|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
692 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta' April 2006
li tistabbilixxi formoli standard għat-trażmissjoni ta' applikazzjonijiet u deċiżjonijiet skond id-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE dwar kumpens lil vittmi tal-kriminalità
(2006/337/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE tad-29 ta' April 2004 dwar kumpens lil vittmi tal-kriminalità (1), u b'mod partikolari l-Artiklu 14 tagħha,
Wara li kkonsultat il-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2004/80/KE,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2004/80/KE titlob lill-Istati Membri biex idaħħlu sistema ta' kooperazzjoni biex jeħfief l-aċċess għal kumpens f'każi fejn iseħħ att kriminali fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn ikun reżidenti l-vittma sa l-1 ta' Jannar 2006. |
|
(2) |
Għandhom jiġu stabbili l-formoli standard li għandhom jintużaw għat-trażmissjoni ta' l-applikazzjonijiet għal kumpens u deċiżjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kumpens f'sitwazzjonijiet trans-fruntieri bħal dawn. |
IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:
Artikolu uniku
1. Il-formula standard għat-trażmissjoni ta' applikazzjonijiet għal kumpens stipulata bl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2004/80/KE għandha tkun kif stabbilita fl-Anness I.
2. Il-formula standard għat-trażmissjoni ta' deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal kumpens stipulata bl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/80/KE għandha tkun kif stabbilita fl-Anness II.
Magħmul fi Brussell, nhar id-19 ta' April 2006.
Għall-Kummissjoni
Franco FRATTINI
Viċi-President