16.3.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Ġunju 2006

li taħtar il-President tal-Kumitat Militari ta' l-Unjoni Ewropea

(2006/451/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu,

Waqt li jfakkar fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/79/PESK tat-22 ta' Jannar 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat Militari ta' l-Unjoni Ewropea (1),

Billi:

(1)

Bis-saħħa ta' l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2001/79/PESK, il-President tal-Kumitat Militari għandu jinħatar mill-Kunsill fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat imlaqqa' fil-livell tal-Kapijiet tad-Difiża,

(2)

Fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta' Mejju 2006, il-Kumitat imlaqqa' fil-livell tal-Kapijiet tad-Difiża rrakkomanda li l-Ġeneral Henri Bentégeat jinħatar President tal-Kumitat Militari ta' l-Unjoni Ewropea.

B'DAN IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ġeneral Henri Bentégeat hu maħtur President tal-Kumitat Militari ta' l-Unjoni Ewropea għal perijodu ta' tliet snin sa mis-6 ta' Novembru 2006.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 27 ta’ Ġunju 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PRÖLL


(1)  ĠU L 27, 30.1.2001, p. 4.