|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
942 |
DEĊIŻJONI Nru 207
tas-7 ta' April 2006
dwar l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 76 u l-Artikolu 79 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u ta' l-Artikolu 10 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 dwar id-duplikazzjoni tal-benefiċċji u allowances tal-familji
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim ta' bejn l-UE u l-Iżvizzera)
(2006/442/KE)
IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ GĦAS-SIGURTÀ SOĊJALI TAL-ĦADDIEMA MIGRANTI
Wara li kkunsidrat l-Artikolu 81(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' iskemi ta' sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu minn post għall-ieħor fi ħdan il-Komunità (1), li permezz tiegħu hija għandha r-responsabilità li tittratta kull kwistjoni amministrattiva li għandha x'taqsam ma' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1408/71 u Regolamenti ulterjuri,
Wara li kkunsidrat l-Artikoli 76 u 79 (3) ta' l-imsemmi Regolament u l-Artikolu 10 (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta' Marzu 1972 (2).
Billi:
|
1) |
Huwa essenzjali li jkun magħruf l-ambitu tal-benefiċċji u allowances tal-familija li huma pagabbli “ghal xogħol li jkun qieghed isir” jew “bis-saħħa li titwettaq attività professjonali jew kummerċjali” li tinsab fl-Artikolu 76 u 79 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71; |
|
2) |
Meta l-benefiċċji tal-familja huma pagabbli lil żewġ persuni differenti matul l-istess perjodu lill-istess membru tal-familja taħt il-leġiżlazzjoni ta' Stat wieħed u wkoll taħt il-leġiżlazzjoni ta' l-Istat fit-territorju li fih il-membri tal-familja jkunu qegħdin joqogħdu, l-intitolament tal-benefiċċji tal-familja jew l-allowances tal-familja taħt il-leġiżlazzjoni ta' l-ewwel Stat għandhom jiġu sospiżi, sa l-ammont tal-benefiċċji tal-familja li hemm provdut dwarhom bil-leġiżlazzjoni ta' l-aħħar Stat, taht l-Artikolu 76 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 jekk il-benefiċċji tal-familja huma pagabbli “ghal xogħol li jkun qieghed isir” taħt il-leġiżlazzjoni ta' l-aħħar Stat. L-Artikolu 79 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 fih dispożizzjoni simili dwar il-benefiċċji għal pensjonanti u l-orfni; |
|
3) |
L-Artikolu 76 u l-Artikolu 79 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 ma jiddistingwux bejn benefiċċji jew allowances pagabbli ghal xogħol jew xi attività professjonali jew kummerċjali mhux bi hlas u dawk pagabbli ghal xogħol jew attività professjonali jew kummerċjali bi ħlas; |
|
4) |
Barra minn hekk, il-leġiżlazzjonijiet ta' ċerti Stati Membri jipprovdu dwar perjodi ta' sospensjoni jew interruzzjoni tax-xogħol attwali jew attività professjonali jew min]abba f'vaganzi, qgħad, inkapaċità temporanja għal xogħol, azzjonijiet industrijali jew lock-outs, li għandhom jiġu ttrattati jew bħala perjodi ta' xogħol jew attività professjonali jew kummerċjali għall-akkwist ta' l-intitolament ghal-benefiċċji tal-familja jew allowances tal-familja jew għandhom jitqiesu bħala perjodi ta' inattività li jaghtu lok, fejn xieraq, jew per se jew bħala riżultat tax-xogħol jew attività professjonali jew kummerċjali ta' qabel, għall-ħlas ta' benefiċċji tal-familja jew allowances tal-familja; |
|
5) |
Sabiex tiġi evitata kull inċertezza jew differenza fl-interpretazzjoni, huwa essenzjali li jiġi definit l-ambitu tal-frazijiet “xogħol li jkun qieghed isir” u “titwettaq attività professjonali jew kummerċjali”; |
|
6) |
Huwa wkoll essenzjali li jintgħaraf l-ambitu tal-frazi “attività professjonali jew kummerċjali” kif imsemmija fl-Artikolu 10 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta' Marzu 1972; |
|
7) |
Jekk il-benefiċċji tal-familja huma pagabbli lil żewġ persuni differenti matul l-istess perjodu għall-istess membru tal-familja taħt il-leġiżlazzjoni ta' Stat wieħed kif ukoll taħt il-leġiżlazzjoni ta' Stat ieħor li skondu l-akkwist tad-dritt tal-benefiċċji mhix soġġetta għal kundizzjonijiet li jirregolaw l-assigurazzjoni, l-impjieg jew l-impjieg ta' persuni għal rashom, l-intitolament ghal-benefiċċji tal-familja taht il-leġiżlazzjoni ta' l-ewwel Stat għandhatkun sospiża, sa l-ammont tal-benefiċċji tal-familja li hemm provdut dwarhom mil-leġiżlazzjoni ta' l-aħħar Stat, skond l-Artikolu 10 (1) (b) (i) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 meta attività professjonali jew kummerċjali issir fl-aħħar Stat. L-Artikolu 10 (1) (b) (ii) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 fih dispożizzjoni simili dwar il-benefiċċji għal pensjonanti u l-orfni; |
|
8) |
Fil-kwistjoni tad-duplikazzjoni tal-benefiċċji tal-familji jew allowances, l-għan ta' l-Artikolu 10 (1) huwa li jgħaddi lil il-konformita' ma' xi attività professjonali jew kummerċjali fi Stat Membru fejn l-intitolament għal benefiċċji jew allowances tal-familja ma jirriżultax minn konformita' ma' dik l-attività l-istess effett bħal fi Stati Membri fejn dan l-intitolament jinħoloq minn konformita' ma' attività bħal dik. L-Artikoli 76 u 79 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u l-Artikolu 10 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 għandhom jiġu interpretati bl-istess mod; |
|
9) |
F'każ fejn l-istatus ta' ħaddiem ta' impjieg attiv ġie sospiż minħabba l-leave mhux imħallas ta' din il-persuna wara t-twelid ta' tarbija u għall-għan li titrabba din it-tarbija, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej irreferiet għall-Artikolu 73 tar-Regolament (KEE) 1408/71 flimkien ma' l-Artikolu 13 (2) (a) tar-Regolament (KEE) 1408/71 (3). Dan il-leave mhux imħallas għandu għalhekk jiġi kwalifikat ukoll bħala li jwettaq xogħol jew attività professjonali jew kummerċjali għall-għanijiet ta' l-Artikolu 76 u 79 (3) tar-Regolament (KEE) 1408/71 u kif ukoll għall-għanijiet ta' l-Artikolu 10 (1) tar-Regolament (KEE) 574/72. F'dan il-kuntest il-Qorti tenniet li d-dispożizzjonijiet imsemmija hawn qabel jistgħu biss japplikaw sakemm il-persuna konċernata jkollha l-istatus ta' persuna impjegata jew impjegata għal rasha fil-kuntest tat-tifsira ta' l-Artikolu 1 (a) tar-Regolament (KEE) 1408/71 li jitlob li l-persuna konċernata hija koperta ta' l-anqas f'fergħa waħda ta' sigurtà soċjali. Dan jeskludi lil persuni li jkunu fuq leave mhux imħallas li m'għadhom koperti bl-ebda skema ta' sigurtà soċjali ta' l-Istat Membru rilevanti; |
|
10) |
Jista' jkun hemm biss lista mhux eżawrjenti ta' każijiet fejn matul perjodu ta' leave persuna tkun meqjusa li tkun qegħda teżerċita xogħol jew attività professjonali jew kummerċjali minħabba l-varjetà ta' sistemi ta' leave mhux imħallas fl-Istati Membri u bidliet dejjem ghaddejin fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Għalhekk mhux xieraq li jiġu definiti l-każijiet kollha li fihom dan il-leave mhux imħallas huwa ekwivalenti għal xogħol jew attività professjonali jew kummerċjali u dawk fejn ir-rabta mill-qrib meħtieġa għal attività bi qligħ ma teżistix. Wara deliberazzjoni fid-dawl tal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 80 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
|
1. |
Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 76 u l-Artikolu 79 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, il-benefiċċji tal-familja u allowances tal-familija għandhom jitqiesu bħala li huma pagabbli “ghal xogħol li jkun qieghed isir” jew “bis-saħħa li titwettaq attività professjonali jew kummerċjali” b'mod partikolari:
|
|
2. |
Għal għanijiet ta' l-Artikolu 10 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 għandu jitqies bħala “twettiq ta' attività professjonali jew kummerċjali” b'mod partikolari:
|
|
3. |
Din id-Deċiżjoni għandha tissostitwixxi d-Deċiżjoni Nru 119 ta' l-24 ta' Frar 1983. Din ser tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva
Bernhard SPIEGEL
(1) ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 629/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 1).
(2) ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 629/2006.
(3) Sentenza tas-7 ta' Ġunju 2005 fil-każ C-543/03, “ Dodl and Oberhollenzer/Tiroler Gebietskrankenkasse”.