftehim”) u għandhom jadottaw u jieħdu nota rispettivament, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra tal-Komunità, tat-testi tal-Ftehim u tad-dokumenti mehmuża miegħu.

Artikolu 2

Biex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi istituzzjonali reċenti fi ħdan l-Unjoni Ewropea, il-Partijiet jaqblu li, wara t-tmiem tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, dispożizzjonijiet eżistenti fil-Ftehim li jirreferu għall-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandhom jitqiesu li qed jirreferu għall-Komunità Ewropea, li assumiet id-drittijiet u l-obbligi kollha ikkuntrattati mill-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti ntegrali tal-Ftehim.

Artikolu 4

1.   Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Komunitajiet, mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea f’isem l-Istati Membri, u mir-Repubblika ta’ l-Użbekistan skond il-proċeduri tagħhom stess.

2.   Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettieq tal-proċeduri korrispondenti msemmija fil-paragrafu ta’ qabel dan. L-istrumenti ta’ approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

1.   Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-istess jum bħat-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ l-2003, basta li l-istrumenti ta’ approvazzjoni kollha ta’ dan il-Protokoll ikunu ġew depożitati qabel dik id-data.

2.   Meta mhux l-istrumenti ta’ approvazzjoni kollha ta’ dan il-Protokoll jkunu ġew depożitati qabel dik id-data, dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data ta’ meta jkun ġie depożitat l-aħħar strument ta’ approvazzjoni.

3.   Meta mhux l-istrumenti ta’ approvazzjoni kollha ta’ dan il-Protokoll jkunu ġew depożitati qabel l-1 ta’ Mejju 2004, dan il-Protokoll għandu japplika b’mod provviżorju b’effett mill-1 ta’ Mejju 2004.

Artikolu 6

It-testi tal-Ftehim, ta’ l-Att Finali u tad-dokumenti kollha annessi miegħu huma mfassla fil-lingwa Ċeka, Estona, Ungeriża, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Slovena u Slovakka.

Dawn it-testi huma annessi (1) ma’ dan il-Protokoll u huma ugwalment awtentiċi mat-testi fil-lingwi l-oħra li fihom huma imfassla l-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi miegħu.

Artikolu 7

Dan il-Protokoll huwa mfassal f’żewġ kopji fil-lingwa Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovena, Slovakka, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża u Użbeka, b’kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

Hecho en Bruselas, el treinta de abril del dos mil cuatro.

V Bruselu dne třicátého dubna dva tisíce čtyři.

Udfærdiget i Bruxelles den tredivte april to tusind og fire.

Geschehen zu Brüssel am dreißigsten April zweitausendundvier.

Kahe tuhande neljanda aasta kolmekümnendal aprillil Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τριάντα Απριλίου δύο χιλιάδες τέσσερα.

Done at Brussels on the thirtieth day of April in the year two thousand and four.

Fait à Bruxelles, le trente avril deux mille quatre.

Fatto a Bruxelles, addì trenta aprile duemilaquattro.

Briselē, divi tūkstoši ceturtā gada trīsdesmitajā aprīlī.

Priimta du tūkstančiai ketvirtų metų balandžio trisdešimtą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-negyedik év április havának tizenharmadik napján.

Magħmul fi Brussel fit-tletin jum ta' April tas-sena elfejn u erbgħa.

Gedaan te Brussel, de dertigste april tweeduizend vier.

Sporządzono w Brukseli, dnia trzynastego kwietnia roku dwa tysiące czwartego.

Feito em Bruxelas, em trinta de Abril de dois mil e quatro.

V Bruseli dňa tridsiateho apríla dvetisícštyri.

V Bruslju, dne tridesetega aprila leta dva tisoč štiri.

Tehty Brysselissä kolmantenakymmenentenä päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattaneljä.

Som skedde i Bryssel den trettionde april tjugohundrafyra.

Брюссель шахрида 2004 йил «30» апрелда тузилди.

Por los Estados miembros

Za členské státy

For medlemsstaterne

Für die Mitgliedstaaten

Liikmesriikide nimel

Για τα κράτη μέλη

For the Member States

Pour les États membres

Per gli Stati membri

Dalībvalstu vārdā

Valstybių narių vardu

A tagállamok részéről

Għall-Istati Membri

Voor de lidstaten

W imieniu Państw Członkowskich

Pelos Estados-Membros

Za členské štáty

Za države članice

Jäsenvaltioiden puolesta

På medlemsstaternas vägnar

Аъзо Давлатлар Номидан

Image

Por las Comunidades Europeas

Za Evropská společenství

For De Europæiske Fællesskaber

Für die Europäischen Gemeinschaften

Euroopa ühenduste nimel

Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες

For the European Communities

Pour les Communautés européennes

Per le Comunità europee

Eiropas Kopienu vārdā

Europos Bendrijų vardu

Az Európai Közösségek részéről

Għall-Komunitajiet Ewropej

Voor de Europese Gemeenschappen

W imieniu Wspólnot Europejskich

Pelas Comunidades Europeias

Za Európske spoločenstvá

Za Evropske skupnosti

Euroopan yhteisöjen puolesta

På Europeiska gemenskapernas vägnar

Европа Xамжамиятлари Номидан

Image

Por la República de Uzbekistán

Za Uzbeckou republiku

For Republikken Usbekistan

Für die Republik Usbekistan

Usbekistani Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία του Ουζμπεκιστάν

For the Republic of Uzbekistan

Pour la République d'Ouzbékistan

Per la Repubblica dell'Uzbekistan

Uzbekistānas Republikas vārdā

Uzbekistano Respublikos vardu

Üzbegisztán részéről

Għar-Repubblika ta'l-Uzbekistan

Voor de Republiek Oezbekistan

W imieniu Republiki Uzbekistanu

Pela República do Usbequistão

Za Uzbeckú republiku

Za Republiko Uzbekistan

Uzbekistanin tasavallan puolesta

På republiken uzbekistans vägnar

Ўзбекистон Республикаси Номидан

Image


(1)  Il-verżjoni Ċeka, Estona, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Pollakka, Slovena u Slovakka ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu ppubblikati fl-edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali f’data aktar tard