8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

630


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ April 2006

li temenda l-Anness I mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE fir-rigward ta' l-importazzjonijiet ta' bovini miċ-Ċili

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 1552)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/296/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta' April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/LEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (1), u b'mod partikolari l-Arikolu 3(1) u 7(e) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Parti 1 ta' l-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta' Diċembru 1979 li tfassal lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, u li tistabbilixxi kundizzjonijiet ta' ċertifikazzjoni tas-saħħa pubblika u veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (2), tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi u partijiet ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti annimali ħajjin.

(2)

Iċ-Ċilì talab lill-Kummissjoni sabiex tawtorizza l-importazzjonijiet ta' l-annimali bovini miċ-Ċili.

(3)

Is-sitwazzjoni tal-marda fiċ-Ċili hija aċċettabbli u, aktar minn hekk, huwa diġà elenkat għall-annimali mhux domestiċi li mhumiex majjali. Iċ-Ċili għandu għalhekk jiġi elenkat għall-importazzjonijiet tal-bovini lejn il-Komunità.

(4)

Id-Deċiżjoni 79/542/KEE għandha, għalhekk, tiġi emendata kif jixraq.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Parti 1 ta' l-Anness I għad-Deċiżjoni 79/542/KEE tinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni ser tapplika mid-data 21/IV/2006.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta' April 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 320. Verżjoni kkoreġuta ĠU L 226, tal-25.6.2004, p. 128.

(2)  ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/9/KE (ĠU L 7, 12.1.2006, p. 23).


ANNESS

“ANNESS I

(ANNIMALI ĦAJJIN)

Parti 1

Lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom (*)

Pajjiż (1):

Kodiċi tat-Territorju:

Deskrizzjoni tat-territorju

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjo-nijiet speċifiċi

Mudell(i)

SG

1

2

3

4

5

6

BG – il-Bulgarija

BG-0

Il-pajjiż kollu

 

VI

BG-1

Il-provinċji ta’ Varna, Dobrich, Silistra, Choumen, Targovitchte, Razgrad, Rousse, V.Tarnovo, Gabrovo, Pleven, Lovetch, Plovdic, Smolian, Pasardjik, id-distrett ta’ Sofia, il-belt ta’ Sofia, Pernik, Kustendil, Blagoevgrad, Vratza, Montana u Vidin

BOV-X, BOV-Y, RUM,

OVI-X, OVI-Y

A

CA – il-Kanada

CA-0

Il-pajjiż kollu

POR-X

 

IVb IX

CA-1

Il-pajjiż kollu ħlief ir-reġjun tal-Wied ta’ Okanagan tal-British Columbia kif deskritt hawn isfel:

Minn punt fuq il-fruntiera bejn il-Kanada u l-Istati Uniti 120o15’ ta’ lonġitudni u 49o ta’ latitudni

Lejn it-Tramuntana f’punt ta’ 119o35’ ta’ lonġitutni u 50o30’ ta’ latitudni

Lejn il-Grigal f’punt ta’ 119o ta’ lonġitudini u 50o45’ ta’ latitudini

Lejn in-Nofinhar minn punt fuq il-fruntiera bejn il-Kanada u l-Istati Uniti 118o15’ ta’ lonġitudni u latitudini ta’ 49o

BOV-X,

OVI-X, OVI-Y

RUM (**)

A

CH – l-Iżvizzera

CH-0

Il-pajjiż kollu

BOV-X, BOV-Y

OVI-X, OVI-Y

RUM

 

 

POR-X, POR-Y

SUI

B

CL –Iċ-Ċilì

CL-0

Il-pajjiż kollu

BOV-X, OVI-X, RUM

 

 

POR-X, SUI

B

GL – Greenland

GL-0

Il-pajjiż kollu

OVI-X, RUM

 

V

HR – il-Kroazja

HR-0

Il-pajjiż kollu

BOV-X, BOV-Y, RUM,

OVI-X, OVI-Y

 

 

IS – l-Iżlanda

IS-0

Il-pajjiż kollu

BOV-X, BOV-Y

RUM,

OVI-X, OVI-Y

 

I

POR-X, POR-Y

B

MK – L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. (****)

MK-0

Il-pajjiż kollu

 

 

X

NZ – New Zealand

NZ-0

Il-pajjiż kollu

BOV-X, BOV-Y,

RUM,

POR-X, POR-Y

OVI-X, OVI-Y

 

I

PM – St Pierre Miquelon

PM-0

Il-pajjiż kollu

BOV-X, BOV-Y, RUM,

OVI-X, OVI-Y CAM

 

 

RO – ir-Rumanija

RO-0

Il-pajjiż kollu

BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-X, OVI-Y

 

V

XM – il-Montenegro (***)

XM-0

It-territorju doganali kollu (1)

 

 

X

XS – Is-Serbja (***)

XS-0

It-territorju doganali kollu (1)

 

 

X


(*)  Is-Serbja u l-Montenegro huma Repubbliki b’sistemi doganali individwali li jiffurmaw Unjoni Statali u għalhekk jiġu elenkati separatament.

(**)  Esklussivament għall-annimali ħajjin li mhumiex annimali li jagħmlu parti mill-ispeċi cervidae

(***)  L-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorju li ma jaffettwax id-denominazzjoni definittiva tal-pajjiż li għandha tiġi allokata wara l-konklużjoni tan-negozjati li għaddejjin bħalissa fin-Nazzjonijiet Uniti.

(****)  Li ma jinkludix il-Kosovo kif definit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

(1)  Is-Serbja u l-Montenegro huma Repubbliki b’sistemi doganali individwali li jiffurmaw Unjoni Statali u għalhekk jiġu elenkati separatament.

Kundizzjonijiet Speċifiċi (ara n-noti tal-qiegħ fuq kull ċertifikat):

‘I’

:

territoju fejn il-preżenza tal-BSE fil-bhejjem nattivi ġie vvalutat bħala mhux probabbli, għar-raġunijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea ta’ annimali li huma ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat BOV-X u BOV-Y.

‘IΙ’

:

territorju li huwa rrikonoxxut li huwa uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi għal skopijiet ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea ta’ annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat BOV-X

‘IΙΙ’

:

territorju li huwa rrikonoxxut li huwa uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi għal skopijiet ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea ta’ annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat BOV-X.

‘IVa’

:

territorju li huwa rrikonoxxut li huwa uffiċjalment ħieles mil-lewkożi enżootika bovina (EBL) għal skopijiet ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea ta’ annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat BOV-X.

‘IVb’

:

territorju li fih impriżi approvati li huwa uffiċjalment ħieles mil-lewkożi enżootika bovina (EBL) għal skopijiet ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea ta’ annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat BOV-X.

‘V’

:

territorju li huwa rrikonoxxut li huwa uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi għal skopijiet ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea ta’ annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat OVI-X.

‘VI’

:

Restrizzjonijiet ġeografiċi

‘VII’

:

territorju li huwa rrikonoxxut li huwa uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi għal skopijiet ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea ta’ annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat RUM.

‘VIII’

:

territorju li huwa rrikonoxxut li huwa uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi għal skopijiet ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea ta’ annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat RUM.

‘IX’

:

territorju li huwa rrikonoxxut li huwa uffiċjalment ħieles mill-marda ta’ Aujeszky għal skopijiet ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea ta’ annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat POR-X.

‘X’

:

sal-31/12/2006 biss għat-tranżitu tul it-territorju kollu ta’ l-annimali għad-diċċir dirett li jiġu kkonsenjati mill-Bulgarija jew mir-Rumanija u li huma ddestinati lejn Stat Membru fi trakkijiet li ġew issiġillati permezz ta’ siġilli mgħammra b’ siġill innumerat b’numru tas-serje. In-numru tas-siġill għandu jiġi inkluż fiċ-ċertifikat sanitarju u s-siġill għandu jkun intatt fil-wasla fil-post ta’ spezzjoni tal-fruntiera destinatarja għad-dħul fil-Komunità u rreġistrata fit-TRACES. Iċ-ċertifikat għandu jiġi ttimbrat fil-post ta’ ħruġ tal-Bulgarija jew ir-Rumanija mill-awtoritajiet veterinarji kompetenti qabel it-trażmissjoni lejn pajjiż terz bil-kliem xieraq li ġej “GĦAT-TRANŻITU BISS LEJN L-UE MILL-BULGARIJA/MIR-RUMANIJA (ħassar kif jixraq) MILL-EX REPUBBLIKA JUGOŻLAVA TAL-MAĊEDONJA/MILL-MONTENEGRO/MIS-SERBJA (ħassar il-pajjiż kif japplika).”