|
29.9.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
422 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta' l-10 ta' April 2006
li taħtar tliet membri Slovakki u tliet membri supplenti Slovakki fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2006/309/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Slovakk,
Billi:
|
(1) |
Fl-24 ta' Jannar 2006 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta' Jannar 2006 sal-25 ta' Jannar 2010. |
|
(2) |
Tliet postijiet ta' membri tal-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti hekk kif skadew il-mandati tas-Sur BAUER, tas-Sur MARČOK u tas-Sur TARČÁK (membri). Tliet postijiet ta' membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti hekk kif skadew il-mandati tas-Sur ŠTEFANEC, tas-Sur TOMEČEK u tas-Sinjura DEMETEROVÁ (membri supplenti), |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Huma b'dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni:
|
a) |
bħala membri:
|
|
b) |
bħala membri supplenti:
|
għall-perjodu li jifdal tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.
Għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, nhar l-10 ta' April 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
U. PLASSNIK