8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

646


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta' April 2006

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/407/KE dwar l-importazzjonijiet tal-ġelatina fotografika

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 1627)

(It-testi bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bil-Franċiż u bl-Olandiz biss huma awtentiċi)

(2006/311/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkundsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2002 li jistipola regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (1), u partikolarment l-Artikoli 4(4) u 32(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jipprojbixxi l-importazzjoni u l-passaġġ tal-prodotti sekondarji ta' l-annimali u ta' prodotti pproċessati ġol-Komunità, minbarra jekk skond dak ir-Regolament.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/407/KE tas-26 ta' April 2004 dwar regoli tranżitorji rigward is-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ġelatina fotografika (2) tipprevedi, bħala deroga mill-projbizzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, li Franza, l-Olanda u r-Renju Unit għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' ċerta ġelatina maħsuba, b'mod esklussiv, għall-industrija fotografika (ġelatina fotografika).

(3)

Id-Deċiżjoni 2004/407/KE tipprevedi li tiġi permessa biss il-ġelatina fotografika mill-pajjiżi terzi elenkati f'dik id-Deċiżjoni, jiġifieri l-Ġappun u l-Istati Uniti ta' l-Amerika.

(4)

Il-Lussemburgu kkonferma l-bżonn li tinġieb il-ġelatina fotografika mill-Istati Uniti ta' l-Amerika għall-iskopijiet ta' l-industrija fotografika fil-Lussemburgu. Għalhekk skond dan, il-Lussemburgu għandu jitħalla jawtorizza l-importazzjoni ta' ġelatina fotografika bil-kundizzjoni li tkun soġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2004/407/KE. Madankollu, dawk l-importazzjonijiet jistgħu jsiru fil-Belġju.

(5)

Sabiex ikun iffaċilitat it-trasferiment mill-Belġju għal-Lussemburgu tal-ġelatina fotografika importata, għandhom jiġu emendati kemmxejn il-kundizzjonijiet fl-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2004/407/KE.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/407/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Deroga dwar l-importazzjoni ta' ġelatina fotografika

Bħala deroga mill-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, il-Belġju, Franza, il-Lussemburgu, l-Olanda u r-Renju Unit għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' ġelatina prodotta minn materjal li fih il-kolonna vertebrali bovina ikklassifikat bħala materjal tal-Kategorija 1 skond dak ir-Regolament, maħsuba, b'mod esklussiv, għall-industrija fotografika (ġelatina fotografika), f'konformità ma' din id-Deċiżjoni.”

(2)

L-Artikolu 9 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 9

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.”

(3)

L-Annessi I u III huma emendati skond l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-tielet jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

Magħmul fi Brussell, nhar il-21 ta' April 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 208/2006 (ĠU L 36, 8.2.2006, p. 25).

(2)  ĠU L 208, 10.6.2004, p. 9.


ANNESS

1.

L-Anness I hu mibdul b'dan li ġej:

“ANNESS I

Il-Pajjiż Terz ta' l-oriġini

Pjanti ta' l-Oriġini

Stat Membru tad-destinazzjoni

Postijiet ta' Spezzjoni fil-Fruntiera ta' l-ewwel dħul

Fabbriki Fotografiċi approvati

Il-Ġappun

Nitta Gelatin Inc.

2-22 Futamata

Yao-City, Osaka

581 – 0024 Japan

Jellie Co. ltd.

7-1, Wakabayashi 2-Chome,

Wakabayashi-ku,

Sendai-city, Miyagi,

982 Japan

NIPPI Inc. Gelatin Division

1 Yumizawa-Cho,

Fujinomiya City

Shizuoka

418 – 0073 Japan

L-Olanda

Rotterdam

Fuji Photo Film BV, Tilburg

Il-Ġappun

Nitta Gelatin Inc

2-22 Futamata

Yao-City Osaka

581 – 0024, Japan

Franza

Le Havre

Kodak

Zone Industrielle Nord,

71100 Châlon sur Saône

Ir-Renju Unit

Liverpool

Felixstowe

Kodak Ltd

Headstone Drive,

Harrow,

MIDDX HA4 4TY

L-Istati Uniti ta' l-Amerika

Eastman Gelatine Corporation,

227 Washington Street,

Peabody, MA,

01960 USA

Gelita North America,

2445 Port Neal Industrial

Road Sergeant Bluff, Iowa,

51054 USA

Il-Lussemburgu

Antwerp

Zaventem

Luxembourg

DuPont Teijin Luxembourg SA

PO Box 1681

L-1016 Luxembourg

Franza

Le Havre

Kodak

Zone Industrielle Nord,

71100 Châlon sur Saône

Ir-Renju Unit

Liverpool

Felixstowe

Kodak Ltd

Headstone Drive,

Harrow,

MIDDX HA4 4TY”

2.

L-Anness III jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS III

Ċertifikati mudelli ta' saħħa għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ġelatina teknika għall-użu mill-industrija fotografika

Noti

a)

Ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni ta' ġelatina teknika għall-użu mill-industrija fotografika għandhom jitħejjew mill-pajjiż li qed jesporta, ibbażat fuq il-mudell li jidher f'dan l-Anness III. Għandu jkun fihom l-attestazzjonijiet li huma meħtieġa għal kull pajjiż terz u, skond il-każ, dawk il-garanziji supplementari li huma meħtieġa għall-pajjiżi terzi li qed jesportaw jew parti minnhom.

b)

L-oriġinali ta' kull ċertifikat għandu jikkonsisti minn paġna waħda, iż-żewġ naħat, jew fejn tinħtieġ aktar kitba, għandu jkun f'tali forma li l-paġni kollha li hemm bżonn huma parti minn sistema integrata sħiħa u li ma tistax tinqasam.

ċ)

Għandu jitfassal f'mill-inqas wieħed mill-ilsna uffiċjali ta' l-Istat Membru ta' l-UE li fih l-ispezzjoni fuq il-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera ta' l-UE għandha titwettaq u ta' l-Istat Membru ta' l-UE destinatarju. Madankollu, dawn l-Istati Membri jistgħu jagħtu permess għal ilsna oħra, jekk meħtieġ, akkumpanjati minn traduzzjoni uffiċjali.

d)

Jekk għal raġunijiet ta' identifikazzjoni ta' l-oġġetti tal-konsenja, jiġu inklużi paġni addizzjonali maċ-ċertifikat, dawn il-paġni għandhom jiġu kkunsidrati li jagħmlu parti miċ-ċertifikat oriġinali permezz ta' l-applikazzjoni tal-firma u t-timbru tal-veterinarju uffiċjali li qed jiċċertifika, fuq kull paġna.

e)

Meta ċ-ċertifikat, inkluzi tabelli addizzjonali msemmija f'd), jinkludi aktar minn paġna waħda, kull paġna se tingħata numru – (numru tal-paġna) ta' (numru totali ta' paġni) – fil-qiegħ u se jkollu n-numru tal-kodiċi taċ-ċertifikat li ġie magħżul mill-awtorità kompetenti fil-parti ta' fuq tiegħu.

f)

L-oriġinal taċ-ċertifikat irid jimtela u jiġi ffirmat minn veterinarju uffiċjali. B'dan il-mod, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li qed jesporta se jiżgura li l-prinċipji taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE huma użati.

g)

Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tat-test stampat. L-istess regola tapplika għal timbri oħra għajr dawk imqabbża jew watermarked.

h)

Iċ-ċertifikat oriġinali għandu jakkumpanja l-konsenja fil-post ta' spezzjoni ta' l-UE sakemm tasal sal-fabbrika fotografika destinitarja.

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni