|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
574 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-4 ta’ April 2006
li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE fir-rigward ta' ċerti gruppi ta' ġbir u produzzjoni ta' l-embrijuni fl-Istati Uniti ta' l-Amerika
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 1248)
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
(2006/270/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 dwar il-kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijuni ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE tat-30 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi lista ta' gruppi approvati għall-ġbir ta' embrijuni f'pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta' embrijuni ta' bovini lejn il-Komunità (2) tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jimpurtaw embrijuni minn pajjiżi terzi biss jekk dawn ikunu nġabru, ġew ipproċessati u nħażnu mill-gruppi għall-ġbir ta' l-embrijuni elenkati f'dik id-Deċiżjoni. |
|
(2) |
L-Istati Uniti ta' l-Amerika talbu li jsiru emendi għar-reġistrazzjonijiet tal-listi għal dak il-pajjiż fir-rigward ta' ċerti gruppi għall-ġbir u l-produzzjoni ta' embrijuni. |
|
(3) |
L-Istati Uniti ta' l-Amerika pprovdew garanziji fir-rigward tal-konformità mar-regoli xierqa stabbiliti fid-Direttiva 89/556/KEE u l-grupp tal-ġbir ta' l-embrijuni involut ġie approvat uffiċjalment għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mis-servizzi veterinarji ta' dak il-pajjiż. |
|
(4) |
Id-Deciżjoni 92/452/KEE għandha, għalhekk, tiġi emendata kif jixraq. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 92/452/KEE hu emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-10 ta’ April 2006.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar l-4 ta’ April 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 806/2003/KE (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(2) ĠU L 250, 29.8.1992, p. 40. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/85/KE (ĠU L 40, 11.2.2006, p. 24).
ANNESS
L-Anness mad-Deċiżjoni 92/452/KEE hu emendat kif ġej:
|
(a) |
titħassar r-ringiela li ġejja għall-gruppi tal-ġbir ta' l-embrijuni ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika:
|
|
(b) |
tiddaħħal r-ringiela li ġejja għall-Istati Uniti ta' l-Amerika:
|
|
(ċ) |
r-ringiela li ġejja għall-grupp tal-ġbir ta' l-embrijuni ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika Nru 91IA029 hija sostitwita b'dan li ġej:
|
|
(d) |
r-ringiela għall-grupp tal-ġbir ta' l-embrijuni ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika Nru 96CO084 hija sostitwita b'dan li ġej:
|