|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
846 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-27 ta' April 2006
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea skond punt 3 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-7 ta' Novembru 2002 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea li jissupplimenta l-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 dwar id-dixxiplina tal-baġit u titjib fil-proċedura tal-baġit
(2006/397/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-7 ta' Novembru 2002 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea li jissupplimenta il-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 dwar id-dixxiplina tal-baġit u titjib fil-proċedura tal-baġit (1), u b'mod partikolari punt 3 tiegħu,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabilixxi il-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea (2),
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Filwaqt li:
|
(1) |
L-Unjoni Ewropea waqqfet Fond ta' Solidarjetà (il-“Fond”) biex turi solidarjetà mal-popolazzjonijiet tar-reġjuni milquta mid-diżastru. |
|
(2) |
Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-7 ta' Novembru 2002 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-limitu ta' EUR 1 biljun annwali. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru. 2012/2002 fih dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-Fond jista' jiġi mobilizzat. |
|
(4) |
Il-Bulgarija, r-Rumanija u l-Awstrija issottemettew applikazzjonijiet sabiex jimobilizzaw il-Fond, fir-rigward ta' ħames diżastri ikkawżati minn għargħar. |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea se jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 106 357 627 bħala allokazzjoni ta' impenn mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, nhar is-27 ta' April 2006.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
H. WINKLER