|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
626 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta' April 2006
li temenda l-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/438/KE fir-rigward ta' ħalib nej u prodotti bbażati fuq il-ħalib nej miċ-Ċili u taġġorna l-entrata f'dak l-Anness għall-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 1546)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2006/295/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum mill-bniedem, (1)u b'mod partikolari l-Artikolu 8 (1) u (4) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali ta'oriġini ta' annimali maħsuba għall-konsum tal-bniedem, (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu.
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/438/KE tad-29 ta' April 2004 li tippreskrivi kondizzjonijiet ta' ċertifikazzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali u saħħa pubblika u veterinarji għad-dħul fil-Komunità ta' ħalib trattat bis-sħana, prodotti bbażati fuq il-ħalib u il-ħalib mhux maħdum maħsuba għall-konsum mill-bniedem (3) tistabbilixxi lista fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimpurtaw ħalib krud u prodotti bbażati fuq il-ħalib krud. |
|
(2) |
Wara missjoni ta' spezzjoni lejn iċ-Ċili minn esperti tal-Kummissjoni, is-servizzi veterinarji kompetenti taċ-Ċili ikkonferma li l-pajjiż terz m'għandux jiġi elenkat fl-2004/438/KE għall-importazzjoni ġewwa l-Komunità tal-ħalib krud u prodotti bbażati fuq ħalib krud għal raġunijiet tekniċi u sanitarji. |
|
(3) |
Id-dħul taċ-Ċili għall-ħalib nej u prodotti bbażati fuq il-ħalib nej fil-kolonna A ta' l-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/438/KE għandha tiġi emendata skond dan. |
|
(4) |
Barra minn hekk, huwa xieraq li nota f'qiegħ il-paġna tiġi aġġornata f'dak l-Anness għall-eks Repubblika tal-Maċedonja. |
|
(5) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2004/438/KE għandha tiġi emendata kif jeħtieġ. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/438/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika minn 21 ta' April 2006.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta' April 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 18, 23.1.2002, p. 11.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. Verżjoni kkoreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83).
(3) ĠU L 154, 30.4.2004, p. 72. Verżjoni kkoreġuta ĠU L 92, 12.4.2005, p. 47.
ANNESS
“ANNESS I
|
‘+’ |
= |
pajjiż mhux awtorizzat |
|
‘0’ |
= |
pajjiż mhux awtorizzat |
|
Il-Kodiċi ISO tal-pajjiż terz |
Pajjiżi terzi |
Kolonna A |
Kolonna B |
Kolonna C |
|
AD |
Andorra |
+ |
+ |
+ |
|
AL |
L-Albanija |
0 |
0 |
+ |
|
AN |
L-Antilles Olandiżi: |
0 |
0 |
+ |
|
AR |
L-Arġentina |
0 |
0 |
+ |
|
AU |
L-Awstralja |
0 |
+ |
+ |
|
BG |
Il-Bulgarija |
0 |
+ |
+ |
|
BR |
Il-Brażil |
0 |
0 |
+ |
|
BW |
Il-Botswana |
0 |
0 |
+ |
|
BY |
Il-Belarus |
0 |
0 |
+ |
|
BZ |
Il-Beliże |
0 |
0 |
+ |
|
BH |
Il-Bożnja-Herżegovina |
0 |
0 |
+ |
|
CA |
Il-Kanada |
+ |
+ |
+ |
|
CH |
L-Iżvizzera |
+ |
+ |
+ |
|
CL |
Iċ-Ċili |
0 |
+ |
+ |
|
CN |
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
0 |
0 |
+ |
|
CO |
Il-Kolumbja |
0 |
0 |
+ |
|
CR |
Il-Kosta Rika |
0 |
0 |
+ |
|
CU |
Kuba |
0 |
0 |
+ |
|
DZ |
L-Alġerija |
0 |
0 |
+ |
|
ET |
L-Etjopja |
0 |
0 |
+ |
|
GL |
Greenland |
0 |
+ |
+ |
|
GT |
Il-Gwatemala |
0 |
0 |
+ |
|
HK |
Ħong Kong |
0 |
0 |
+ |
|
HN |
Il-Ħonduras |
0 |
0 |
+ |
|
HR |
Il-Kroazja |
0 |
+ |
+ |
|
IL |
L-Iżrael |
0 |
0 |
+ |
|
IN |
L-Indja |
0 |
0 |
+ |
|
IS |
L-Iżlanda |
+ |
+ |
+ |
|
KE |
Il-Kenja |
0 |
0 |
+ |
|
MA |
Il-Marokk |
0 |
0 |
+ |
|
MG |
Il-Madagaskar |
0 |
0 |
+ |
|
MK |
L-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (*1) |
0 |
+ |
+ |
|
MR |
Il-Mawritanja |
0 |
0 |
+ |
|
MU |
Il-Mawrizju |
0 |
0 |
+ |
|
MX |
Il-Messiku |
0 |
0 |
+ |
|
NA |
In-Namibja |
0 |
0 |
+ |
|
NI |
In-Nikaragwa |
0 |
0 |
+ |
|
NZ |
In-New Zealand |
+ |
+ |
+ |
|
PA |
Il-Panama |
0 |
0 |
+ |
|
PY |
Paragwaj |
0 |
0 |
+ |
|
RO |
Ir-Rumanija |
0 |
+ |
+ |
|
RU |
Ir-Russja |
0 |
0 |
+ |
|
SG |
Singapor |
0 |
0 |
+ |
|
SV |
El Salvador |
0 |
0 |
+ |
|
SZ |
Is-Sważiland |
0 |
0 |
+ |
|
TH |
It-Tajlandja |
0 |
0 |
+ |
|
TN |
Tuniżija |
0 |
0 |
+ |
|
TR |
It-Turkija |
0 |
0 |
+ |
|
UA |
L-Ukrajna |
0 |
0 |
+ |
|
US |
L-Istati Uniti ta' l-Amerika |
+ |
+ |
+ |
|
UY |
L-Urugwaj |
0 |
0 |
+ |
|
ZA |
L-Afrika t' Isfel |
0 |
0 |
+ |
|
ZW |
Iż-Żimbabwe |
0 |
0 |
+ |
(*1) L-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi proviżorju li bl-ebda mod ma jippreġudika n-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li għandu jsir ftehim dwaru wara l-konklużjoni tan-negozjati attwali dwar dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.”