8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

778


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-20 ta' Marzu 2006

dwar ir-rekwiżiti tekniċi dettaljati għat-twettiq tat-testijiet speċifikati fid-Direttiva 2005/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta' sistemi ta' protezzjoni għal quddiem fuq vetturi bil-magna

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 776)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/368/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/66/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta' sistemi ta' protezzjoni għal quddiem fuq vetturi bil-magna u li temenda d-Direttiva 70/156/KEE, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tagħha,

Billi

(1)

Id-Direttiva 2005/66/KE tistipula r-rekwiżiti bażiċi għall-approvazzjoni tat-tip Komunitarju ta' vetturi bil-magna fir-rigward ta' l-użu ta' sistemi ta' protezzjoni għal quddiem u l-approvazzjoni tat-tip ta' sistemi ta' protezzjoni għal quddiem bħala unitajiet tekniċi separati.

(2)

Huwa meħtieġ li jiġu stipulati r-rekwiżiti tekniċi dettaljati għat-testijiet stabbiliti fit-taqsima 3 ta' l-Anness I ta' dik id-Direttiva.

(3)

Peress li dawk it-testijiet huma bbażati fuq ix-xogħol xjentifiku mwettaq mill-Kumitat Ewropew għal Sikurezza Mtejba tal-Vetturi (EEVC), ir-rekwiżiti tekniċi dettaljati għandhom ukoll ikunu bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet ta' l-EEVC.

(4)

Sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-persuni mexjin u ta' utenti oħra tat-triq, għandu jkun possibbli li sistema ta' protezzjoni għal quddiem li ġiet iddiżinjata għal aktar minn tip wieħed ta' vettura jkunu approvat skond it-tip separatament għal kull tip. Madankollu, l-awtorità tat-test għandha tkun tista' teżenta lil dak li jkun minn testijiet addizzjonali f'każijiet fejn it-tipi tal-vetturi li għalihom hija maħsuba s-sistema ta' protezzjoni għal quddiem huma simili biżżejjed, jew is-sistema ta' protezzjoni għal quddiem hija simili biżżejjed għal mudelli li diġà ġew ittestjati.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond id-Direttiva 70/156/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Ir-rekwiżiti tekniċi dettaljati meħtieġa sabiex jitwettqu t-testijiet marbuta ma' l-użu ta' sistemi ta' protezzjoni għal quddiem bħala tagħmir oriġinali mmuntat fuq vettura bil-magna u bħala unitajiet tekniċi separati, speċifikati fit-Taqsima 3 ta' l-Anness I għad-Direttiva 2005/66/KE, huma stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

2.   Fejn, fil-każ tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip ta' sistema ta' protezzjoni għal quddiem bħala tagħmir oriġinali fuq vettura, is-sistema għall-ittestjar tkun ġiet iddiżinjata għall-użu fuq aktar minn tip wieħed ta' vettura, dik is-sistema għandha tkun approvata għat-tip separatament għal kull tip ta' vettura li għaliha hija maħsuba.

Madankollu, l-awtorità tat-test għandha jkollha s-setgħa li teżenta lil dak li jkun minn testijiet addizzjonali f'każijiet fejn it-tipi tal-vetturi li għalihom hija maħsuba s-sistema ta' protezzjoni għal quddiem huma simili biżżejjed

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-26 ta' Novembru 2006.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, ta' l-20 ta' Marzu 2006.

Ghall-Kummissjoni

GÜNTER VERHEUGEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 309, 25.11.2005, p. 37.


ANNESS

WERREJ

PARTI I

Definizzjonijiet 779

PARTI II

Kapitolu I

Apparat tat-Test
782

Kapitolu II

Rekwiżiti tat-Test:
783

Kapitolu III

Forma tal-parti t'isfel tar-riġel lejn is-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem
784

Kapitolu IV

Forma tal-Parti ta' Fuq tar-Riġel lejn is-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem
787

Kapitolu V

Forma tal-Parti ta' Fuq tar-Riġel lejn ix-xifer ta' Quddiemnett tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem
789

Kapitolu VI

Forma tar-Ras tat-Tfal/Adulti Żgħar lejn is-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem
794

Appendiċi 1

Ċertifikazzjoni ta' l-Impakter
796

PARTI I

1.   DEFINIZZJONIJIET

Flimkien mad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2005/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fit-Taqsima 1 ta' l-Anness I għaliha, għandu japplika dan li ġej:

1.1.    “Livell ta' Referenza ta' l-Art” tfisser il-pjan orizzontali parallel mal-livell ta' l-art, li jirrappreżenta l-livell ta' l-art għal vettura wieqfa fuq art ċatta bil-ħandbrejk imtella' u l-vettura fl-orjentament normali tat-tħaddim tagħha.

1.2.    “Kantuniera tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem” tfisser il-punt ta' kuntatt tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem ma' pjan vertikali, li jifforma angolu ta' 60o mal-pjan lonġitudinali vertikali tal-vettura u li huwa tanġenzjali mal-faċċata esterna tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem. Ix-xifer ta' taħt tal-pjan irid ikun fuq il-Livell ta' Referenza ta' l-Art, hekk kif deskritt fil-paragrafu 1.1, u x-xifer ta' fuq f'għoli ta' 600 mm. (ara l-Figura 5).

1.3.    “Terz tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem” tfisser it-traċċa ġeometrika bejn il-kantunieri tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem, imkejla b'tejp flessibbli li jsegwi l-linja orizzontali esterna tas-Sistema ta' Protezzjoni għal quddiem, maqsuma fi 3 biċċiet indaqs.

1.4.    “Ix-Xifer ta' Quddiemnett tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem” tfisser l-istruttura ta' barra li qiegħda fuq nett tas-Sistema ta' Protezzjoni għal quddiem u teskludi il-bonit u l-madgards tal-vettura, il-partijiet tal-ġnub ta' madwar il-fanal u kwalunkwe tagħmir ieħor li jipproteġi biss il-fanali. (ara l-Figura 4)

1.5.    “Għoli tax-Xifer ta' Quddiemnett tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem” għal kwalunkwe sezzjoni tas-Sistema ta' Protezzjoni għal quddiem tfisser id-distanza bejn il-livell ta' referenza ta' l-Art u l-Linja ta' Referenza tax-Xifer ta' Quddiemnett tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem, meta l-vettura tkun fl-orjentament normali tat-tħaddim tagħha.

1.6.    “Il-Parti ta' Quddiemnett ta' Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem” għal kwalunkwe punt fuq Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem tfisser id-distanza orizzontali bejn il-Linja ta' Referenza ta' fuq tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem u l-pożizzjoni tal-punt li jkun qed jitqies fuq is-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem. Din id-distanza trid titkejjel fuq pjan vertikali parallel mal-pjan lonġitudinali vertikali tal-vettura.

1.7.    “Kantuniera tax-Xifer ta' Quddiemnett tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem” tfisser il-punt ta' kuntatt għas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem ma' pjan vertikali, li jifforma angolu ta' 45o mal pjan lonġitudinali vertikali tal-vettura u li huwa tanġenzjali mal-wiċċ ta' barra tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem. Ix-xifer ta' taħt tal-pjan irid ikun f'għoli ta' 600 mm, jew 200 mm taħt l-ogħla parti tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem, skond liema jkun l-ogħla.

1.8.    “Terz tax-Xifer ta' Quddiemnett tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem” tfisser it-traċċa ġeometrika bejn il-Kantunieri tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem, imkejla b'tejp flessibbli li jsegwi l-linja orizzjontali esterna tas-Sistema ta' Protezzjoni għal quddiem, maqsuma fi 3 biċċiet indaqs.

1.9.    “Id-Distanza Wrap-Around ta' Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem” għal kwalunkwe punt fuq is-Sistema ta' Protezzjoni għal quddiem tfisser id-distanza għal dak il-punt imkejla b'tejp flessibbli miżmum fi pjan vertikali fuq quddiem u fuq wara tal-vettura. It-tejp jinżamm stirat b'tarf minnu jmiss ma' dak il-punt u t-tarf l-ieħor f'kuntatt ma' l-art. It-tarf ta' ma' l-art għandu jkun vertikalment taħt l-aktar punt baxx ta' kuntatt tat-tejp mas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem jew il-vettura (ara l-Figura 3). Il-vettura trid tkun fl-orjentament normali tat-tħaddim.

1.10.    “Dimensjonijiet essenzjali tan-naħa ta' barra ta' quddiem” tfisser punti solidi fl-ispazju tal-qafas tat-test li jirrappreżentaw il-punti kollha tat-tip tal-vettura attwalment maħsuba fejn is-sistema ta' protezzjoni għal quddiem tkun suxxettibbli għall-impatt fuq il-vettura matul l-ittestjar.

1.11.   Iċ-“ċentru ta' l-irkoppa” ta' l-impakter bil-forma tar-riġel tfisser il-punt li madwaru effettivament tintlewa l-irkoppa.

1.12.   Il- “wirk” (femur) ta' l-impakter bil-forma tar-riġel huwa ddefinit bħala l-komponenti kollha jew il-parijiet tal-komponenti (inklużi l-laħam, il-ġilda, id-damper, l-istrumenti u l-brakits, taljoli, eċċ. mwaħħla ma' l-impakter sabiex jattivawh) 'il fuq mil-livell taċ-ċentru ta' l-irkoppa.

1.13.   It- “tibja” ta' l-impakter bil-forma tar-riġel hija ddefinita bħala l-komponenti kollha jew il-parijiet tal-komponenti (inklużi l-laħam, il-ġilda, l-istrumenti u l-brakits, taljoli, eċċ. mwaħħla ma' l-impakter sabiex jattivawh) 'l isfel mil-livell taċ-ċentru ta' l-irkoppa. Jekk jogħġbok innota li d-definizzjoni tat-tibja tippermetti l-inklużjoni tal-massa eċċ. tas-sieq.

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

Image 3
wrap around

Test ta 'immaġni

Image 4

Test ta 'immaġni

Image 5

Test ta 'immaġni

PARTI II

Kapitolu I

L-Apparat tat-Test

Testjar tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem bħala tagħmir oriġinali fuq vettura.

1.1.   Is-sistema ta' protezzjoni għal quddiem immuntata fuq vettura trid tkun konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsima 2 ta' l-Anness I għad-Direttiva 2005/66/KE.

1.2.   Il-vettura trid tkun fl-orjentament normali tat-tħaddim u jew immuntata tajjeb fuq posti mgħollija jew wieqfa fuq art ċatta bil-ħandbrejk imtella'. Il-vettura trid tkun mgħammra bis-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem li għandha tiġi ttestjata. L-istruzzjonijiet għat-twaħħil mill-manifattur tas-Sistema ta' Protezzjoni għal quddiem iridu jissegwew u għandhom jinkludu it-torques ta' ssikkar għall-punti kollha tat-twaħħil.

1.3.   L-apparati kollha iddiżinjati għall-protezzjoni ta' min hu miexi u utenti vulnerabbli oħra tat-triq għandhom ikunu attivati kif suppost minn qabel, u/jew ikunu attivi matul it-test rilevanti. L-applikant irid juri li l-apparati se jaħdmu kif suppost jekk il-vettura taħbat ma' persuna jew ma' utent tat-triq vulnerabbli ieħor.

1.4.   Kull komponent tal-vetturi li jista' jibdel il-forma jew il-pożizzjoni, bħal fanali “pop-up”, minbarra apparati għall-protezzjoni tal-persuni fit-triq u utenti vulnerabbli oħra tat-triq, iridu jkunu fil-forma jew pożizzjoni li l-awtoritajiet tat-test iqisu li l-aktar huma xierqa għal dawn it-testijiet.

Testjar tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem bħala Unità Teknika Separata.

2.1.   Fejn Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem biss titressaq għat-testijiet, għandu jkun possibbli li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsima 2 ta' l-Anness I għad-Direttiva 2005/66/KE meta mmuntata fuq tip ta' vettura li magħha hija marbuta l-approvazzjoni tat-tip ta' l-unità teknika separata.

2.2.   It-test jista' jitwettaq jew bis-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem imwaħħla fuq vettura tat-tip li għaliha hija maħsuba, jew fuq qafas għat-testjar li jirrappreżenta mill-qrib id-dimensjonijiet essenzjali tan-naħa ta' barra ta' quddiem tat-tip ta' vettura intiża. Jekk, meta jkun qed jintuża qafas ta' ttestjar, is-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem tiġi f'kuntatt mal-qafas matul it-test, it-test irid jerġa' jsir bis-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem imwaħħla fuq it-tip ta' vettura attwali li għaliha hija maħsuba. Fil-każ ta' ttestjar imwettaq meta s-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem tkun immuntata fuq vettura, il-kundizzjonijiet tat-Taqsima 1 għandhom japplikaw.

Kapitolu II

Rekwiżiti tat-Test

1.   Sabiex jiġu approvati, is-sistemi ta' protezzjoni għal quddiem iridu jkunu konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsima 3 ta' l-Anness I għad-Direttiva 2005/66/KE.

2.   Sistemi ta' Propulsjoni

2.1.   L-impakter bil-forma tal-parti t'isfel tar-riġel għat-testijiet tas-Sistema ta' Protezzjoni għal quddiem għandu “għal kollox” (free flight) fil-mument ta' l-impatt. L-impakter għandu jinħeles għal kollox minn ċertu distanza sabiex ir-riżultati tat-test ma jiġux influwenzati minn kwalunkwe kuntatt ta' l-impakter mas-sistema ta' propulsjoni meta l-impakter jerġa' lura.

2.2.   L-impakter bil-forma tal-parti ta' fuq tar-riġel għal testijiet fuq is-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem u x-Xifer ta' Quddiemnett ta' Fuq tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem għandu jiġi mmuntat fuq is-sistema ta' propulsjoni permezz ta' ġog li jillimita t-torque, sabiex tagħbijiet kbar li mhumiex iċċentrati ma jagħmlux ħsara lis-sistema ta' ggwidar. Is-sistema ta' ggwidar għandha tkun mgħammra bi gwidi bi frizzjoni baxxa, li m'humiex sensittivi għal tagħbija li ma tkunx iċċentrata, li jippermettu li l-impakter jimxi biss fid-direzzjoni speċifikata ta' l-impatt, meta jiġi f'kuntatt mas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem. Il-gwidi għandhom jipprevjenu ċ-ċaqliq f'direzzjonijiet oħra inklużi r-rotazzjoni madwar kwalunkwe assi ieħor.

2.3.   L-impakter bil-forma tar-ras tat-Tfal/Adulti Żgħar għat-testijiet fuq is-Sistema ta' Protezzjoni għal quddiem għandhom ikunu “ħielsa għal kollox”, fil-waqt ta' l-impatt. L-impakter għandu jinħeles għal kollox f'tali distanza mis-Sistema ta' Protezzjoni għal quddiem li twassal sabiex ir-riżultati tat-test ma jiġux influwenzati minn kwalunkwe kuntatt ta' l-impakter mas-sistema ta' propulsjoni meta l-impakter jerġa' lura.

2.4.   Fil-każijiet kollha, l-impakters jistgħu jiġu propulsi minn apparat li jispara bl-arja, b'molla jew bil-ħajdrolik, jew bi kwalunkwe mezz ieħor li jista' jiġi ppruvat li jagħti l-istess riżultat.

Kapitolu III

Forma tal-parti t'isfel tar-riġel lejn is-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem

1.   Il-għan tat-Test:

1.1.   Li tiġi ttestjata l-konformità mar-Rewiżiti stipulati fil-paragrafu 3.1.1 ta' l-Anness I għad-Direttiva 2005/66/KE.

2.   Punti tat-Test

2.1.   Minimu ta' tliet testijiet tal-Forma tal-parti t'isfel tar-riġel lejn is-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem iridu jsiru fuq punti tat-test bejn il-Linji ta' Referenza ta' Fuq u ta' Isfel tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem(ara l-Figuri 1 u 2). Il-punti tat-test iridu jkunu f'pożizzjonijiet meqjusa mill-awtorità tat-test li għandhom l-ogħla possibbiltà li jikkawżaw korriment. It-testijiet iridu jitwettqu għal tipi differenti ta' struttura fejn ivarjaw skond l-erja li trid tiġi evalwata. Il-punti ttestjati mill-awtoritajiet tat-test għandhom jiġu indikati fir-rapport tat-test.

3.   L-apparat tat-Test:

3.1.   L-impakter bil-forma tal-parti t' isfel tar-riġel irid jikkonsisti f'żewġ taqsimiet riġidi mgħottija bil-fowm li jirrappreżentaw il-wirk (il-parti ta' fuq tar-riġel) u t-tibja (il-parti t'isfel tar-riġel), magħquda flimkien permezz ta' simulazzjoni ta' ġog ta' l-irkoppa li jista' jiġi sfurmat. It-tul kumplessiv ta' l-impakter irid ikun ta' 926 ± 5 mm u għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 5 ta' dan il-Kapitlu u jikkonforma mal-Figura 6. Brakits, taljoli, eċċ, imwaħħla ma' l-impakter għall-iskop tat-tfigħ, jistgħu jestendu d-dimensjonijiet murija fil-Figura 6.

3.2.   It-transducers iridu jitwaħħlu sabiex ikejlu l-angolu li fih tintlewa l-irkoppa, kif ukoll l-ispostament laterali (shearing displacement) ta' l-irkoppa. Aċċellerometru fuq assi wieħed irid jitwaħħal fuq in-naħa tat-tibja li ma taqlax l-impatt, viċin tal-ġog ta' l-irkoppa, bl-assi sensittiv fid-direzzjoni ta' l-impatt.

3.3.   Il-valur CFC tar-rispons ta' l-istrumenti, hekk kif iddefinit f'ISO 6487: 2000, irid ikun 189 għat-transducers kollha. Il-valuri CAC tar-rispons, hekk kif iddefiniti f'ISO6487: 2000, iridu jkunu 50o għall-angolu tal-liwi ta' l-irkoppa, 10mm għall-ispostament laterali u 500 g għall-aċċelerazzjoni.

3.4.   L-impakter irid jissodisfa r-rekwiżiti ta' rendiment speċifikati fit-Taqsima 2 ta' l-Appendiċi I, u jrid ikun mgħammar b'elementi ta' l-irkoppa li jisfurmaw ruħhom mill-istess baċċ bħal dawk użati fit-testijiet ta' ċertifikazzjoni. L-impakter irid ikun mgħammar ukoll bil-fowm maqtugħ minn waħda minn massimu ta'' erba' folji konsekuttivi ta' materjal tal-fowm kulur il-ġilda Confor ™ jew l-ekwivalenti tiegħu, prodott mill-istess baċċ ta' manifattura (maqtuqgħa minn blokka jew biċċa waħda ta' fowm, sakemm il-fowm minn waħda minn dawn il-folji jkun intuża f'test dinamiku ta' ċertifikazzjoni u l-piżijiet individwali ta' dawn il-folji jkunu fil-limitu ta' ± 2 % tal-piż tal-folja użata fit-test ta' ċertifikazzjoni. L-impakter ċertifikat jista' jintuża għal massimu ta' 20 impatt qabel iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid. Ma kull test għandhom jintużaw elementi ġodda li huma plastikament sfurmabbli. L-impakter ukoll irid ikun ċertifikat mill-ġdid jekk tkun għaddiet aktar minn sena mill-aħħar ċertifikazzjoni jew jekk kwalunkwe riżultat tat-transducer ta' l-impakter, fi kwalunkwe impatt ikun qabeż is-CAC speċifikat.

3.5.   L-impakter irid ikun immuntat, propuls u meħlus kif speċifikat fil-Kapitolu II.

4.   Il-proċedura tat-testijiet:

4.1.   It-temperatura stabbilizzata ta' l-apparat tat-test u l-vettura jew l-unità teknika separata trid tkun ta' 20o± 4 oC.

4.2.   It-testijiet iridu jsiru fuq is-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem f'punti magħżula skond il-paragrafu 2.1.

4.3.   Id-direzzjoni ta' l-impatt trid tkun fil-pjan orizzontali u parallela mal-pjan vertikali lonġitudinali tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem kif imwaħħla fuq il-vettura jew qafas ta' l-immuntar. It-tolleranza għad-direzzjoni tal-vettura tal-veloċità fil-pjan orizzontali u fil-pjan lonġitudinali trid tkun ±2o fil-waqt ta' l-ewwel kuntatt.

4.4.   L-assi ta' l-impakter irid ikun perpendikolari mal-pjan orizzontali b'tolleranza ta' ±2o fil-pjan laterali u lonġitudinali. Il-pjani orizzontali, lonġitudinali u laterali huma ortogonali għal xulxin (ara l-Figura 8).

4.5.   Qiegħ l-impakter irid ikun 25mm 'il fuq mil-Livell ta' Referenza ta' l-Art fil-waqt ta' l-ewwel kuntatt mas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem (ara l-Figura 7), b'tolleranza ta' ± 5 mm. Meta jkun qed jiġi ssettjat l-għoli tas-sistema ta' propulsjoni, trid titqies l-influwenza tal-gravità matul il-perjodu li fih l-impakter ma jkun qed imiss ma' xejn.

4.6.   Fil-waqt ta' l-ewwel kuntatt l-impakter irid ikollu l-orjentament maħsub madwar l-assi vertikali, għat-tħaddim korrett tal-ġog ta' l-irkoppa, b'tolleranza ta' ± 5o.

4.7.   Fil-waqt ta' l-ewwel kuntatt, il-linja ċentrali ta' l-impakter trid tkun fi ħdan il-limitu ta' tolleranza ta' ± 10 mm mal-pożizzjoni magħżula ta' impatt.

4.8.   Matul il-kuntatt bejn l-impakter u s-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem, l-impakter m'għandux jiġi f'kuntatt ma' l-art jew kwalunkwe oġġett li mhux parti mis-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem jew mill-vettura.

4.9.   Il-veloċità ta' impatt ta' l-impakter meta jolqot is-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem trid tkun 11,1 ± 0,2 m/s. L-effett tal-gravità jrid jitqies meta l-veloċità ta' l-impatt tinkiseb mill-kejl li jittieħed qabel il-waqt ta' l-ewwel kuntatt.

5.   Impakter bil-Forma tal-Parti t' Isfel tar-Riġel

Id-dijametru tal-wirk u tat-tibja jrid ikun 70 ± 1 mm u t-tnejn iridu jkunu miksija b''laħam' u ġilda tal-fowm. Il-laħam tal-fowm irid ikun Confor™ foam type CF-45 ta' 25 mm, jew l-ekwivalenti tiegħu. Il-ġilda trid tkun magħmula minn fowm tal-neoprene, b'ċarruta tan-najlon ta' ħxuna ta' 0,5 mm minn kull naħa u ħxuna totali ta' 6mm.

5.1.1.   It-tul tal-wirk u tat-tibja jrid ikun 432 mm u 494 mm miċ-ċentru ta' l-irkoppa rispettivament.

5.2.   Il-massa totali tal-wirk u tat-tibja trid tkun 8,6 ± 0,1 kg u 4,8 ± 0,1 kg rispettivament, u l-massa totali ta' l-impakter irid ikun 13,4 ± 0,2 kg

5.3.   Iċ-ċentru tal-gravità tal-wirk u tat-tibja jrid ikun 217 ± 10 mm u 233 ± 10 mm miċ-ċentru ta' l-irkoppa rispettivament.

5.4.   Il-mument ta' inerzja tal-wirk u tat-tibja, madwar assi orizzontali minn ġewwa ċ-ċentru ta' gravità rispettiv u perpendikolari għad-direzzjoni ta' l-impatt, irid ikun ta' 0,127 ± 0,010 kgm2 u 0,120 ± 0,010 kgm2 rispettivament.

5.5.   Aċċellerometru fuq assi wieħed irid jitwaħħal fuq in-naħa tat-tibja li ma taqlax l-impatt, 66 ± 5 mm taħt iċ-ċentru tal-ġog ta' l-irkoppa, bl-assi sensittiv fid-direzzjoni ta' l-impatt.

5.6.   L-impakter irid ikun mgħammar bl-istrumenti sabiex jitkejlu l-angolu tal-liwi u l-ispostament laterali bejn il-wirk u t-tibja.

5.7.   Irid jitwaħħal damper mas-sistema ta' spostament laterali u dan jista' jitwaħħal fuq kwalunkwe punt man-naħa ta' wara ta' l-impakter, jew inkella internament. Il-karatteristiċi tad-damper iridu jkunu tali li l-impakter jissodisfa kemm ir-rekwiżiti statiċi kif ukoll dinamiċi ta' spostament laterali u ma jħallix vibrazzjonijiet eċċessivi tas-sistema ta' l-ispostament laterali.

Image 6

Test ta 'immaġni

Image 7

Test ta 'immaġni

Image 8

Test ta 'immaġni

Kapitolu IV

Forma tal-parti ta' fuq tar-riġel lejn is-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem

1.   Il-għan tat-Test:

1.1.   Li tiġi ttestjata l-konformità mar-Rewiżiti stipulati fil-paragrafu 3.1.2 ta' l-Anness I għad-Direttiva 2005/66/KE.

2.   Punti tat-Test

2.1.   It-testijiet tal-Forma tal-parti ta' fuq tar-riġel lejn is-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem għandhom jitwettqu għal punti tat-test magħżula mill-awtorità tat-test skond il-paragrafu 2.1 tal-Kapitolu III. Il-punti ttestjati mill-awtoritajiet iridu jkunu indikati fir-rapport tat-test.

3.   L-apparat tat-test:

3.1.   L-impakter irid ikun konformi mar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 5 ta' dan il-Kapitolu u mal-Figura 9.

3.2.   Żewġ load transducers iridu jkunu armati sabiex ikejlu individwalment il-forzi applikati fuq iż-żewġ naħat ta' l-impakter, flimkien ma' strain gauges li jkejlu l-mumenti tal-liwi fiċ-ċentru ta' l-impakter u f'pożizzjonijiet 50 mm fuq kull naħa tal-linja ċentrali. (ara l-Figura 9)

3.3.   Il-valur CFC tar-rispons ta' l-istrumenti, kif iddefinit f'ISO6487 irid ikun 180 għat-transducers kollha. Il-valuri CAC tar-rispons ta' l-istrumenti, kif iddefiniti f'ISO6487 iridu jkunu ta' 10 kN għall-force transducers u 1,000 Nm għall-kejlijiet tal-mument tal-liwi.

3.4.   L-impakter irid jissodisfa r-rekwiżiti ta' rendiment speċifikati fit-Taqsima 3 ta' l-Appendiċi I, u jrid ikun mgħammar b'fowm maqtugħ mill-folja ta' materjal użata għat-test dinamiku ta' ċertifikazzjoni. L-impakter ċertifikat jista' jintuża għal massimu ta' 20 impatt qabel iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid (dan il-limitu ma japplikax għal komponenti ta' propulsjoni jew ta' ggwidar). L-impakter ukoll irid ikun iċċertifikat mill-ġdid jekk tkun għaddiet aktar minn sena mill-aħħar ċertifikazzjoni jew jekk kwalunkwe riżultat tat-transducer ta' l-impakter, fi kwalunkwe impatt ikun qabeż is-CAC speċifikat.

3.5.   L-impakter irid ikun immuntat u propuls kif speċifikat fil-Kapitolu II.

4.   Il-proċedura tat-testijiet:

4.1.   It-temperatura stabbilizzata ta' l-apparat tat-test u l-vettura jew is-sub-system trid tkun ta' 20o± 4 oC.

4.2.   It-testijiet iridu jsiru fuq is-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem bejn il-kantunieri tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem, għall-punti magħżula taħt il-paragrafu 2.1.

4.3.   Id-direzzjoni ta' l-impatt trid tkun parallela ma' l-assi lonġitudinali tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem hekk kif immuntata fuq vettura jew qafas tat-test, bl-assi tal-Forma tal-Parti ta' Fuq tar-Riġel vertikali fil-waqt ta' l-ewwel kuntatt. It-tolleranza għal dawn id-direzzjonijiet hija ta' ± 2o. Fil-waqt ta' l-ewwel kuntatt, il-linja ċentrali ta' l-impakter trid tikkoinċidi mal-punt magħżul tat-test b'tolleranza ta' a ± 10 mm kemm lateralment kif ukoll vertikalment.

4.4.   Il-veloċità ta' l-impatt ta' l-impakter meta jolqot is-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem trid tkun ta' 11,1 ± 0,2 m/s.

5.   Impakter bil-forma tal-parti ta' fuq tar-riġel

5.1.   Il-massa totali ta' l-Impakter bil-forma tal-parti ta' fuq tar-riġel li tinkludi dawk il-komponenti ta' propulsjoni u ta' ggwidar li effettivament huma parti mill-impakter matul l-impatt trid tkun ta' 9,5 kg ± 0,1 kg.

5.2.   Il-massa totali tal-biċċa ta' quddiem u tal-komponenti fuq quddiem tas-sistema tal-load transducers, flimkien ma' dawk il-partijiet tas-sistemi tal-load transducers fuq quddiem ta' dawn l-elementi attivi, iżda mingħajr il-fowm u l-ġilda, trid tkun ta' 1,95 ± 0,05 kg.

5.3.   Il-fowm irid ikun żewġ folji ta' Confor™ foam type CF-45 ta' 25 mm, jew l-ekwivalenti tiegħu. Il-ġilda trid tkun folja tal-lastku msaħħa bil-fibri ta' ħxuna ta' 1,5 mm. Il-fowm u l-ġilda tal-lastku flimkien iridu jiżnu 0,6 ± 0,1 kg (dan jeskludi kwalunkwe rinfurzar, mawntings, eċċ. li jintużaw sabiex jitwaħħlu x-xfar ta' wara tal-ġilda tal-lastku mal-parti ta' wara). Il-fowm u l-ġilda tal-lastku jridu jkunu milwija lura lejn in-naħa ta' wara, bil-ġilda tal-lastku mwaħħla permezz ta' spacers mal-parti ta' wara sabiex il-ġnub tal-ġilda tal-lastku jinżammu paralleli. Il-fowm irid ikun ta' daqs u forma tali li jinżamm vojt biżżejjed bejn il-fowm u l-komponenti wara l-parti ta' quddiem, sabiex jiġu evitati trajettorji tal-piż bejn il-fowm u dawn il-komponenti.

5.4.   Il-parti ta' quddiem trid tkun mgħammra bi strain gauges sabiex jitkejlu l-mumenti ta' liwi fi tliet pożizzjonijiet, kif muri fil-Figura 9, fejn kull waħda tuża channel separat. L-istrain gauges jinsabu fuq l-impakter fuq in-naħa ta' wara tal-parti ta' quddiem. Iż-żewġ strain gauges tan-naħa ta' barra jinsabu 50 ± 1 mm mill-assi simmetrika ta' l-impakter. L-istrain gauge tan-nofs tinsab fuq l-assi simmetrika b'tolleranza ta' ± 1 mm.

5.5.   Il-ġog li jillimita t-torque irid ikun issettjat sabiex l-assi lonġitudinali tal-part ta' quddiem tkun perpendikolari ma' l-assi tas-sistema ta' ggwidar, b'tolleranza ta' ± 2o, bit-torque tal-frizzjoni tal-ġog issettjat għal minimu ta' 650 Nm.

5.6.   Iċ-ċentru ta' gravità ta' dawk il-partijiet ta' l-impakter li effettivament jinsabu 'l quddiem mill-ġog li jillimità t-torque iridu jkunu jinsabu fuq il-linja ċentrali lonġitudinali ta' l-impakter, b'tolleranza ta' ± 10 mm.

5.7.   It-tul bejn il-linji ċentrali tal-load transducers iridu jkunu ta' 310 ± 1 mm u d-dijametru tal-parti ta' quddiem irid ikun ta' 50 ± 1 mm.

Image 9

Test ta 'immaġni

Kapitolu V

Forma tal-parti ta' fuq tar-riġel lejn ix-xifer ta' Quddiemnett tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem

1.   Il-għan tat-Test:

1.1.   Li tiġi ttestjata l-konformità mar-Rewiżiti stipulati fil-paragrafu 3.1.3 ta' l-Anness I għad-Direttiva 2005/66/KE.

2.   Punti tat-Test

2.1.   Minimu ta' tliet testijiet iridu jsiru fuq il-Linja ta' Referenza tax-Xifer ta' Quddiemnett tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem, f'punti meqjusa mill-awtorità tat-test li l-aktar għandhom imnejn jikkawżaw korriment. It-testijiet iridu jitwettqu għal tipi differenti ta' struttura fejn ivarjaw fl-erja kollha li trid tiġi evalwata. Il-punti ttestjati mill-awtoritajiet tat-test iridu jiġu indikati fir-rapport tat-test.

3.   L-apparat tat-Test:

3.1.   L-impakter irid ikun konformi mar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 5 tal-Kapitolu IV u mal-Figura 9.

3.2.   Meta taħbat mal-Linja ta' Referenza tax-Xifer ta' Quddiemnett tan-naħa ta' fuq, il-massa ta' l-impakter għandha tiddependi fuq il-forma ġenerali tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem u għandha tkun determinata skond it-Taqsima 4.

3.3.   Żewġ load transducers iridu jkunu armati sabiex ikejlu individwalment il-forzi applikati fuq iż-żewġ naħat ta' l-impakter, flimkien ma' strain gauges li jkejlu l-mumenti tal-liwi fiċ-ċentru ta' l-impakter u f'pożizzjonijiet ta' 50 mm fuq kull naħa tal-linja ċentrali. (ara l-Figura 9)

3.4.   Il-valur CFC tar-rispons ta' l-istrumenti, kif iddefinit f'ISO6487 irid ikun ta' 180 għat-transducers kollha. Il-valuri CAC tar-rispons ta' l-istrumenti, kif iddefiniti f'ISO6487 iridu jkunu ta' 10 kN għall-force transducers u 1,000 Nm għall-kejlijiet tal-mument tal-liwi.

3.5.   L-impakter irid jissodisfa r-rekwiżiti ta' rendiment speċifikati fit-Taqsima 3 ta' l-Appendiċi I, u għandu jkun mgħammar b'fowm maqtugħ mill-folja ta' materjal użata għat-test ta' ċertifikazzjoni dinamiku. L-impakter ċertifikat jista' jintuża għal massimu ta' 20 impatt qabel iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid (dan il-limitu ma japplikax għal komponenti ta' propulsjoni jew ta' ggwidar). L-impakter irid ikun ċertifikat mill-ġdid ukoll jekk tkun għaddiet aktar minn sena mill-aħħar ċertifikazzjoni jew jekk kwalunkwe riżultat tat-transducer ta' l-impakter, fi kwalunkwe impatt ikun qabeż is-CAC speċifikat.

3.6.   L-impakter irid ikun immuntat u propuls kif speċifikat fil-Kapitolu II.

4.   Il-proċedura tat-testijiet:

4.1.   It-temperatura stabbilizzata ta' l-apparat tat-test u l-vettura jew is-sub-system trid tkun 20o± 4 oC.

4.2.   It-testijiet iridu jsiru fuq is-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem bejn il-kantunieri tax-Xifer ta' Quddiemnett tan-naħa ta' fuq tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem, għall-punti magħżula skond il-paragrafu 2.1.

4.3.   L-impakter irid ikun allinjat b'tali mod li l-linja ċentrali tas-sistema ta' propulsjoni u l-assi lonġitudinali ta' l-impakter li jaħbat ikunu paralleli ma' l-assi lonġitudinali tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem hekk kif immuntata fuq il-vettura jew qafas tat-test. It-tolleranzi għal dawn id-direzzjonijiet huma ta' ± 2o. Fil-waqt ta' l-ewwel kuntatt, il-linja ċentrali ta' l-impakter trid tikkoinċidi mal-punt magħżul ta' l-impatt b'tolleranza ta' ± 10 mm (ara l-Figura 10) u lateralment b'tolleranza ta' ± 10 mm.

4.4.   Il-veloċità meħtieġa ta' l-impatt, l-angolu ta' l-impatt u l-massa ta' l-impakter iridu jiġu ddeterminati skond il-paragrafi 4.5 u 4.6. It-tolleranza fuq il-veloċità ta' l-impatt hija ta' ± 2 % u t-tolleranza fuq id-direzzjoni ta' l-impatt hija ta' ± 2 %. L-effett tal-gravità irid jitqies qabel il-waqt ta' l-ewwel kuntatt. Il-massa ta' l-impakter għandha titkejjel bi preċiżjoni ta' aktar minn ± 1 %, u jekk ir-riżultat imkejjel ikun differenti mir-riżultat meħtieġ, il-veloċità meħtieġa għandha tiġi aġġustata sabiex tikkompensa, skond il-paragrafu 4.7.1.

4.5.   Il-veloċità ta' l-impatt meħtieġa u l-angolu ta' l-impatt huma ddeterminati mill-Figuri 11 u 12 b'referenza għall-għoli vertikali tal-pożizzjoni maħsuba ta' l-impatt fuq il-Linja ta' Referenza tax-Xifer ta' Quddiemnett tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem, u l-parti ta' Quddiemnett tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem.

4.6.   L-enerġija ta' impatt meħtieġa trid tinkiseb mill-Figura 13 b'referenza għall-għoli vertikali, mill-livell ta' referenza ta' l-art, tal-pożizzjoni maħsuba ta' l-impatt fuq ix-Xifer ta' Quddiemnett tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem, u l-parti ta' Quddiemnett tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem.

Il-massa totali ta' l-impakter tinkludi dawk il-komponenti ta' propulsjoni u ta' ggwidar li effettivament huma parti mill-impakter matul l-impatt, inklużi il-piżijiet żejda.

4.7.1.   Il-valur meħtieġ tal-massa ta' l-impakter irid jiġi kkalkulat hekk:

M = 2E/V2

fejn M

=

Massa (kg)

E

=

Enerġija Meħtieġa ta' l-Impatt (J)

V

=

Veloċità Meħtieġa (m/s)

4.7.2.   Il-massa ta' l-impakter tista' tiġi aġġustata mill-valur ikkalkulat sa ± 10 %, sakemm il-veloċità meħtieġa ta' impatt tinbidel ukoll permezz tal-formula t'hawn fuq sabiex tinżamm l-enerġija kinetika meħtieġa ta' l-impakter.

4.7.3.   Il-piżijiet żejda meħtieġa jridu jitwaħħlu kif meħtieġ sabiex il-valur ikkalkulat tal-massa ta' l-impakter, ikkalkulat skond il-paragrafu 4.7.1, għan-naħa ta' wara tal-parti ta' wara kif muri fil-Figura 9, jew għal komponenti tas-sistema ta' ggwidar li effettivament huma parti mill-impakter waqt l-impatt.

Image 10

Test ta 'immaġni
Image 11
negative leads zero lead

Figura 11

Veloċità tal-Forma tal-parti ta' fuq tar-riġel lejn ix-xifer ta' Quddiemnett tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem

Noti:

1.

Interpola orizzontalment bejn il-kurvi.

2.

B'konfigurazzjonijiet taħt 5,56 m/s — ittestja b' 5,56 m/s

3.

B'konfigurazzjonijiet ta' 'l fuq minn 11,1 m/s — ittestja b' 11,1 m/s

4.

B'negative leads — ittestja bħallikieku għal zero lead

5.

B'konfigurazzjonijiet ta' 'l fuq minn 400 mm — ittestja b' 400 mm.

Veloċità ta' l-impatt (m/s) (km/h)

Quddiemnett tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem (mm)

5,56

6,9

8,3

9,7

11,1

400

350

300

250

200

150

100

50

0

550

600

650

700

750

800

850

900

950

1000

1050

Għoli Vertikali għall-Punt ta' Impatt (mm)

Image 12
lead lead lead zero lead lead

Figura 12

Veloċità tal-Forma tal-parti ta' fuq tar-riġel lejn ix-xifer ta' Quddiemnett tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem

Punti ta' Ekwivalenza

A

=

0 mm FPS lead

B

=

50 mm FPS lead

C

=

150 mm FPS lead

Notes:

1.

Interpola vertikalment bejn il-kurvi.

2.

B'FPS leads negattivi

ittestja bħallikieku għal zero lead

3.

B'FPS lead ta' 'l fuq minn 150 mm

ittestja bħallikieku għal 150 mm

4.

B'punti għoljin ta' impatt 'il fuq minn 1 050 mm

ittestja bħallikieku għal 1 050 mm

Angolu ta' impatt (gradi)

50

45

40

35

30

25

20

15

10

5

0

550

600

650

700

750

800

850

900

950

1000

1050

A

B

C

Għoli Vertikali għall-Punt ta' Impatt (mm)

Image 13
lead lead lead lead lead lead lead

Figura 13

Enerġija kinetika ta' l-Impatt għall-Forma tal-parti ta' fuq tar-riġel lejn ix-xifer ta' Quddiemnett tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem

Punti ta' Ekwivalenza

A

=

50 mm FPS lead

B

=

100 mm FPS lead

C

=

150 mm FPS lead

D

=

250 mm FPS lead

E

=

350 mm FPS lead

Noti:

1.

Interpola vertikalment bejn il-kurvi.

2.

B'FPS lead ta' inqas minn 50 mm

ittestja bħallikieku għal 50 mm

3.

B'FPS lead ta' 'l fuq minn 350 mm

ittestja bħallikieku għal 350 mm

4.

B'punti għoljin ta' impatt 'il fuq minn 1 050 mm

ittestja bħallikieku għal 1 050 mm

5.

B'enerġija kinetika meħtieġa ta' 'l fuq minn 700 J

ittestja b' 700 J.

6.

B'enerġija kinetika meħtieġa ta' jew anqas minn 200 J

ittestja b' 200 J.

Enerġija (J)

1800

1600

1400

1200

1000

800

600

400

200

0

550

600

650

700

750

800

850

900

950

1000

1050

Limitu ta' Fuq ta' l-Enerġija

Limitu ta' Isfel ta' l-Enerġija

Għoli tax-Xifer ta' Quddiemnett tal-bonit (mm)

Kapitolu VI

Forma tar-Ras tat-Tfal/Adulti żgħar lejn is-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem

1.   Il-għan tat-Test:

1.1.   Li tiġi ttestjata l-konformità mar-Rewiżiti stipulati fil-paragrafu 3.1.2 ta' l-Anness I għad-Direttiva 2005/66/KE.

2.   Punti tat-Test

2.1.   Il-punti tat-test għall-impakter b'forma tar-ras tat-tfal/adulti żgħar iridu jintagħżlu fuq partijiet tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem, fejn id-Distanza Wrap Around tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem teċċedi d-900 mm meta l-vettura tkun fl-orjentament normali tat-tħaddim, jew meta s-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem tkun immuntata fuq qafas tat-test li jirrappreżenta l-vettura li fuqha għandha titwaħħal bħallikieku fl-orjentament normali tat-tħaddim.

2.2.   Tliet testijiet ta' impatt tal-forma tar-ras għandhom jitwettqu f'pożizzjonijiet meqjusa mil-laboratorji tat-test li għandhom l-ogħla possibbiltà li jikkawżaw korriment. It-testijiet iridu jitwettqu għal tipi differenti ta' struttura fejn ivarjaw fl-erja kollha li trid tiġi evalwata. Il-punti ttestjati mill-awtoritajiet tat-test iridu jiġu indikati fir-rapport tat-test.

3.   L-apparat tat-test:

3.1.   L-impakter irid ikun kif deskritt fit-Taqsima 5 u kif muri fil-Figura 15.

3.2.   Il-valur CFC tar-rispons ta' l-istrumenti, kif iddefinit f'ISO6487 irid ikun ta' 1000. Il-valur CAC tar-rispons ta' l-istrumenti, kif iddefinit f'ISO6487 irid ikun ta' 500 g għall-aċċellerazzjoni.

3.3.   L-impakter irid jissodisfa r-rekwiżiti ta' rendiment speċifikati fit-Taqsima 4 ta' l-Appendiċi I. L-impakter ċertifikat jista' jintuża għal massimu ta' 20 impatt qabel iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid. L-impakter irid ikun ċertifikat mill-ġdid jekk tkun għaddiet aktar minn sena mill-aħħar ċertifikazzjoni jew jekk kwalunkwe riżultat tat-transducer, fi kwalunkwe impatt ikun qabeż is-CAC speċifikat.

3.4.   L-impakter irid ikun immuntat, propuls u meħlus kif speċifikat fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu II.

4.   Il-proċedura tat-testijiet:

4.1.   It-temperatura stabbilizzata ta' l-apparat tat-test u l-vettura jew l-unità teknika separata trid tkun ta' 20o± 4 oC.

4.2.   It-testijiet iridu jsiru fuq is-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem f'pożizzjonijiet magħżula skond it-Taqsima 2.

4.3.   Impakter bil-forma tar-ras tat-tfal/adulti żgħar, kif deskritt fit-Taqsima 5, irid jintuża għal testijiet fuq is-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem f'pożizzjonijiet ta' l-ewwel kuntatt hekk kif magħżula skond it-Taqsima 2.

4.4.   Id-direzzjoni ta' l-impatt trid tkun 'l isfel u lura u fi pjan vertikali parallel ma' l-assi lonġitudinali tas-Sistema ta' Protezzjoni għal Quddiem kif imwaħħla fuq il-vettura jew qafas tat-test. It-tolleranza għal din id-direzzjoni hija ta' ± 2o. L-angolu ta' impatt għat-testijiet bl-impakter irid ikun ta' 50o ± 2o mal-Livell ta' Referenza ta' l-Art. L-effett tal-gravità irid jitqies meta jinkiseb l-angolu ta' impatt mill-kejl li jsir qabel il-waqt ta' l-ewwel kuntatt.

4.5.   Fil-waqt ta' l-ewwel kuntatt, il-punt ta' l-ewwel kuntatt ta' l-impakter irid ikun fi ħdan il-limitu ta' tolleranza ta' ± 10 mm mal-pożizzjoni magħżula ta' impatt.

4.6.   Il-veloċità ta' impatt ta' l-impakter meta jolqot il-pożizzjoni ta' impatt trid tkun 9,7 ± 0,2 m/s. L-effett tal-gravità jrid jitqies meta l-veloċità ta' l-impatt tinkiseb mill-kejl li jittieħed qabel il-waqt ta' l-ewwel kuntatt.

5.   L-impakter bil-forma tar-ras;

5.1.   L-impakter bil-forma ta' ras tat-tfal/adulti żgħar irid ikun sfera riġida magħmula mill-aluminju u ta' kostruzzjoni omoġena. Għandu jkollu dijametru ta' 165 ± 1 mm u massa ta' 3,5 ± 0,07 kg

5.2.   L-isfera trid tkun miksija b'ġilda sintetika ta ħxuna ta' 14 ± 0,5 mm, li għandha tiksi għall-inqas nofs l-isfera.

5.3.   Iċ-ċentru ta' gravità ta' l-impakter, inkluża l-istrumentazzjoni jrid ikun jinstab fiċ-ċentru ta' l-isfera b'tolleranza ta' ± 5 mm. Il-mument ta' inerzja madwar assi li jgħaddi minn ġoċ-ċentru ta' gravità u perpendikolari għad-direzzjoni ta' l-impatt irid ikun 0,010 ± 0,0020 kgm.

Irid ikun hemm vojt fl-isfera li jippermetti t-twaħħil ta' aċċelerometru bi tliet assi jew tliet aċċelerometri b'assi wieħed. L-aċċelerometri jridu jkunu ppożizzjonati skond il-paragrafi 5.4.1 u 5.4.2.

5.4.1.   Wieħed mill-aċċelerometri jrid ikollu l-assi sensittiv perpendikolari mal-faċċata tal-mawnting A (figura 15) u l-massa siżmika trid tkun ippożizzjonata ġewwa żona ta' tolleranza ċilindrika b'radju ta' 1mm u tul ta' 20 mm. Il-linja ċentrali taż-żona ta' tolleranza trid tkun perpendikolari għall-faċċata tal-mawnting u l-punt tan-nofs tagħha għandu jikkoinċidi maċ-ċentru ta' l-isfera ta' l-impakter.

5.4.2.   L-aċċelerometri l-oħra jrid ikollhom l-assijiet sensittivi tagħhom perpendikolari għal xulxin u paralleli mal-faċċata tal-mawnting A l-massa siżmika tagħhom trid tkun ippożizzjonata ġewwa żona ta' tolleranza ċilindrika b'radju ta' 10 mm. Iċ-ċentru taż-żona ta' tolleranza jrid jikkoinċidi maċ-ċentru ta' l-isfera ta' l-impakter.

Image 14

Test ta 'immaġni

Appendiċi 1

Ċertifikazzjoni ta' l-Impakter

1.   REKWIŻITI TA' ĊERTIFIKAZZJONI

1.1.   L-impakters użati fit-testijiet speċifikati fil-Parti II iridu jissodisfaw rekwiżiti xierqa ta' rendiment.

2.   IMPAKTER BIL-FORMA TAL-PARTI T'ISFEL TAR-RIĠEL

2.1.   Testijiet Statiċi

2.1.1.   L-impakter bil-forma tal-parti t'isfel tar-riġel irid jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafu 2.1.5 meta jiġi ttestjat skond il-paragrafu 2.1.7 u r-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafu 2.1.6 meta jiġi ttestjat skond il-paragrafu 2.1.8.

2.1.2.   Għaż-żewġ testijiet l-impakter irid ikollu l-orjentament maħsub madwar l-assi lonġitudinali, għat-tħaddim korrett tal-ġog ta' l-irkoppa, b'tolleranza ta' ± 2o.

2.1.3.   It-temperatura stabbilizzata ta' l-impakter matul iċ-ċertifikazzjoni trid tkun 20o ± 2o C.

2.1.4.   Il-valuri ta' rispons CAC, kif iddefinit f'ISO 6487:2000, irid ikun ta' 50o għall-angolu ta' liwi ta' l-irkoppa u ta' 500 N għall-forza applikata meta l-impakter jiġi kkargat bil-liwi skond il-paragrafu 2.1.7, u 10 mm għall-ispostament laterali u 10kN għall-forza applikata meta l-impakter jitgħabba matul l-ispostament laterali skond il-paragrafu 2.1.8. Għaż-żewġ testijiet huwa permess il-low-pass filtering fuq frekwenza xierqa, sabiex jitneħħa storbju ta' frekwenza għolja mingħajr ma jiġi affettwat b'mod sinifikanti l-kejl tar-rispons ta' l-impakter.

2.1.5.   Meta l-impakter jiġi kkargat bil-liwi skond il-paragrafu 2.1.7, ir-rispons tal-forza applikata/angolu tal-liwi jrid ikun fil-limiti murija fil-Figura 16. L-enerġija meħuda sabiex jiġi ġġenerat 15.0o ta' liwi trid tkun 100 ± 7 J.

2.1.6.   Meta l-impakter jiġi kkargat mgħobbi waqt l-ispostament laterali skond il-paragrafu 2.1.8, ir-rispons tal-forza applikata/spostament laterali jrid ikun fil-limiti murija fil-Figura 17.

L-impakter, mingħajr kisi tal-fowm u ġilda, għandu jkun immuntat bit-tibja mqabbda sewwa ma' wiċċ orizzontali fiss u tubu tal-metall imwaħħal tajjeb mal-wirk, hekk kif inhu muri fil-Figura 18. Sabiex jiġu evitati żbalji tal-frizzjoni, l-ebda appoġġ ma għandu jingħata lis-sezzjoni tal-wirk jew lit-tubu tal-metall. Il-mument ta' liwi li jiġi applikat fiċ-ċentru tal-ġog ta' l-irkoppa, minħabba l-piż tat-tubu tal-metall u komponenti oħra (minbarra l-forma tar-riġel innifisha), m'għandux jeċċedi l-25 Nm.

2.1.7.1.   Forza orizzontali normali għandha tiġi applikata lit-tubu tal-metall f'distanza ta' 2.0 ± 0,01 m miċ-ċentru tal-ġog ta' l-irkoppa u l-angolu ta' ċaqliq ta' l-irkoppa jrid jiġi rrekordjat. Il-piż għandu jiżdied sakemm l-angolu ta' ċaqliq ta' l-irkoppa jeċċedi t-22o.

2.1.7.2.   L-enerġija tiġi kkalkulata billi tiġi integrata l-forza fir-rigward ta' l-angolu tal-liwi f'radians, u l-moltiplikazzjoni b'tul ta' lieva ta' lieva ta' 2,0 ± 0,01 m.

L-impakter, mingħajr kisi tal-fowm u ġilda, għandu jkun immuntat bit-tibja mqabbda sewwa ma' wiċċ orizzontali fiss u tubu tal-metall imwaħħal tajjeb mal-wirk u mrażżan f'distanza ta' 2,0 m miċ-ċentru tal-ġog ta' l-irkoppa, kif inhu muri fil-Figura 19.

2.1.8.1.   Forza orizzontali normali għandha tiġi applikata fuq il-wirk f'distanza ta' 50 mm miċ-ċentru tal-ġog ta' l-irkoppa u l-ispostament laterali ta' l-irkoppa li jirriżulta jrid jiġi rrekordjat. Il-piż għandu jiżdied sakemm l-ispostament laterali ta' l-irkoppa jkun aktar minn 8,0 mm jew il-piż jeċċedi 6,0 kN.

2.2.   Testijiet Dinamiċi

2.2.1.   L-impakter irid jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafu 2.2.3 meta jiġi ttestjat skond il-paragrafu 2.3.

2.2.2.   It-temperatura stabbilizzata ta' l-impakter matul iċ-ċertifikazzjoni trid tkun ta' 20o ± 2 oC.

2.2.3.   Meta l-impakter jintlaqat minn impakter iggwidat b'mod lineari għaċ-ċertifikazzjoni, kif speċifikat fil-paragrafu 2.3.2, l-aċċellerazzjoni massima tat-tibja ta' fuq ma tridx tkun anqas minn 120 g u mhux aktar minn 250 g. L-angolu massimu tal-liwi ma jridx ikun anqas minn 6,2o u mhux aktar minn 8.2o. L-ispostament laterali massimu ma jridx ikun inqas minn 3,5mm u mhux aktar minn 6,0 mm.

2.2.4.   Għal dawn il-valuri kollha, ir-riżultati li jintużaw iridu jkunu mill-impatt inizjali ma' l-impakter taċ-ċertifikazzjoni u mhux mill-fażi ta' twaqqif. Kwalunkwe sistema li tintuża sabiex jitwaqqaf l-impakter jew l-impakter taċ-ċertifikazzjoni trid tkun maħsuba b'tali mod li l-fażi tat-twaqqif ma tinzertax fl-istess ħin ma' l-impatt inizjali. Is-sistema ta' twaqqif m'għandiex tikkawża li r-riżultati tat-transducers jaqbżu l-CAC speċifikat.

2.2.5.   Il-valur CFC tar-rispons ta' l-istrumenti, kif iddefinit f'ISO6487 irid ikun ta' 180 għat-transducers kollha. Il-valuri ta' rispons CAC, kif iddefiniti f'ISO 6478:2000, iridu jkunu 50o għall-angolu tal-liwi ta' l-irkoppa, 10 mm għall-ispostament laterali u 500 g għall-aċċelerazzjoni. Dan ma jirrikjedix li l-impakter innifsu jkun kapaċi jintlewa fiżikament u jiċċaqlaq għal dawn l-angoli u spostamenti.

2.3.   Il-proċedura tat-testijiet:

2.3.1.   L-impakter, li jinkludi l-kisja tal-fowm u l-ġilda, għandu jiddendel orizzontalment permezz ta' tliet kejbils tal-metall ta' dijametru ta' 1,5 ± 0,2 mm u ta' tul minimu ta' 2,0 m, kif inhu muri fil-Figura 20. Irid ikun imdendel bl-assi lonġitudinali orizzontali, b'tolleranza ta' ± 0,5o, u perpendikolari mad-direzzjoni tal-moviment ta' l-impakter taċ-ċertifikazzjoni, b'tolleranza ta' of ± 2o. L-impakter irid ikollu l-orjentament maħsub madwar l-assi lonġitudinali, għat-tħaddim korrett tal-ġog ta' l-irkoppa, b'tolleranza ta' ± 2o. L-impakter irid jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafu 3.1 tal-Kapitolu III, it-II Parti, bil-brakit(s) għat-twaħħil tal-kejbils tal-metall immuntati.

2.3.2.   L-impakter taċ-ċertifikazzjoni irid ikollu massa ta' 9,0 ± 0,05 kg, u din il-massa tinkludi l-komponenti ta' propulsjoni u ggwidar li huma effettivament parti mill-impakter taċ-ċertifikazzjoni matul l-impatt. Id-dimensjonijiet tal-faċċata ta' l-impakter taċ-ċertifikazzjoni iridu jkunu kif inhu speċifikat fil-Figura 21. Wiċċ l-impakter taċ-ċertifikazzjoni irid ikun magħmul mill-aluminju, b'finitura tal-wiċċ ta' barra li tkun aħjar minn 2,0 mikrometri.

2.3.3.   Is-sistema ta' ggwidar trid tkun mgħammra bi gwidi bi frizzjoni baxxa, li m'humiex sensittivi għal tagħbija li ma tkunx iċċentrata, li jippermettu li l-impakter jimxi biss fid-direzzjoni speċifikata ta' l-impatt, meta jiġi f'kuntatt mal-vettura. Il-gwidi jridu jipprevjenu ċ-ċaqliq f'direzzjonijiet oħra inklużi r-rotazzjoni madwar kwalunkwe assi.

2.3.4.   L-impakter irid ikun iċċertifikat b'fowm li qatt ma jkun intuża qabel.

2.3.5.   Il-fowm ta' l-impakter ma jridx ikun imkagħbar jew sfurmat qabel, matul jew wara li jitwaħħal.

2.3.6.   L-impakter taċ-ċertifikazzjoni jrid ikun propuls orizzontalment b'veloċità ta' 7,5 ± 0,1 m/s fl-impakter wieqaf kif inhu muri fil-Figura 20. L-impakter taċ-ċertifikazzjoni jrid ikun ippożizzjonat sabiex il-linja ċentrali tkun allinjata ma' pożizzjoni fil-linja ċentrali tat-tibja ta' 50 mm miċ-ċentru ta' l-irkoppa, b'tolleranzi ta' ± 3 mm lateralment u ± 3 mm vertikalment.

3.   IMPAKTER BIL-FORMA TAL-PARTI TA' FUQ TAR-RIĠEL

3.1.   L-impakter bil-forma tal-parti ta' fuq tar-riġel irid jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafu 3.3 meta jiġi ttestjat skond il-paragrafu 3.4.

3.2.   It-temperatura stabbilizzata ta' l-impakter matul iċ-ċertifikazzjoni trid tkun ta' 20o ± 2 oC.

3.3.   Rekwiżiti

3.3.1.   Meta l-impakter ikun propuls għal ġo pendlu ċilindriku wieqaf, il-forza massima li titkejjel f'kull load transducer ma tridx tkun ta' anqas minn 1,20 kN u mhux aktar minn 1,55 kN u d-differenza bejn il-forzi massimi mkejla fil-load transducers ta' fuq u ta' isfel ma jridux ikun aktar minn o.ao kN. Il-mument massimu ta' liwi mkejjel mill-istrain gauges ma jridux ikunu ta' inqas minn 190 Nm u mhux ta' aktar minn 250 Nm fuq il-pożizzjoni ċentrali u mhux ta' inqas minn 160 Nm u mhux ta' aktar minn 220 Nm għall-pożizzjonijiet ta' barra. Id-differenza bejn il-mumenti ta' liwi massimi ta' fuq u t' isfel ma tridx tkun ta' aktar minn 20 Nm.

3.3.2.   Għal dawn il-valuri kollha, ir-riżultati li jintużaw iridu jkunu mill-impatt inizjali mal-pendlu u mhux mill-fażi ta' twaqqif. Kwalunkwe sistema li tintuża sabiex jitwaqqaf l-impakter jew il-pendlu trid tkun maħsuba b'tali mod li l-fażi tat-twaqqif ma tinzertax fl-istess ħin ma' l-impatt inizjali. Is-sistema ta' twaqqif m'għandiex tikkawża li r-riżultati tat-transducers jaqbżu l-CAC speċifikat.

3.3.3.   Il-valur CFC tar-rispons ta' l-istrumenti, kif iddefinit f'ISO6487 irid ikun ta' 180 għat-transducers kollha. Il-valuri CAC tar-rispons ta' l-istrumenti, kif iddefiniti f'ISO6487 iridu jkunu ta' 10 kN għall-force transducers u 1000 Nm għall-kejlijiet tal-mument tal-liwi.

3.4.   Il-proċedura tat-testijiet:

3.4.1.   L-impakter irid ikun immuntat fuq is-sistema ta' propulsjoni u ta' ggwidar, permezz ta' ġog li jillimita t-torque. Il-ġog li jillimita t-torque irid ikun issettjat sabiex l-assi lonġitudinali tal-parti ta' quddiem tkun perpendikolari ma' l-assi tas-sistema ta' ggwidar, b'tolleranza ta' ± 2o, bit-torque tal-frizzjoni tal-ġog issettjat għal minimu ta' 650 Nm. Is-sistema ta' ggwidar trid tkun mgħammra bi gwidi bi frizzjoni baxxa, li jippermettu li l-impakter jimxi biss fid-direzzjoni speċifikata ta' l-impatt, meta jiġi f'kuntatt mal-pendlu.

3.4.2.   Il-massa ta' l-impakter trid tiġi aġġustata għal massa ta' 12 ± 0,1 kg, u din il-massa tinkludi l-komponenti ta' propulsjoni u ggwidar li huma effettivament parti mill-impakter taċ-ċertifikazzjoni matul l-impatt.

3.4.3.   Iċ-ċentru ta' gravità ta' dawk il-partijiet ta' l-impakter li effettivament jinsabu 'l quddiem mill-ġog li jillimita t-torque, inklużi l-piżijiet żejda mmuntati, iridu jkunu jinsabu fuq il-linja ċentrali lonġitudinali ta' l-impakter, b'tolleranza ta' ± 10 mm.

3.4.4.   L-impakter irid ikun iċċertifikat b'fowm li qatt ma jkun intuża qabel.

3.4.5.   Il-fowm ta' l-impakter ma jridx ikun imkagħbar jew sfurmat qabel, matul jew wara li jitwaħħal.

3.4.6.   L-impakter bil-parti vertikali ta' quddiem irid ikun propuls orizzontalment b'veloċità ta' 7,1 ± 0,1 m/s lejn il-pendlu wieqaf kif inhu muri fil-Figura 22.

3.4.7.   It-tubu tal-pendlu jrid ikollu dijametru ta' barra ta' 150 +1 -4 mm, ħxuna tal-materjal ta' 3 ± 0,15 mm u massa ta' 3 ± 0,03 kg. It-tul totali tat-tubu tal-pendlu jrid ikun 275 ± 25 mm. It-tubu tal-pendlu jrid ikun magħmul minn azzar cold finished mingħajr ġonot (plejting tal-wiċċ tal-metall huwa permissibbli għall-protezzjoni mill-korrużjoni), b'finitura tal-wiċċ ta' barra li hi aħjar minn 2,0 mikrometri. Irid ikun imdendel fuq żewġ kejbils tal-metall ta' dijametru ta' 1,5 ± 0,2 mm u ta' tul minimu ta' 2,0 m. Il-wiċċ tal-pendlu irid ikun nadif u xott. It-tubu tal-pendlu jrid ikun ippożizzjonat b'tali mod li l-assi lonġitudinali taċ-ċilindru ikun perpendikolari mal-parti ta' quddiem (i.e. livellat), b'tolleranza ta' ± 2o, u għad-direzzjoni tal-moviment ta' l-impakter, b'tolleranza ta' ± 2o, u biċ-ċentru tat-tubu tal-pendlu allinjat maċ-ċentru tal-parti ta' quddiem ta' l-impakter, b'tolleranzi ta' ± 5 mm lateralment u ± 5 mm vertikalment.

4.   L-IMPAKTER BIL-FORMA TAR-RAS;

4.1.   L-impakter bil-forma tar-ras tat-tfal/adulti żgħar irid jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati fil-paragrafu 4.3 meta jiġi ttestjat skond il-paragrafu 4.4.

4.2.   It-temperatura stabbilizzata ta' l-impakter matul iċ-ċertifikazzjoni trid tkun ta' 20o ± 2 oC.

4.3.   Rekwiżiti

4.3.1.   Meta impakter bil-forma tar-ras tat-tfal/adulti żgħar jintlaqat minn impakter iggwidat f'linja, kif speċifikat fil-paragrafu 4.4, l-aċċellerazzjoni massima li tirriżulta, mkejla minn aċċellerometru wieħed fuq tliet assi (jew tlieta fuq assi wieħed) bil-forma tar-ras ma tridx tkun ta' anqas minn 290 g u mhux ta' aktar minn 350 g. Il-kurva ta' aċċelerazzjoni skond il-ħin li tirriżulta trid tkun uni-modali.

4.3.2.   Il-valur CFC tar-rispons ta' l-istrumenti, kif iddefinita f'ISO6487 irid ikun ta' 1000. Il-valur CAC tar-rispons ta' l-istrumenti, kif iddefinit f'ISO6487 irid ikun ta' 1000 g għall-aċċellerazzjoni.

4.4.   Il-proċedura tat-testijiet:

4.4.1.   L-impakter bil-forma tar-ras irid ikun imdendel kif muri fil-Figura 23. L-impakter bil-forma tar-ras irid ikun imdendel bil-faċċata ta' wara f'angolu bejn 25o u 90o ma l-orizzontali, kif muri fil-Figura 23.

4.4.2.   L-impakter taċ-ċertifikazzjoni irid ikollu massa ta' 1,0 ± 0,01 kg. Din il-massa tinkludi l-komponenti ta' propulsjoni u ggwidar li huma effettivament parti mill-impakter matul l-impatt. Is-sistema ta' ggwidar lineari trid tkun mgħammra bi gwidi ta' frizzjoni baxxa li ma fihom l-ebda biċċa li ddur. Id-dijametru tal-faċċata ċatta ta' l-impakter irid ikun 70 ± 1 mm, filwaqt li x-xifer irid ikun irtundjat b'radjus ta' 5 ± 0,5 mm. Il-faċċata ta' l-impakter taċ-ċertifikazzjoni trid tkun magħmula mill-aluminju, b'finitura tal-wiċċ ta' barra li hi aħjar minn 2,0 mikrometri.

4.4.3.   L-impakter taċ-ċertifikazzjoni jrid ikun propuls orizzontalment b'veloċità ta' 7,0 ± 0,1 m/s lejn l-impakter bil-forma tar-ras tat-tfal/ta' adult żgħir kif inhu muri fil-Figura 23. L-impakter taċ-ċertifikazzjoni irid ikun pożizzjonat b'tali mod li ċ-ċentru ta' gravità tal-forma tar-ras tinsab fuq il-linja ċentrali ta' l-impakter taċ-ċertifikazzjoni, b'tolleranzi ta' ± 5 mm lateralment u ± 5 mm vertikalment.

4.4.4.   It-test irid isir fuq tliet pożizzjonijiet differenti fuq l-impakter bil-forma tar-ras. Ġilda li ntużat qabel/u jew imkagħbra trid tiġi ttestjata f'dawk il-postijiet speċifiċi.

Image 15

Figura 16

Rekwiżit ta' forza skond l-angolu f'test ta' ċertifikazzjoni għal-liwi fuq forma tal-parti t'isfel tar-riġel statika

300

250

200

100

50

0

0

2

4

6

8

10

12

14

16

18

20

22

Limitu ta' fuq

Limitu t'isfel

Spostament ta' l-irkoppa (gradi)

Forza (N)

Image 16

Figura 17

Rekwiżit ta' forza skond l-ispostament f'test ta' ċertifikazzjoni għall-ispostament laterali ta' forma tal-parti t'isfel tar-riġel statika

Forza (N)

6

5

4

2

1

0

0

1

2

3

4

5

6

7

8

Limitu ta' fuq

Limitu t'isfel

Spostament Laterali (mm)

Image 17

Test ta 'immaġni

Image 18

Test ta 'immaġni

Image 19

Test ta 'immaġni

Noti:

Image 20

Test ta 'immaġni

Image 21

Test ta 'immaġni

Image 22

Test ta 'immaġni