|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
600 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta' April 2006
li temenda d-Deċiżjoni 2003/526/KE fir-rigward tal-miżuri għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 1521)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2006/284/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Bħala reazzjoni għat-tifqigħat tad-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/526/KE tat-18 ta' Lulju 2003 dwar il-miżuri ta' protezzjoni li jirrelataw mad-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri (2). Dik id-Deċiżjoni tistabbilixxi ċerti miżuri oħra ta' kontroll tal-marda li għandhom x'jaqsmu mad-deni klassiku tal-ħnieżer. |
|
(2) |
Il-Ġermanja għarrfet lill-Kummissjoni bl-iżvilupp riċenti ta' dik il-marda fil-ħnieżer slavaġ fl-istat federali ta' Nordrhein-Westfalen. Fid-dawl ta' l-informazzjoni epidemjoloġika disponibbli, iż-żoni tal-Ġermanja fejn japplikaw miżuri ta' kontroll tal-marda għandhom jiġu emendati biex jinkludu ċerti żoni ta' Nordrhein-Westfalen u żoni viċini fir-Rheinland-Pfalz. |
|
(3) |
Is-sitwazzjoni tal-marda f'żoni oħra ta' l-istat federali tar-Rheinland-Pfalz tjiebet b'mod sinifikanti. Għalhekk il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2003/526/KE li jikkonċernaw dawk iż-żoni m'għandhomx japplikaw iktar. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2003/526/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 2003/526/KE qed jinbidel bl-Anness li jinsab ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar it-12 ta' April 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).
(2) ĠU L 183, 22.7.2003, p. 46. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2005/946/KE (ĠU L 342, 24.12.2005, p. 100).
ANNESS
“ANNESS
PARTI I
Iż-żoni tal-Ġermanja u ta' Franza msemmija fl-Artikoli 2, 3, 5, 6, 7 u 8
1. Il-Ġermanja
|
A. |
Fl-istat federali ta' Rheinland-Pfalz:
|
|
B. |
Fl-istat federali ta' Nordrhein-Westfalen:
|
2. Franza:
It-territorju tad-Dipartiment ta' Bas-Rhin u l-Moselle li jinsab fil-Punent tar-Renu u l-kanal bejn ir-Renu u l-Marne, fit-Tramuntana ta' l-awtostrada A 4, fil-Lvant tax-xmara Sarre u fin-nofsinhar tal-fruntiera mal-Ġermanja u l-muniċipalitajiet ta' Holtzheim, Lingolsheim u Eckbolsheim.
PARTI II
Iż-żoni tas-Slovakkja msemmija fl-Artikoli 2, 3, 5, 7 u 8
It-territorju ta' l-Amministrazzjonijiet Distrettwali Veterinarji u ta' l-Ikel (DVFA) ta' Trenčín (inklużi d-distretti ta' Trenčín u Bánovce nad Bebravou), Prievidza (inklużi d-distretti ta' Prievidza u Partizánske), Púchov (inkluż id-distrett ta' Ilava biss), Žiar nad Hronom (inkluż id-distretti ta' Žiar nad Hronom, Žarnovica u Banská Štiavnica), Zvolen (inklużi d-distretti ta' Zvolen, Krupina u Detva), Lučenec (inklużi d-distretti ta' Lučenec u Poltár) u Veľký Krtíš.”