8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
662 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta' April 2006
dwar l-eliġibilità tan-nefqa li se jidħlu għaliha ċerti Stati Membri fl-2006 għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data meħtieġa għat-tħaddim tal-Politika Komuni tas-Sajd
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 1704)
(It-testi bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bis-Sloven, u bit-Taljan biss huma awtentiċi)
(2006/315/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/439/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għan-nefqa li se jidħlu għaliha l-Istati Membri għall-ġbir tad-data u għall-finanzjament ta' studji u proġetti pilota għat-twettiq ta' politika komuni tas-sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni 2000/439/KE tistipola l-kundizzjonijiet li taħthom l-Istati Membri jistgħu jirċievu kontribuzzjoni mill-Komunità għan-nefqa li tkun saret fil-programmi nazzjonali tagħhom kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2000 tad-29 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data meħtieġa biex titmexxa l-politika komuni tas-sajd (2). Taħt din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni, abbażi tat-tagħrif ipprovdut mill-Istati Membri, tiddeċiedi kull sena dwar l-eliġibilità tan-nefqa prevista ta' l-Istati Membri u dwar l-ammont ta' għajnuna finanzjarja mill-Komunità. |
(2) |
Il-Kummissjoni rċeviet is-sottomissjonijiet annwali tal-programmi nazzjonali mill-Belġju, minn Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Ġreċja, l-Irlanda, l-Italja, l-Iżvezja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, r-Renju Unit, is-Slovenja u Spanja li jiddeskrivu d-data li biħsiebhom jiġbru bejn l-1 ta' Jannar 2006 u l-31 ta' Diċembru 2006 skond ir-Regolament (KE) Nru 1543/2000. Ressqu wkoll applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja għan-nefqa msemmija fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2000/439/KE. |
(3) |
Skond l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1639/2001 tal-25 ta' Lulju 2001 li jistabbilixxi l-programmi Komunitarji minimi u estiżi għall-ġbir tad-data fis-settur tas-sajd u li jistipola regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1543/2006 (3), il-Kummissjoni eżaminat il-progammi nazzjonali ta' l-Istati Membri għall-2005 u vvalutat l-eliġibilità ta' l-infiq fuq il-bażi ta' dawn il-programmi. L-ewwel pagament għandu jingħata lill-Istati Membri kkonċernati fi qbil ma' l-Artikolu 6 (1) (a) tad-Deċiżjoni 2004/439/KE fuq il-bażi ta' din il-valutazzjoni. |
(4) |
Pagament ieħor għandu jsir, fl-2007, wara t-trażmissjoni u l-aċċettazzjoni mill-Kummissjoni ta' rapport finanzjarju u tekniku dwar l-attività li jiddeskrivi fid-dettall sa fejn intlaħqu l-għanijiet stipolati fi żmien it-tfassil tal-programmi minimi u estiżi, fi qbil ma' l-Artikolu 6 (1)(b) tad-Deċiżjoni 2000/439/KE u l-Artikolu 6 (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni 1639/2001. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akwakultura, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-ammont tan-nefqa eliġibbli għall-2005 għal kull Stat Membru u r-rati tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data meħtieġa għat-tmexxija tal-politika komuni tas-sajd.
Artikolu 2
In-nefqa mġarrba għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data meħtieġa għat-tmexxija tal-politika komuni tas-sajd, kif stipolata fl-Anness I, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità li ma taqbiżx 50 % tan-nefqa eliġibbli għall-programm minimu kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1543/2000.
Artikolu 3
In-nefqa mġarrba għall-ġbir u l-ġestjoni tad-data meħtieġa għat-tmexxija tal-politika komuni tas-sajd, kif stipolata fl-Anness II, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità li ma taqbiżx 35 % tan-nefqa eliġibbli għall-programm estiż kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1543/2000.
Artikolu 4
1. Il-Komunità għandha tħallas l-ewwel pagament ta' 50 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità stipolata fl-Annessi I u II.
2. Pagament ieħor għandu jingħata fl-2007, wara l-wasla u l-approvazzjoni ta' rapport finanzjarju u tekniku kif previst fl-Artikolu 6 (1) (b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/439/KE.
Artikolu 5
1. Ir-rata tal-kambju ta' l-euro użata biex jinħadmu l-ammonti eliġibbli taħt din id-Deċiżjoni għandha tkun ir-rata fis-seħħ f'Mejju 2005.
2. Id-dikjarazzjonijiet ta' l-infiq u l-applikazzjonijiet għal ħlasijiet bil-quddiem fil-munita nazzjonali li jkunu waslu mill-Istati Membri li mhumiex qed jieħdu sehem fit-tielet fażi ta' l-għaqda monetarja u ekonomika għandhom jinqalbu f'euro bir-rata fis-seħħ tax-xahar li fih il-Kummissjoni tkun irċeviet dawk id-dikjarazzjonijiet u l-applikazzjonijiet.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Iżvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.
Magħmul fi Brussell, nhar it-28 ta' April 2006.
Għall-Kummissjoni
Joe BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 176, 15.7.2000, p. 42. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2005/703/KE (ĠU L 267, 12.10.2005, p. 26).
(2) ĠU L 176, 15.7.2000, p. 1.
(3) ĠU L 222, 17.8.2001, p. 53. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1581/2004 (ĠU L 289, 10.9.2004, p. 6).
ANNESS I
Programm minimu
Stat Membru |
Infiq eliġibbli(€) |
Kontribuzzjoni Komunitarja Massima(€) |
IL-BELĠJU |
1 014 257 |
507 129 |
ID-DANIMARKA |
4 299 000 |
2 149 500 |
IL-ĠERMANJA |
2 444 531 |
1 222 265 |
L-ESTONJA |
475 988 |
237 994 |
IL-GREĊJA |
1 620 845 |
810 423 |
SPANJA |
6 510 667 |
3 255 334 |
FRANZA |
6 613 877 |
3 306 939 |
L-IRLANDA |
4 524 442 |
2 262 221 |
L-ITALJA |
3 954 825 |
1 977 413 |
ĊIPRU |
589 866 |
294 933 |
IL-LATVJA |
317 073 |
158 536 |
IL-LITWANJA |
122 691 |
61 346 |
MALTA |
551 845 |
275 923 |
L-OLANDA |
3 026 346 |
1 513 173 |
IL-POLONJA |
571 660 |
285 830 |
IL-PORTUGALL |
2 550 422 |
1 275 211 |
IS-SLOVENJA |
373 060 |
186 530 |
IL-FINLANDJA |
1 247 350 |
623 675 |
L-IŻVEZJA |
2 709 795 |
1 354 898 |
IR-RENJU UNIT |
6 222 481 |
3 111 241 |
Total |
49 741 021 |
24 870 511 |
ANNESS II
Programm estiż
Stat Membru |
Infiq eliġibbli(€) |
Kontribuzzjoni Komunitarja Massima(€) |
IL-BELĠJU |
|
|
ID-DANIMARKA |
|
|
IL-ĠERMANJA |
544 246 |
190 486 |
L-ESTONJA |
26 208 |
9 173 |
IL-GREĊJA |
215 350 |
75 373 |
SPANJA |
1 842 106 |
644 737 |
FRANZA |
339 500 |
118 825 |
L-IRLANDA |
371 426 |
129 999 |
L-ITALJA |
560 554 |
196 194 |
ĊIPRU |
|
|
IL-LATVJA |
5 364 |
1 878 |
IL-LITWANJA |
|
|
MALTA |
|
|
L-OLANDA |
435 762 |
152 517 |
IL-POLONJA |
1 316 |
461 |
IL-PORTUGALL |
443 832 |
155 341 |
IS-SLOVENJA |
|
|
IL-FINLANDJA |
257 434 |
90 102 |
L-IŻVEZJA |
81 518 |
28 531 |
IR-RENJU UNIT |
2 134 804 |
747 181 |
Total |
7 259 420 |
2 540 798 |