|
25.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-27 ta' April 2006
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali
(2006/325/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 61 (ċ) tiegħu, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix marbuta bid-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (2), u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tagħhom. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni innegozjat Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka li jestendi għad-Danimarka d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 44/2001. |
|
(3) |
Il-Ftehim ġie ffirmat, f'isem il-Komunità Ewropea, fid-19 ta' Diċembru 2005, soġġett għall-possibiltà ta' konklużjoni aktar tard, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/790/KE ta' l-20 ta' Settembru 2005 (3). |
|
(4) |
Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, Ir-Renju Unit u l-Irlanda qed jipparteċipaw fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. |
|
(5) |
Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, id-Danimarka mhix qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(6) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat. |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi f' materji ċivili u kummerċjali huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b' dan awtorizzat jinnomina l-persuna bis-setgħa li tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 12(2) tal-Ftehim.
Magħmul fil-Lussemburgu, nhar is 27 ta' April 2006.
F'isem il-Kunsill
Il-President
L. PROKOP
(1) Opinjoni mogħtija fit-23 ta' Marzu 2006 (mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2245/2004 (ĠU L 381, 28.12.2004, p. 10).