8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

731


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta' Frar 2006

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE fir-rigward ta' l-annotazzjonijiet għall-Brażil, il-Montenegro u s-Serbja

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 579)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2006/360/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistipola r-regoli tas-saħħa ta' l-annimali u li jirregolaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja ta' l-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-punt (1) ta' l-Artikolu 8 u l-punt (4) ta' l-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

Il-parti 1 ta' l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta' Diċembru 1979 li telenka lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, u li tistipola l-kundizzjonijiet ta' ċertifikazzjoni tas-saħħa pubblika u veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (2) tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi u partijiet ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/432/KE tat-3 ta' Ġunju 2005 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u dik pubblika u mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjoni ta' prodotti tal-laħam għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 97/41/KE, 97/221/KE u 99/222/KE (3) telenka l-pajjiżi terzi u partijiet minn pajjiżi terzi li minnhom għandhom jiġu awtorizzati importazzjonijiet ta' prodotti tal-laħam. Dik id-Deċiżjoni tistabbilixxi wkoll il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa ta' l-annimali u dik pubblika u r-regoli dwar trattamenti meħtieġa għal dawk il-prodotti.

(3)

Wara tifqigħat tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fil-Brażil, id-Deċiżjoni 79/542/KEE ġiet emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/753/KE (4) sabiex il-Parti I ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE tiġi emendata u b'hekk l-importazzjonijiet ta' laħam mingħajr għadam tal-bhejjem ta' l-ifrat mill-Istati ta' Mato Grosso do Sul, Parana u Sao Paulo jiġu sospiżi.

(4)

Biex ikunu żgurati ċ-ċarezza, il-koerenza u t-trasparenza fir-reġjonaliżmu previst fid-Deċiżjoni 79/542/KEE li tikkonċerna l-laħam frisk u fid-Deċiżjoni 2005/432/KE li tikkonċerna prodotti tal-laħam huwa meħtieġ li ċerti deskrizzjonijiet ta' reġjonaliżmu u restrizzjonijiet ta' żmien għall-Brażil jiġu emendati.

(5)

Barra minn hekk, is-Serbja u l-Montenegro huma Repubbliki bit-territorji doganali individwali tagħhom li flimkien jiffurmaw Unjoni ta' l-Istat. Għalhekk, għandhom jiġu mniżżla separatament fil-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet minn pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjonijiet ta' prodotti tal-laħam huma awtorizzati.

(6)

Għalhekk, id-Deciżjoni 79/542/KEE għandha tiġi emendata skond dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-parti 1 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE tinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar it-28 ta' Frar 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/753/KE (ĠU L 282, 26.10.2005, p. 22).

(3)  ĠU L 151, 14.6.2005, p. 3.

(4)  ĠU L 282, 26.10.2005, p. 22.


ANNESS

“ANNESS II

(LAĦAM FRISK)

Parti 1

Lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom (*)

Pajjiż

Kodiċi tat-territorju:

Deskrizzjoni tat-territorju

Ċertifikat veterinarju

Kundizz-jonijiet speċifiċi

Mudell(i)

SG

1

2

3

4

5

6

AL — l-Albanija

AL-0

Il-pajjiż kollu

 

 

AR — l-Arġentina

AR-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

AR-1

Il-Provinċji ta’ Buenos Aires, Catamarca, Corrientes, Entre Ríos, La Rioja, Mendoza, Misiones, Neuquen, Rio Negro, San Juan, San Luis, Santa Fe, u Tucuman.

BOV

A

1 u 2

AR-2

La Pampa u Santiago del Estero

BOV

A

1 u 2

AR-3

Cordoba

BOV

A

1 u 2

AR-4

Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego

BOV, OVI, RUW, RUF

 

1

AR-5

Formosa (it-territorju ta’ Ramon Lista biss) u Salta (id-dipartiment ta’ Rivadavia biss,)

BOV

A

1 u 2

AR-6

Salta (id-dipartimenti ta’ General Jose de San Martin, Oran, Iruya, u Santa Victoria biss)

BOV

A

1 u 2

AR-7

Chaco, Formosa (minbarra t-territorju ta’ Ramon Lista), Salta (minbarra d-dipartimenti ta’ General Jose de San Martin, Rivadavia, Oran, Iruya, u Santa Victoria), Jujuy

BOV

A

1 u 2

AR-8

Chaco, Formosa, Salta, Jujuy, bl-eċċezzjoni taż-żona buffer ta’ 25 Km mill-fruntiera mal-Bolivja u l-Paragwaj li testendi mid-distrett ta’ Santa Catalina fil-Provinċja ta’ Jujuy, sad-Distrett ta’ Laishi fil-Provinċja ta’ Formosa

BOV

A

1 u 2

AR-9

Iż-żona buffer ta’ 25 Km mill-fruntiera mal-Bolivja u l-Paragwaj li testendi mid-distrett ta’ Santa Catalina fil-Provinċja ta’ Jujuy, sad-Distrett ta’ Laishi fil-Provinċja ta’ Formosa

 

 

AU — l-Awstralja

AU-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

 

 

BA — il-Bożnija u Herżegovina

BA-0

Il-pajjiż kollu

 

 

BG — il-Bulga-rija a

BG-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

BG-1

Il-provinċji ta’ Varna, Dobrich, Silistra, Choumen, Targovitchte, Razgrad, Rousse, V.Tarnovo, Gabrovo, Pleven, Lovetch, Plovdic, Smolian, Pasardjik, id-distrett ta’ Sofia, il-belt ta’ Sofia, Pernik, Kustendil, Blagoevgrad, Vratza, Montana u Vidin

BOV, OVI RUW, RUF

BG-2

Il-provinċji ta’ Bourgas, Jambol, Sliven, Starazagora, Hasskovo, Kardjaliand u l-kuritur wiesa' 20 km fuq il-fruntiera mat-Turkija

BH — Bahrain

BH-0

Il-pajjiż kollu

 

 

BR — il-Brażil

BR-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

BR-1

Parti mill-Istat ta’ Minas Gerais (minbarra d-delegazzjonijiet reġjonali ta’ Oliveira, Passos, São Gonçalo de Sapucai, Setelagoas u Bambuí);

L-Istat ta’ Espíritu Santo;

L-Istat ta’ Santa Catarina;

L-Istat ta’ Goias u;

Parti mill-Istat ta’ Mato Grosso li tinkludi l-unità reġjonali ta’ Cuiaba (minbarra l-muniċipalitajiet ta’ San Antonio de Leverger, Nossa Senhora do Livramento, Pocone u Barão de Melgaço), l-unità reġjonali ta’ Caceres (minbarra l-muniċipalità ta’ Caceres), l-unità reġjonali ta’ Lucas do Rio Verde, l-unità reġjonali ta’ Rondonopolis (minbarra l-muniċipalità ta’ Itiquiora), l-unità reġjonali ta’ Barra do Garça u l-unità reġjonali ta’ Barra do Burgres.

BOV

A

1 u 2

BR-2

L-Istat ta’ Rio Grande do Sul

BOV

A

1 u 2

BR-3

Parti mill-Istat ta’ Mato Grosso do Sul li tinkludi l- muniċipalità ta’ Sete Quedas

BOV

A

1 u 2

BR-4

Parti mill-Istat ta’ Mato Grosso do Sul (minbarra l-muniċipalitajiet ta’: Sonora, Aquidauana, Bodoqueno, Bonito, Caracol, Coxim, Jardim, Ladario, Miranda, Pedro Gomes, Porto Murtinho, Rio Negro, Rio Verde of Mato Grosso u Corumbá),

L-Istat ta’ Paraná, u

L-Istat ta’ Sao Paulo

BOV

A

1 u 2

BR-5

L-Istat ta’ Paraná,

L-Istat ta’ Mato Grosso do Sul u

L-Istat ta’ Sao Paulo.

1

BW — il-Botswa-na

BW-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

BW-1

Iż-żoni veterinarji ta’ kontroll tal-marda 5, 6, 7, 8, 9 u 18

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1 u 2

BW-2

Iż-żoni veterinarji ta’ kontroll tal-marda 10, 11, 12, 13 u 14

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1 u 2

BY — il-Belarus

BY-0

Il-pajjiż kollu

 

 

BZ — il-Beliże

BZ-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

CA — il-Kanada

CA-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, SUF, SUW

RUF, RUW,

G

 

CH — l-Iżvizzera

CH-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

 

 

CL — iċ-Ċili

CL-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF

 

 

CN — iċ-Ċina (ir-Repubblika tal-Poplu ta’)

CN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

CO — il-Kolumbja

CO-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

CO-1

Iż-żona inkluża bejn il-linji li jibdew mill-punt fejn ix-Xmara Murri tingħaqad max-Xmara Atrato, l isfel max-Xmara Atrato sa fejn din tingħaqad ma' l-Oċean Atlantiku, u minn dan il-punt sal-fruntiera tal-Panama mal-kosta Atlantika sa Cabo Tiburón; minn dan il-punt sa l-Oċean Paċifiku mal-fruntiera bejn il-Kolumbja u l-Panama; minn dan il-punt sa fomm ix-Xmara Valles mal-kosta tal-Paċifiku u minn dan il-punt f’linja dritta sal-punt fejn ix-Xmara Murri tingħaqad max-Xmara Atrato.

BOV

A

2

CO-3

Iż-żona li tinsab bejn il-linji li jibdew minn fomm ix-Xmara Sinu fuq l-Oċean Atlantiku, il fuq max-Xmara Sinu sal-bidu tagħha — l-Ilmijiet ta’ Alto Paramillo, u minn dan il-punt sa Puerto Rey fuq l-Oċean Atlantiku, mal-linja bejn id-Dipartiment ta’ Antiquia u Córdoba, u minn dan il-punt sa fomm ix-Xmara Sinu mal-Kosta Atlantika.

BOV

A

2

CR — il-Kosta Rika

CR-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

CU — Kuba

CU-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

DZ — l-Alġerija

DZ-0

Il-pajjiż kollu

 

 

ET — l-Etjopja

ET-0

Il-pajjiż kollu

 

 

FK — il-Gżejjer Falkland

FK-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU

 

 

GL — Greenland

GL-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

 

 

GT — Il-Gwatemala

GT-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

HK — Ħong Kong

HK-0

Il-pajjiż kollu

 

 

HN — il-Ħonduras

HN-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

HR — il-Kroazja

HR-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

 

 

IL — l-Iżrael

IL-0

Il-pajjiż kollu

 

 

IN — l-Indja

IN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

IS — l-Iżlanda

IS-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

 

 

KE — il-Kenja

KE-0

Il-pajjiż kollu

 

 

MA — il-Marokk

MA-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

MG — il-Madaga-skar

MG-0

Il-pajjiż kollu

 

 

MK — ir-Repubblika ex-Jugożlava tal-Maċedonja (***)

MK-0

Il-pajjiż kollu

OVI, EQU

 

 

MU — il-Mawriżju

MU-0

Il-pajjiż kollu

 

 

MX — il-Messiku

MX-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

NA — in-Namibja

NA-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

NA-1

Lejn in-Nofsinhar mill-perimetru taż-żona magħluqa li jestendi minn Palgrave Point fil-Punent sa Gam fil-Lvant

BOV, OVI, RUF, RUW

F

2

NC — New Caledonia

NC-0

Il-pajjiż kollu

BOV, RUF, RUW

 

 

NI — in-Nikaragwa

NI-0

Il-pajjiż kollu

 

 

NZ — New Zealand

NZ-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

 

 

PA — il-Panama

PA-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

PY — il-Paragwaj

PY-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

PY-1

Chaco ċentrali u ż-żoni ta’ San Pedro

BOV

A

1 u 2

RO — ir-Rumanija a

RO-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUW, RUF

 

 

RU — ir-Russja

RU-0

Il-pajjiż kollu

 

 

RU-1

Ir-reġjun ta’ Murmansk, iż-żona awtonoma ta’ Yamalo-Nenets

RUF

 

SV — El Salvador

SV-0

Il-pajjiż kollu

 

 

SZ — is-Sważiland

SZ-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

SZ-1

Iż-żona fil-Punent tal-‘linja ħamra’ li testendi lejn it-Tramuntana mix-Xmara Usutu sal-fruntiera ma’ l-Afrika t’Isfel fil-Punent ta’ Nkalashane,

BOV, RUF, RUW

F

2

SZ-2

Iż-żoni ta’ kontroll veterinarji ta’ sorveljanza u tilqim kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, ippubblikati bħala Strument leġiżlattiv taħt in-notifika legali numru 51 ta’ l-2001

BOV, RUF, RUW

F

1 u 2

TH — it-Tajlandja

TH-0

Il-pajjiż kollu

 

 

TN — it-Tuneżija

TN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

TR — it-Turkija

TR-0

Il-pajjiż kollu

 

 

TR-1

Il-provinċji ta’ Amasya, Ankara, Aydin, Balikesir, Bursa, Cankiri, Corum, Denizli, Iżmir, Kastamonu, Kutahya, Manisa, Usak, Yozgat u Kirikkale

EQU

 

 

UA — l-Ukraina

UA-0

Il-pajjiż kollu

 

 

US — l-Istati Uniti

US-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU,, SUF, SUW, RUF, RUW

G

 

XM — il-Montenegro

XM-0

It-territorju doganali kollu (****)

BOV, OVI, EQU

 

 

XS — is-Serbja (**)

XS-0

It-territorju doganali kollu (****)

BOV, OVI, EQU

 

 

UY — l-Urugwaj

UY-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

BOV,

A

1 u 2

OVI

A

1 u 2

ZA — l-Afrika t’Isfel

ZA-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

ZA-1

Il-pajjiż kollu ħlief:

il-parti taż-żona ta’ kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tinsab fir-reġjuni veterinarji ta’ Mpumalanga u l-provinċji tat-Tramuntana, fid-distrett ta' Ingwavuma tar-reġjun veterinarju ta’ Natal u fiż-żona fuq il-fruntiera mal-Botswana fil-Lvant ta’ lonġitudni 28o, u

id-distrett ta’ Camperdown, fil-provinċja ta’ KwaZuluNatal

BOV, OVI, RUF, RUW

F

2

ZW — iż-Żimba-bwe

ZW-0

Il-pajjiż kollu

 

 

Il-kundizzjonijiet speċifiċi msemmija fil-kolonna 6

‘1’: Restrizzjonijiet ġeografiċi u temporali:

‘2’: Restrizzjonijiet ta' kategorija:

Il-ġewwieni mhux awtorizzat (ħlief, fil-każ ta' l-ispeċi ta' l-ifrat, id-dijaframma u l-muskoli masseteri).”


(*)  Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti speċifiċi ta’ ċertifikazzjoni previsti mill-ftehimiet Komunitarji ma’ pajjiżi terzi.

(**)  Huwa applikabbli biss sakemm dan l-Istat li se jissieħeb, isir Stat Membru ta’ L-Unjoni Ewropea.

(***)  Ir-Repubblika Ex-Jugożlava tal-Maċedonja; il-kodiċi proviżorja li ma tippreġudikax bi kwalunkwe mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li jkun miftiehem wara l-konklużjoni ta' negozjati li qegħdin iseħħu bħalissa fuq dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.

(****)  Is-Serbja u l-Montenegro huma Repubbliki b’territorji doganali individwali li jiffurmaw Unjoni ta’ l-Istat u għalhekk għandhom jiġu elenkati separatament.

=

Ma huwa previst l-ebda ċertifikat u l-importazzjonijiet tal-laħam frisk huma pprojbiti (ħlief għal dawk l-ispeċi fejn hemm indikat fil-linja għall-pajjiż kollu).

a

=

Ma jinkludix il-Kosovo kif iddefinit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 ta' l-10 ta' Ġunju 1999.