8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
672 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-20 ta’ Frar 2006
li tistabbilixxi kwestjonarju li għandu jintuża għar-rappurtaġġ dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/76/KE dwar l-inċinerazzjoni ta' l-iskart
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 438)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2006/329/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta’ Diċembru 2000, dwar l-inċinerazzjoni ta' l-iskart (1) u b'mod partikolari, l-Artikolu 15 tagħha,
Billi:
(1) |
L-Istati Membri kellhom jimplimentaw id-Direttiva 2000/76/KE qabel it-28 ta’ Diċembru 2002 u se jkollhom jagħmlu rapport dwar l-implimentazzjoni skond kwestjonarju li se jiġi żviluppat mill-Kummissjoni; |
(2) |
L-għan ewlieni ta' dan il-kwestjonarju huwa li, permezz tat-tweġibiet ta' l-Istati Membri, jidentifika kemm huma konsistenti l-istrateġiji għar-regolazzjoni ta' l-impjanti ta' inċinerazzjoni jew impjanti ta' koinċinerazzjoni madwar l-Istati Membri; |
(3) |
Il-perjodu tar-rappurtaġġ għandu jkopri l-ewwel tliet snin wara t-28 ta’ Diċembru 2002, u għandu jkun definit billi jitqiesu l-ħtiġijiet tar-rappurtaġġ tad-Direttivi 94/67/KE u 96/61/KE. Minħabba li d-Direttiva 2000/76/KE tapplika bis-sħiħ għall-impjanti kollha eżistenti mit-28.12.2005 'il quddiem, u minħabba li l-maġġoranza assoluta ta' l-impjanti mħaddma fl-UE jagħmlu parti mill-grupp ta' impjanti eżistenti, u li d-Direttiva 94/67/KE ġiet revokata mit-28 ta’ Diċembru 2005, u r-rappurtaġġ taħt id-Direttiva 96/61/KE jkopri l-perjodu ta' l-2006-2008, iż-żewġ dati inklużi, l-ewwel perjodu l-aktar xieraq għar-rappurtaġġ huwa bejn l-1 ta’ Jannar 2006 u l-31 ta’ Diċembru 2008. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KE (2), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Istati Membri għandhom jużaw il-kwestjonarju mniżżel fl-Anness għar-rappurtaġġ dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/76/KE skond l-Artikolu 15 tagħha.
2. L-ewwel rapport għandu jkopri l-perjodu ta' tliet snin li jibda mill-1 ta’ Jannar 2006 u għandu jitressaq lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2009.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar l-20 ta’ Frar 2006.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91.
(2) ĠU L 377, 31.12.1991 p. 48.
ANNESS
Kwestjonarju li għandu jintuża għar-rappurtaġġ dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/76/KE dwar l-inċinerazzjoni ta' l-iskart
Jekk jogħġbok ħu nota: Jekk jogħġbok ipprovdi referenzi sabiex tiġi identifikata informazzjoni li tkun diġà tressqet lill-Kummissjoni.
I L-IMPLIMPENTAZZJONI TAD-DIRETTIVA
Artikolu 2(1) |
|
||||||||||||||||||||
Artikolu 3 |
|
||||||||||||||||||||
Artikolu 4(1) |
|
||||||||||||||||||||
Artikolu 4(4) |
|
||||||||||||||||||||
Artikolu 4(5) |
|
||||||||||||||||||||
Artikolu 5(4) |
|
||||||||||||||||||||
Artikolu 6(4) |
|
||||||||||||||||||||
Artikolu 6(6) |
|
||||||||||||||||||||
Artikolu 7(1) |
|
||||||||||||||||||||
Artikolu 7(2) |
|
||||||||||||||||||||
Artikolu 7(2) u (4) |
|
||||||||||||||||||||
Artikolu 7(5) |
|
||||||||||||||||||||
Artikolu 8 (2), (3),(4) & (5) |
|
||||||||||||||||||||
Artikolu 8(6)a |
|
||||||||||||||||||||
Artikolu 8 (6) (b): |
|
||||||||||||||||||||
Artikolu 8(7) |
|
||||||||||||||||||||
Artikolu 8 (8) |
|
||||||||||||||||||||
Artikolu 9 |
|
||||||||||||||||||||
Artikolu 10(1) |
|
||||||||||||||||||||
Artikolu 11 |
|
||||||||||||||||||||
Artikolu 11 (11) |
|
||||||||||||||||||||
Artikolu 11 (17) |
|
||||||||||||||||||||
Artikolu 12(1) |
|
||||||||||||||||||||
L-Artikolu 12 (1) & (2) |
|
||||||||||||||||||||
Artikolu 12(2) |
|
||||||||||||||||||||
Artikolu 13(1) |
|
||||||||||||||||||||
Artikolu 16 |
|