8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

894


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-14 ta' Ġunju 2006

dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta' patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Komunità u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/135/KE

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2400)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/415/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intraKomunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha.

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa ta' l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll ta' l-influwenza tat-tjur u li tirrevoka d-Direttiva 92/40/KEE (4), u partikolarment l-Artikolu 66(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-influwenza tat-tjur hija marda virali infettiva fit-tjur ta' l-irziezet u l-għasafar, li tikkawża mwiet u tfixkil li malajr jistgħu jiżviluppaw fi proporzjonijiet epiżotiċi li kapaċi jwasslu għal theddida serja għas-saħħa ta' l-annimali u li jnaqqsu sew il-profitt tat-trobbija tat-tjur ta' l-irziezet. Taħt ċerti kundizzjonijiet din il-marda tista' wkoll tipperikola s-saħħa tal-bniedem. Hemm riskju li l-aġent tal-marda jista' jinxtered għal stabbilimenti oħra, għal għasafar selvaġġi u minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor u pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ internazzjonali fi tjur ħajjin u l-prodotti tagħhom.

(2)

Fil-każ li virus ta' l-influwenza ta' patoġeniċita għolja ħafna, tas-sottotip H5 jiġi osservat f'kampjun li nġieb minn tjur fit-territorju ta' Stat Membru u meta, filwaqt li jkun qed isir l-osservanza għat-tip neuraminades (N), l-istampa klinika u ċ-ċirkostanzi epidemjoloġiċi jiġġustifikaw is-suspett ta'l-influwenza tat-tjur ta' patoġeniità għolja kkawżata mill-virus ta' l-influwenza A ta' patoġeniċità għolja ħafna mis-sottotip H5N1 jew il-preżenza ta'l-influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja ħafna ta' dak is-sottotip ġiet ikkonfermata, l-Istat Membru affetwat għandu japplika ċerti miżuri protettivi sabiex jimminimizza r-riskju ta' tixrid tal-marda.

(3)

Miżuri protettivi bħal dawn ġew adottati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/135/KE tat-22 ta' Frar 2006 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur ta' patoġeniċita għolja ħafna fit-tjur fil-Komunità (5) li għandhom jiġu implimentati flimkien ma' dawk adottati fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 92/40/KEE tad-19 ta' Mejju 1992 li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-kontroll ta' l-influwenza ta'l-għasafar (6), b'mod partikolari fir-rigward tal-moviment ta' ċerti għasafar u ta' prodotti minn tjur u minn għasafar oħrajn li joriġinaw miż-żona affettawata mill-marda.

(4)

Il-miżuri stipolati fid-Direttiva 92/40/KEE ġew fondamentalment riveduti fid-dawl tal-konoxxenza xjentifika riċenti dwar ir-riskji ta' l-influwenza tat-tjur għas-saħħa ta' l-annimali u tal-bniedem, dwar l-iżvilupp ta' testijiet ġodda fil-laboratorji u vaċċini ġodda u lezzjoni li ttieħdet matul it-tifqigħa riċenti ta' dan il-mard fil-Komunità kif ukoll f'pajjiżi terzi. Bil-konsiderazzjoni ta' dik ir-reviżjoni, id-Direttiva 92/40/KEE ġiet irrevokata u sostitwita mid-Direttiva 2005/94/KE, li għandha tiġi trasposta mill-Istati Membri fil-liġi nazzjonali sa' l-1 ta' Lulju 2007.

(5)

Filwaqt li sseħħ it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/94/KE u bil-konsiderazzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-marda fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur fil-Komunità kien meħtieġ li jitfasslu miżuri tranżizzjonali li għandhom jiġu applikati fl-impriżi fejn it-tfaqqigħ ta' l-influwenza tat-tjur ikkawżat mill-viruses ta' l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja ħafna jiġu sospettati jew ikkonfermati fit-tjur jew f'għasfar oħra miżmuma mill-bniedem.

(6)

Dawn il-miżuri tranżizzjonali li ġew stipolati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/416/KE (7) għandhom jagħtu s-setgħa lill-Istati Membri sabiex jadottaw il-miżuri ta' kontroll tal-mard b'mod proporzjonat u flessibbli, bil-konsiderazzjoni tal-livelli varji ta' riskji ppreżentati mill-varjetajiet differenti tal-viruses, l-impatt soċjali u ekonomiku possibbli tal-miżuri kkonċernati fuq is-settur ta' l-agrikoltura u ta' setturi oħrajn involuti, fl-istess ħin jiżguraw li l-miżuri li ttieħdu għal kull xenarju speċifiku huma l-iktar xierqa.

(7)

Bil-progress li sar minn ċerti Stati Membri fit-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/94/KE, kull referenza għall-miżuri tranżizzjonali għandha ssir bħala referenza għall-paragrafu korrispondenti fid-Direttiva 2005/94/KE.

(8)

Madanakollu, bil-konsiderazzjoni tar-riskju u sitwazzjoni epidemjoloġika partikolari tal-marda fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja ħafna u bil-konsiderazzjoni ta' l-impatt ekonomiku qawwi li l-marda jista' jkollha, b'mod partikolari meta din isseħħ f'żoni ta' tjur li għandhom popolazzjoni għolja, ċerti miżuri supplimentari kif adottati skond id-Deċiżjoni 2006/135/KE għandhom jinżammu fis-seħħ. Dawk il-miżuri għandhom ikunu mmirati lejn it-tisħiħ tal-miżuri ta' kontroll lokali, u jirreġjonalizzaw l-Istati Membri billi jisseparaw il-parti affettwata tat-territorju mill-parti tagħha li hija ħielsa mill-marda, u sabiex jipprovdu assigurazzjoni lis-settur tat-tjur domestiku u l-imsieħba kummerċjali dwar is-sigurtà tal-prodotti li oriġinaw minn parti tal-pajjiż li hija ħielsa mill-marda.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni 2006/135/KE għandhom jinġiebu f'konformità ma' dawk li huma stipolati fid-Deċiżjoni K(2006)2402 finali u huwa għalhekk xieraq għar-raġunijiet ta' ċarezza u ta' konsistenza li tiġi rrevokata d-Deċiżjoni 2006/135/KE u tiġi sostitwita bid-Deċiżjoni preżenti li tiqba' tinkludi biss il-miżuri ta' kontroll addizzjonali applikabbli għas-sitwazzjoni speċifika tal-marda fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1.

(10)

Bil-konsiderazzjoni tad-differenzi fir-riskju ta' mard fil-każ ta' tifqigħa ta' l-influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja ħafna, l-Istat Membru affettwat f'kollaborazzjoni stretta mal-Kummissjoni għandu jistabbilixxi żona ta' riskju għoli u żona ta' riskju baxx li għandu jkun separat mill-parti tat-territorju li huwa ħieles mill-marda.

(11)

Jekk is-sitwazzjoni epidemjoloġika hekk titlob, għandhom jittieħdu miżuri xierqa fir-rigward taż-żoni relatati mat-tifqigħa jew suspett tagħha ta' l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja ħafna, partikolarment fid-deskrizzjoni ta' dawn iż-żoni, u din tibqa' tkun aġġornata skond is-sitwazzjoni, fl-Anness għal din id-Deċiżjoni skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 10(3) jew (4) tad-Direttiva 90/425/KEE u l-Artikolu 9(3) jew (4) tad-Direttiva 89/662/KEE.

(12)

Il-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/734/KE tad-19 ta' Ottubru 2005 li tistabbilixxi miżuri ta' bijosigurtà għat-tnaqqis tar-riskju ta' trażmissjoni ta' influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja ħafna kkawżata mis-sottotip H5N1 tal-virus A ta' l-influwenza minn għasafar li jgħixu fl-ambjent naturali għal tjur ta' l-irziezet u għasafar oħra mrobbija mill-bniedem u li tipprevedi sistema ta' individwalizzazzjoni minn kmieni f'żoni ta' riskju partikolari (8) għandhom ikunu implimentati f'żoni milquta mill-marda.

(13)

Għal raġunijiet ta' koerenza, jixraq li jiġu applikati għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni, ċerti definizzjonijiet previsti fid-Direttiva 2005/94/KE, fid-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta' Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd tat-tifqis minn pajjiżi terzi (9), fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (10), fir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar il-ħtiġijiet rigward is-saħħa ta' l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (11).

(14)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni, fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal rekwiżiti ta' saħħa ta' l-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE (12) tipprevedi korpi, istituti u ċentri approvati u mudell ta' ċertifikati tas-saħħa li għandu jakkumpanja l-annimali u l-gameti tagħhom fit-trasport bejn dawn l-istrutturi approvati fi Stati Membri differenti. Għandha tkun prevista deroga għar-restrizzjonijiet fuq it-trasport għal għasafar li ġejjin minn u li sejrin lejn korpi, istituti u ċentri approvati skond dik id-Direttiva.

(15)

It-trasport tal-bajd għat-tifqis miż-żona ta' protezzjoni għandu jkun permess taħt ċerti kundizzjonijiet. Il-bgħit tal-bajd tat-tfaqqis lil pajjiżi oħra għandu jkun permess suġġett, partikolarment, għall-konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fid-Direttiva 2005/94/KE. F'każijiet bħal dawn iċ-ċertifikati tas-saħħa ta' l-annimali previsti skond id-Direttiva 90/539/KEE għandu jkun fihom referenza għal din id-Deċiżjoni.

(16)

Għandu jiġi permess li jintbagħat miż-żoni ta' protezzjoni laħam, laħam ikkapuljat, laħam isseparat mekkanikament, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam minn tjur selvaġġi bir-rix, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet, partikolarment fir-rigward tal-konformità ma' ċerti rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u r-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistipula regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (13).

(17)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (14) tistabbilixxi elenku ta' trattamenti biex il-laħam minn żoni ristretti isir sikur, tipprevedi l-possibilità li titwaqqaf marka ta' identifikazzjoni speċifika u twaqqaf marka ta' identifikazzjoni meħtieġa għal-laħam mhux awtorizzat li jitqiegħed fis-suq għal raġunijiet sanitarji ta' l-annimali. Jixraq li jkun permess li jintbagħat laħam minn żoni protetti li jkollu marka sanitarja prevista minn dik id-Direttiva u prodotti tal-laħam suġġetti għat-trattament imsemmi fiha.

(18)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 tal-5 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi l-arranġamenti transitorji għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (15), jipprevedi miżuri tranżitorji li jippermettu l-użu ta' marka ta' identifikazzjoni nazzjonali għall-prodotti ta' oriġini mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem li jistgħu jiġu kkummerċjalizzati biss fit-territorju ta' l-Istat Membru fejn huma prodotti.

(19)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (16) jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' firxa ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali li joriġinaw minn żoni tal-Komunità taħt restrizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali, għax dawk il-prodotti huma meqjusa sikuri minħabba l-kundizzjonijiet speċifiċi ta' produzzjoni, ipproċessar u użu li jiddiżattivaw b'mod effikaċi patoġeni possibbli jew jipprevjenu il-kuntatt ma' animali suxxettibbli għalihom.

(20)

Bil-konsiderazzjoni tal-miżuri fis-seħħ bħala konsegwenza tat-tifqigħa ta'l-influwenza tat-tjur bi patoġeniċita għolja ħafna tas-sottotip H5N1 f'merħla ta' tjur imrobbija fuq skala domestika ġewwa d-Danimarka u l-istabbiliment taż-żoni A u B skond l-Artikolu 2(4) (b) u (c) tad-Deċiżjoni 2006/135/KE, dawn iż-żoni għandhom jibqgħu jiġu elenkati fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni u iktar żoni A u B għandhom jiġu inklużi wara tifqigħa reċenti ta' l-influwenza tat-tjur mis-sottotip H5N1 f' merħla ta' wiż ġewwa l-Ungerija.

(21)

Id-Deċiżjoni 2006/135/KE għandha għalhekk titħassar u tiġi sostitwita b'din id-Deċiżjoni

(22)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-għan

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi ċerti miżuri ta' protezzjoni li għandhom ikunu applikati f'każijiet ta' influwenza tat-tjur bi patoġeniċità għolja ħafna fi tjur fit-territorju ta' Stat Membru (minn hawn 'il quddiem “Stat Membru milqut”), kawżata mis-sottotip H5 tal-virus A ta' l-influwenza fejn hemm suspett (“suspett ta' tifqigħa”) jew konferma (“tifqigħa”) li hi tat-tip ta' neuraminidase N1, sabiex ikun evitat it-tixrid ta' l-influwenza tat-tjur f'partijiet tal-Komunità ħielsa mill-marda permezz ta' ċaqliq ta' tjur ta' l-irziezet, għasafar oħra kif ukoll il-prodotti tagħhom.

2.   Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw bla ħsara għall-miżuri li jridu jkunu applikati f'każ ta' tifqigħa ta' l-influwenza tat-tjur bi patoġeniċita għolja ħafna fi tjur ta' l-irziezet meħuda skond id-Direttiva K(2006)2402 finali.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għar-raġunijiet ta' din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet tad-Direttiva 2005/94/KE għandhom japplikaw. Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“bajd tat-tifqis” tfisser bajd għal — inkubazzjoni tat-tjur hekk kif definit fl-Artikolu 2 (4) tad-Direttiva 2005/94/KE;

(b)

“tjur tal-kaċċa selvaġġ bir-rix” tfisser tjur hekk kif definit fil-punt 1.5, it-tieni inċiż, u sakemm ma jikkonċerna l-ispeċi tat-tjur, fil-punt 1.7 ta' l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(ċ)

“għasafar oħra miżmuma mill-bniedem” tfisser għasafar hekk kif definiti fil-punt 6 ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2005/94/KE, inklużi:

(i)

annimali pets ta' l-ispeċi ta' l-għasafar imsemmija fl-Artikolu 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 998/2003, kif ukoll

(ii)

għasafar iddestinati għal korpi, istituti jew ċentri approvati hekk kif definit fl-Artikolu 2(1) (c) tad-Direttiva 92/65/KEE.

Artikolu 3

Żoni A u B

1.   Iż-żona elenkata fil-Parti A ta' l-Anness, (“żona A”), hija kklassifikata bħala żona ta' riskju għoli li tikkonsisti f'żoni ta' protezzjoni u ta' sorvelljanza stabbiliti skond l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni K(2006)2402 finali.

2.   Iż-żona elenkata fil-Parti b ta'l-Anness, (“żona B”), hija kklassifikata bħala żona ta' risku baxx u tista' tinkludi kollox jew parti miż-żona iktar ristretta stabbilita skond l-artikolu 11 tad-Deċiżjoni K(2006)2402 finali, u li għandha tissepara ż-żona A mill-parti li hija ħielsa mill-marda fl-Istat Membri milqut, jekk tali parti tiġi identifikata, jew f'pajjiżi ġirien.

Artikolu 4

Twaqqif taż-żoni A u B

1.   Immedjatament wara tifqigħa jew suspett ta' tifqigħa ta' l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja ħafna kkawżata mis-sottotip H5 tal-virus A ta' l-influwenza fejn hemm suspett jew konferma li hi tat-tip tan-neuraminidase N1, l-Istat Membru milqut għandu jwaqqaf iż-żona A, wara li jkun ikkunsidra l-kondizzjonijiet legali stipolati fl-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni K(2006)2402 finali, u B, billi jqis il-fatturi ġeografiċi, amministrattivi, ekoloġiċi u epiżootjoloġiċi relatati ma' l-influwenza tat-tjur, u jinnotifikahom lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u, kif ikun xieraq, lill-pubbliku.

2.   Il-Kummissjoni, f'kollaborazzjoni ma' l-Istat Membru milqut, għandha teżamina ż-żoni mwaqqfa mill-Istat Membru milqut u tieħu l-miżuri xierqa fir-rigward ta' dawk iż-żoni skond l-Artikolu 9(3) u (4) tad-Direttiva 89/662/KEE u l-Artikolu 10(3) jew (4) tad-Direttiva 90/425/KEE.

3.   Jekk jiġi konfermat li t-tip ta' neuroaminidase huwa differenti minn N1, l-Istat Membru milqut għandu jabolixxi l-miżuri meħuda minnu fir-rigward taż-żoni kkonċernati u jinnotifika lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra.

Il-Kummissjoni, f'kollaborazzjoni ma' l-Istat Membru milqut, għandha tieħu l-miżuri xierqa skond l-Artikolu 9(3) jew (4) tad-Direttiva 89/662/KEE u l-Artikolu 10(3) jew (4) tad-Direttiva 90/425/KEE.

4.   Jekk il-preżenza tal-virus A ta' l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta' patoġeniċita għolja hija kkonfermata fit-tjur, l-Istat Membri milqut għandu:

(a)

jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra;

(b)

japplika l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 5:

(i)

għal talanqas 21 ġurnata fil-każ taż-żona ta' protezzjoni u 30 ġurnata fil-każ taż-żone ta' sorvelljanza wara d-data tat-tlestija tat-tindif u d-disinfezzjoni preliminari fuq l-impriżi fejn kien hemm it-tifqigħa skond l-Artikolu 7(7) tad-Deċiżjoni K(2006)2402 finali; kif ukoll

(ii)

sakemm huwa neċessarju bil-konsiderazzjoni tal-fatturi ġeografiċi, amministrattivi, ekoloġiċi u epiżotiċi li jirrigwardaw l-influwenza tat-tjur; jew

(iii)

sad-data li hija indikata għall-Istat Membru milqut, fl-Anness;

(ċ)

iżomm il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra informati dwar kwalunkwe żvilupp rigward iż-żoni A u B.

Il-Kummissjoni, f'kollaborazzjoni ma' l-Istat Membru milqut, għandha tieħu l-miżuri xierqa skond l-Artikolu 9(3) jew (4) tad-Direttiva 89/662/KEE u l-Artikolu 10(3) jew (4) tad-Direttiva 90/425/KEE.

Artikolu 5

Projbizzjoni ġenerali

Aktar min hekk ir-restrizzjonijiet dwar il-moviment tat-tjur, ta' għasafar oħrajn miżmuma mill-bniedem, ilbajd għat-taqqis tagħhom u prodotti tagħhom derivati minn tali għasfar previsti fid-Deċiżjoni K(2006)2402 finali għall-impriżi fiż-żoni ta' protezzjoni, sorvelljanza u restrizzjoni miżjuda, l-Istat Membru milqut għandu jaċċerta li:

(a)

ebda tajra ħajja jew għasafar li jinżammu mill-bniedem, ħlief għasafar li jissemmew fl-Artikolu 2 (c) (i) u (ii) u l-bajd għat-tfaqqis tat-tjur, ta' għasafar oħrajn i jinżmmu mill-bniedem, ħlief dawk l-għasafar li jissemmew fl-Artikolu 2 (c) (ii), u ta' l-għasafar selvaġġi bir-rix ma jitħallew jitilqu miż-żona B lejn il-parti li jifdal tat-territorju ta' l-Istat Membru milqut, jekk dan huwa applikabbli, jew lejn Stati Membri oħrajn jew lejn pajjiżi terzi;

(b)

ebda prodott maħsub għall-konsum mill-bniedem li huwa derivat minn għasafar selvaġġi bir-rix, ma jinbagħtu minn żoni A u B lejn il-partijiet li jifdal tat-territorju ta'l-Istat Membru milqut, jekk dan huwa applikabli, jew lejn Stati Membri oħrajn u pajjiżi terzi;

(ċ)

ebda prodott sekondarju ta' l-annimali derivat kollu jew parzjalment minn speċi avjana miż-żoni A u B u li huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 ma jiġu trasportati bejn iż-żoni A u B jew jinbagħtu minn dawk iż-żoni lejn il-parti li jifdal tat-territorju ta'l-Istat Membru milqut, jekk dan ikun applikabbli, jew lejn Stati Membri oħrajn jew lejn pajjiżi terzi;

(d)

ebda tajra jew għasafar li jinżammu mill-bniedem ma għandhom jinġabru f'laqgħat fi ħdan iż-żona B bħalma huma fieri, swieq jew wirjiet.

Artikolu 6

Derogi għal tjur ħajjin u l-flieles ta' ġurnata

1.   Permezz tad-deroga mill-Artikolu 5(a), l-Istat Membru milqut għandu jawtorizza t-trasport dirett tat-tjur mill-impriżi fiż-żona B, lejn biċċeriji fl-Istat membru milqut nominati mill-awtorità kompetenti jew wara ftehim mill-awtoritajiet kompetenti, lejn il-biċċerija nominata fi Stat Membru jew pajjiż terz ieħor.

2.   Permezz tad-deroga mill-Artikolu 5(a), l-Istat Membru milqut jista' jawtorizza t-trasport dirett tat-tjur minn impriżi fiż-żona B lejn impriżi taħt il-kontroll uffiċjali fl-istess Stat Membru fejn it-tjur għandhom jinżammu għall-inqas għal 21 ġurnata.

3.   Permezz tad-deroga mill-Artikolu 5(a), l-Istat Membru milqut jista' jawtorizza t-trasport dirett tat-tjur minn impriżi fiż-żona B lejn l-impriża nominata fi Stat Membru jew pajjiż terz ieħor, bil-kondizzjoni li:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti ikunu ftehmu;

(b)

ebda tajra oħra ma tinżamm fl-impriża nominata;

(ċ)

l-impriża nominata titqiegħed taħt sorvelljanaza uffiċjali;

(d)

it-tjur jibqgħu fl-impriża nominata għall-inqas għal 21 ġurnata.

4.   Permezz tad-deroga mill-Artikolu 5(a), l-Istat Membru milqut jista' jawtorizza t-trasport ta' flieles ta' ġurnata minn impjant tat-tfaqqis li jinsab fiż-żona B:

(a)

lejn impriżi li huma taħt kontroll uffiċjali fl-Istat Membru milqut, preferibbilment li jinsan 'il barra miż-żona A;

(b)

lejn kull impriża, preferibbilemnt li tinsab 'il barra miż-żona A, bil-kondizzjoni li l-flieles ta' ġurnata jitfaqqsu minn bajd li huma f'konformità mal-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 7 (1) (b);

(ċ)

lejn kull impriża, li prefribbilment tinsab 'il barra miż-żona A, bil-kondizzjoni li l-flieles ta' ġurnata jitfaqqsu minn bajd li jinġabru minn impriżi li kienu jinsabu fid-data tal-ġbir f'impriżi li qegħdin 'il barra miż-żoni A u B u li ġew trasportati f'ippakkjar disinfettat.

5.   Iċ-ċertifikati sanitarji ta' l-annimali li jakkumapanjaw il-konsenji tat-tjur jew ta' flieles ta' ġurnata li jissemmew fil-paragrafu 1, 2, 3 u 4(b) u (c) lejn Stati Membri oħrajn għandhom jinkludu l-kliem:

“Il-konsenja tikkonforma mal-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni K(2006)2400 finali” (Din id-Deċiżjoni).

6.   Il-movimenti skond il-paragrafi 1, 2, 3 u 4 għandhom jitwettqu skond kontroll uffiċjali. Dawn għandhom jiġu awtorizzati wara li l-veterinarju uffiċjali ikun aċċerta li l-impriża oriġinarja ma tkunx soġġetta għal kwalunkwe sospett fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja ħafna. Il-mezzi ta' trasport użati jridu jiġu mnaddfa u diżinfettati qabel u wara l-użu.

Artikolu 7

Derogi għall-bajd għat-tfaqqis u l-bajd SPF

1.   B'deroga mill-Artikolu 5 (a), l-Istat Membru milqut jista' jawtorizza l-bgħit ta' bajd tat-tfaqqis

(a)

miġbur minn impriżi li jinsabu fiż-żona B fil-ġurnata tal-ġbir, lejn impjant tat-tfaqqis nominat fi Stat Membru milqut, jew wara ftehim bejnl-awtoritajiet kompetenti, lejn impjnat tat-tfaqqis nominat fi Stat Membru ieħor jew lejn pajjiż terz;

(b)

miġbur minn impriżi li jinsabu fil-ġurnata tal-ġbir ġewwa iż-żona B, li fiha t-tjur ittestjaw negattivi fl-istħarriġ sjeroloġiku għall-influwenza tat-tjur li huwa kapaċi jkejjel 5 % prevalenza tal-marda b'livell aċċertat ta' 95 % kunfidenza u rintraċċabbiltà, għal kull impjant tat-tfaqqis.

2.   Permezz tad-deroga mill-Artikolu 59a), l-Istat Membru milqut għandu jawtorizza l-bgħit tal-bajd tat-tfaqis jew il-bajd SPF għall-użu xjentifiku, dijanjostiku jew farmaċewtiku jew produtturi tal-vaċċini fl-Istati Membri milqutin, jew wara ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti, fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz.

3.   Iċ-ċertifikati sanitarji ta' l-annimali li jakkumpanjaw il-konsnji ta' bajd tat-tfaqqis li jissemmew fil-paragrafi 1 (a) u (b) u 2 lejn Stati Membri oħrajn għandhom jinkludu l-kliem li ġej:

“Il-konsenja tikkonforma mal-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE”

4.   Movimenti li huma permessi skond il-paragrafi 1 sa 2 għandhom isiru taħt kontroll uffiċjali. Dawn għandhom jiġu awtorizzati wara li l-veterinarju uffiċjali ikun aċċerta li l-impriża oriġinarja ma tkunx soġġetta għal kwalunkwe sospett fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja ħafna. Il-mezzi ta' trasport użati jridu jiġu mnaddfa u diżinfettati qabel u wara l-użu.

Artikolu 8

Derogi għal-laħam, laħam ikkapuljat u laħam isseparat mekkanikament ta' tjur selvaġġi bir-rix u preparazzjonijiet ta' laħam u prodotti tal-laħam ippreparati minn tali laħam

1.   Permezz tad-deroga mill-Artikolu 5(b), l-Istat Membru milqut jista' jawtorizza l-bgħit lejn is-suq nazzjonali ta' laħam fisk, laħam ikkapuljat, laħam isseparat mekkanikament u preparazzjonijiet tal-laħam jew prodotti tal-laħam minn għasafar selvaġġi bir-rix li joriġinaw miż-żona A jew B, jekk tali laħam jiġi mmarkat bit-timbru sanitarju li jissemma fl-Anness II tad-Direttiva 2002/99/KE jew bit-timbru nazzjonali skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2076/2005.

2.   B'deroga mill-Artikolu 5(b), l-Istat Membru milqut għandu jawtorizza l-bgħit ta':

(a)

prodotti tal-laħam prodotti mil-laħam minn tjur selvaġġ bir-rix li joriġina miż-żona A jew B suġġett għal trattament kif meħtieġ għall-influwenza tat-tjur fil-filliera 1(a), (b) jew (c) ta' l-Anness III għad-Direttiva 2002/99/KE;

(b)

laħam frisk mit-tjur tal-kaċċa selvaġġ bir-rix li joriġina minn barra ż-żoni A u B u prodott fi stabbilimenti fiż-żona A jew żona B skond it-Taqsima IV ta' l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u kkontrollat skond il-Kapitolu VIII tat-Taqsima IV ta' l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004;

(ċ)

laħam ikkapuljat, preparazzjonijiet tal-laħam, laħam isseparat mekkanikament u prodotti tal-laħam li fihom laħam imsemmi fil-punt (b) u prodott fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żona A jew B skond it-Taqsimiet V u VI ta' l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 9

Derogi għall-prodotti sekondarji ta' l-annimali

1.   B'deroga mill-Artikolu 5(c), l-Istati Membru milqut jista' jawtorizza:

(a)

il-bgħit minn żona A sa B tal-prodotti sekondarji ta' l-animali ta' oriġini avjana li:

(i)

huma f'konformità mal-kondizzjonijiet stipolati fl-Annessi li ġejjin, jew partijiet minnhom tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002:

Anness V;

Kapitoli II (A), III (B), IV (A), VI (A u B), VII (A), VIII (A), IX (A) u X (A) ta' l-Anness VII; kif ukoll

Kapitolu II (B), Kapitolu III (II) (A) u Kapitolu VII (A) (1) (a) ta' l-Anness VIII; jew

(ii)

jiġu trasportati taħt miżuri ta' bijosigurtà sabiex jevitaw it-tixrid tal-virus fl-impjanti nominati approvati skond l-Artikoli 12 sa 15 jew l-Artikoli 17 jew 18 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għall-iskart, trasformazzjoni oħra jew użu ieħor li jaċċertaw mill-anqas l-inattivazzjoni tal-virus ta' l-influwenza tat-tjur jew

(iii)

jiġu trasportati skond miżuri ta' biosigurtà sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-virus fl-utenti u fiċ-ċentri ta' fejn isir il-żbir awtorizzati u reġistrati skond l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għall-għalf ta' l-annimali wara xi trattament skond il-punti (5) (a) (ii) u (iii) ta' l-Anness IX ma' dak ir-Regolament sabiex ikun aċċertat ta' l-anqas l-inattivazzjoni tal-virus ta' l-influwenza tat-tjur;

(b)

li jintbagħat miż-żona B rix mhux ittrattat jew partijiet tar-rix mhux ittrattati skond il-punt 1 (a) tas-Sezzjoni A tal-Kapitolu VIII ta' l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, prodotti minn tjur ta' l-irziezet jew tjur tal-kaċċa bir-rix imrobbija;

(ċ)

li jintbagħat miż-żona A jew B rix u partijiet tar-rix li ġew ittrattati b'kurrent ta' fwar, jew b'xi metodu ieħor li jassigura li ma jibqa' l-ebda patoġenu; prodotti minn tjur ta' l-irziezet jew tjur tal-kaċċa u bir-rix.

2.   L-Istati Membru milqut għandu jiżgura li l-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 (b) u (c) ta' dan l-Artikolu jkunu akkumpanjati minn dokument kummerċjali, skond il-Kapitolu X ta' l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, li fil-punt 6.1 ta' dak id-dokument jistqarr li dawk il-prodotti jkunu ġew trattati b'kurrent ta' fwar jew b'xi metodu ieħor li jiżgura li ma jibqa' l-ebda patoġenu.

Madankollu, dak id-dokument kummerċjali ma għandux ikun rekwiżit għar-rix dekorattiv ipproċessat, ir-rix ipproċessat li jġorruh il-vjaġġaturi għall-użu personali tagħhom jew il-konsenji ta' rix ipproċessat mibgħuta lill-individwi privati għal finijiet mhux industrijali.

Artikolu 10

Kundizzjonijiet għall-movimenti

1.   Fejn il-movimenti ta' l-annimali jew prodotti tagħhom kopert minn din id-Deċiżjoni huwa awtorizzati skond l-Artikoli 6, 7, 8 u 9, l-awtorizzazzjoni għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskju li ntemmet b'riżultat favorevoli mwettqa minn awtorità kompetenti, u għandhom jittieħdu l-miżuri kollha xierqa ta' bijosigurtà sabiex jiġi evitat it-tixrid ta' l-influwenza tat-tjur.

2.   Fejn il-bgħit, iċ-ċaqliq jew it-trasport tal-prodotti, li jirreferi għalihom il-paragrafu 1 huma awtorizzati skond l-Artikoli 7, 8 u 9, suġġetti għal kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet ġustifikati, dawn għandhom jinkisbu, jiġu mmaniġġjati, jiġu ttrattati, jinħażnu, u jiġu ttrasportati mingħajr ma tiġi inkluża l-qagħda sanitarja ta' l-annimali ta' prodotti oħra li jissodisfaw r-rekwiżiti kollha tas-saħħa ta' l-annimali għall-kummerċ, it-tqegħid fis-suq jew l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

Artikolu 11

Konformità u informazzjoni

L-Istati Membri kollha għandhom jadottaw u jippubblikaw il-miżuri meħtieġa minnufih sabiex ikunu konformi ma' din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar dan.

L-Istat Membru milqut għandu japplika dawk il-miżuri malli jkollu suspett raġonevoli tal-preżenza tal-virus ta' l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 fit-tjur.

L-Istat Membru milqut għandu jipprovdi regolarment lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-informazzjoni meħtieġa dwar l-epidemjoloġija tal-marda, u, fejn ikun xieraq, dwar il-miżuri addizzjonali ta' kontroll u sorveljanza u l-kampanji implimentati li jqajmu kuxjenza.

Artikolu 12

Validità

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd sat-30 ta' Ġunju 2007.

Artikolu 13

Revoka

Id-Deċiżjoni 2006/135/KE hija rrevokata.

Artikolu 14

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar l-14 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/41/KE (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33). Verżjoni kkoreġuta ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12.

(2)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(3)   ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 590/2006 (ĠU L 104, 13.4.2006, p. 8).

(4)   ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(5)   ĠU L 52, 23.2.2006, p. 41. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2006/384/KE (ĠU L 148, 2.6.2006, p. 53).

(6)   ĠU L 167, 22.6.1992, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

(7)   ĠU L 164, 16.6.2006, p. 61.

(8)   ĠU L 274, 20.10.2005, p. 105. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2005/855/KE (ĠU L 316, 2.12.2005, p. 21).

(9)   ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

(10)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. Verżjoni kkoreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83).

(11)   ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 18/2006 (ĠU L 104, 13.4.2006, p. 8).

(12)   ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/68/KE (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321).

(13)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Verżjoni kkoreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83).

(14)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(15)   ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83.

(16)   ĠU L 273, 15.2.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 208/2006 (ĠU L 36, 8.2.2006, p. 25).


ANNESS

Parti A

Iż-żona A stabbilita skond l-Artikolu 4 (2):

Kodiċi ISO

tal-Pajjiż

Stat Membru

Żona A

Data sakemm applikabbli

Art. 4 (4) (b)

Kodiċi

(jekk hu applikabbli)

Isem

DK

DANIMARKA

 

Ġewwa il-pajjiż ta' Funen il-muniċipaltajiet ta':

28.6.2006

ÅRSLEV

KERTEMINDE

LANGESKOV

MUNKEBO

NYBORG

ODENSE

ØRBÆK

OTTERUP

RINGE

RYSLINGE

ULLERSLEV

HU

L-UNGERIJA

 

Ġewwa il-pajjiż ta' Bács-Kiskun il-muniċipaltajiet ta':

9.7.2006

 

KISKŐRÖS

 

 

KECEL

 

 

IMREHEGY

 

 

ORGOVÁNY

 

 

KASKANTYÚ

 

 

BÓCSA

 

 

SOLTVADKERT

 

 

TÁZLÁR

 

 

PIRTÓ

 

 

KISKUNHALAS

 

 

JAKABSZÁLLÁS

 

 

BUGACPUSZTAHÁZA

 

 

BUGAC

 

 

SZANK

 

 

KISKUNMAJSA-BODOGLÁR

 

 

HARKAKÖTÖNY

 

 

FÜLÖPJAKAB

 

 

MÓRICGÁT

 

 

PETŐFISZÁLLÁS

 

 

JÁSZSZENTLÁSZLÓ

 

 

KISKUNMAJSA

 

 

KISKUNFÉLEGYHÁZA

 

 

GÁTÉR

 

 

PÁLMONOSTORA

 

 

KÖMPÖC

 

 

CSÓLYOSPÁLOS

 

 

Ġewwa il-pajjiż ta' Csongrád il-muniċipaltajiet ta':

9.7.2006

 

ÜLLÉS

 

 

BORDÁNY

 

 

ZSOMBÓ

 

 

SZATYMAZ

 

 

SÁNDORFALVA

 

 

FELGYŐ

 

 

FORRÁSKÚT

 

 

BALÁSTYA

 

 

DÓC

 

 

KISTELEK

 

 

ÓPUSZTASZER

 

 

CSONGRÁD

 

 

BAKS

 

 

CSENGELE

 

 

PUSZTASZER

 

 

CSANYTELEK

 

 

TÖMÖRKÉNY

 

Parti B

Iż-żona B stabbilita skond l-Artikolu 4 (2):

Kodiċi ISO

tal-Pajjiż

Stat Membru

Żona B

Data sakemm applikabbli

Art. 4 (4) (b)

Kodiċi

(jekk hu applikabbli)

Isem

DK

DANIMARKA

ADNS

Il-pajjiż ta':

28.6.2006

00700

FUNEN

HU

L-UNGERIJA

ADNS

Il-pajjiżi ta':

9.7.2006

00003

BÁCS-KISKUN

00006

CSONGRÁD