|
25.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
93 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Mejju 2006
li taħtar membru Litwan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2006/358/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/758/KE tas-17 ta' Settembru 2002 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għall-perjodu mill-21 ta' Settembru 2002 sa l-20 ta' Settembru 2006 (1),
Wara li kkunsidra n-nomina preżentata mill-Gvern Litwan,
Wara li kiseb l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
Sar vakanti post ta' membru Litwan fil-Kumitat imsemmi hawn fuq wara r-riżenja tas-Sur Rolandas DOMEIKA,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sinjura Jovita MOTIEJŪNIENĖ hija b'dan maħtura membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali minflok is-Sur Rolandas DOMEIKA, għaż-żmien li jifdal tal-mandat ta' dan ta' l-aħħar, jiġifieri sa l-20 ta' Settembru 2006.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, nhar il-15 ta' Mejju 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
U. PLASSNIK