8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
582 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta' April 2006
li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE dwar żoni ristretti fir-rigward tal-bluetongue fi Spanja
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 1262)
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
(2006/273/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta' l-20 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3), u t-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 19 tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2000/75/KE tistabbilixxi regoli u miżuri ta' kontroll biex jiġi kkumbattut il-bluetongue fil-Komunità, inkluż it-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza u projbizzjoni fuq il-ħruġ ta' l-annimali minn dawn iż-żoni. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/393/KE tat-23 ta’ Mejju 2005 dwar żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza u kundizzjonijiet li japplikaw għall-movimenti minn jew f'dawn iż-żoni (2) tipprovdi għad-demarkazzjoni taż-żoni globali ġeografiċi fejn iż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza (“iż-żoni ristretti”) għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri fir-rigward tal-bluetongue. |
(3) |
Spanja infurmat lill-Kummissjoni li ebda virus ma ċċirkola fil-Gżejjer Baleariċi għal iktar minn sentejn |
(4) |
B'konsegwenza ta' dan, iż-żona ġeografika għandha tkun ikkunsidrata ħielsa mill-bluetongue u, skond it-talba sostanzjata imressqa minn Spanja, titneħħa mil-lista ta' żoni ristretti. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2005/393/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2005/393/KE, fil-parti għaż-Żona C,
“Spanja
Islas Baleares (fejn m'hemmx is-serotip 16)”
hija mħassra
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar is-6 ta’ April 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.
(2) ĠU L 130, 24.5.2005, p. 22. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/828/KE (ĠU L 311, 26.11.2005, p. 37).