8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
537 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta' Marzu 2006
li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE fir-rigward tar-reġjonalizzazzjoni għall-Arġentina u ċ-ċertifikati mudell marbuta ma' l-importazzjoni ta' laħam frisk ta' l-ifrat mill-Brażil
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 896)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2006/259/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari il-punti (1) u (4) ta' ll-Artikolu 8 u l-Artikolu 9(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet ta' pajjiżi terzi u li tistabbilixxi kundizzjonijiet ta' ċertifikazzjoni tas-saħħa pubblika u veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (2) tipprevedi li l-importazzjonijiet ta' dawk l-annimali u l-laħam għandhom jilħqu r-rekwiżiti stipulati fiċ-ċertifikati mudell xierqa imfassla f'dik id-Deċiżjoni. |
(2) |
L-Arġentina kkonfermat tifqigħa tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer (tip O) fil-Provinċja ta' Corrientes fid-Dipartment ta' San Luís del Palmar u minnufih għarrfet lill-Kummissjoni fit-8 ta' Frar 2006. |
(3) |
Jeħtieġ li, sabiex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-Komunità, jittieħdu miżuri ta' reġjonalizzazzjoni li jissospendu temporanjament l-importazzjonijiet ta' laħam dissussat li jkun ġej minn bhejjem ta' l-ifrat li joriġinaw minn dak id-Dipartiment u d-Dipartimenti tal-madwar ta' Berón de Astrada, Capital, General Paz, Empedrado, Itati, Mbucuruyá and San Cosme. |
(4) |
L-ewwel notifika ta' suspett tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer lill-awtoritajiet veterinarji Arġentina saret fl-4 ta' Frar 2006. Madankollu, l-awtoritajiet veterinarji issospendew iċ-ċertifikazzjoni ta' l-esportazzjonijiet tal-laħam mill-annimali maqtula wara l-4 ta' Jannar 2006. Għandhom jiġu sospiżi l-konsenji ta' laħam bħal dan minn bhejjem ta' l-ifrat minn dawk id-Dipartimenti maqtula fi jew wara l-4 ta' Jannar 2006. Madankollu, b'deroga minn dik is-sospensjoni, il-konsenji b'ċertifikazzjoni ffirmata bejn l-4 ta' Jannar u l-4 ta' Frar 2006 għal laħam dissussat imlaħħaq għall-konsum minn bhejjem ta' l-ifrat maqtula fil-perjodu bejn l-4 ta' Jannar 2006 u l-4 ta' Frar 2006 u diġà mibgħuta lejn il-Komunità għandhom jitħallew jiġu importati fil-Komunità. |
(5) |
Wara missjoni reċenti tal-Kummissjoni fil-Brażil, jidher li minkejja li tjiebu sostanzjalment is-sistemi ta' traċċabilità, huwa meħtieġ xi titjib ieħor sabiex jiġu evitati kuntatti possibbli bejn annimali ta' status differenti. Jeħtieġ ukoll li tittejjeb l-effikaċja tat-tilqim kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer u l-ħila li jintwera n-nuqqas ta' ċirkolazzjoni tal-virus tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer, billi jitqies li huwa biss il-laħam dissussat imlaħħaq għall-konsum li huwa importat fil-Komunità. |
(6) |
Jixraq li bħala miżura addizzjonali jkunu previsti garanziji supplementari fir-rigward tal-kuntatti bejn l-annimali, it-tilqim u s-sorveljanza. |
(7) |
Trid titqies il-politika ta' non-tilqim għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fl-Istat ta' Santa Catarina. |
(8) |
L-Anness II għad-Deċiżjoni 79/542/KE għandu, għalhekk, jiġi emendat kif imiss. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 79/542/KEE huwa emendat skond l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-31 ta' Marzu 2006.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 18, 23.1.2002, p. 11.
(2) ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/9/KE (ĠU L 7, 12.1.2006, p. 23).
ANNESS
Fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE, il-Parti I u l-lista ta' Mudelli taċ-ċertifikati veterinarji u l-Mudell ’BOV’ fil-Parti II jiġu sostitwiti minn dawn li ġejjin:
“ANNESS II
(LAĦAM FRISK)
PARTI 1
LISTA TA' PAJJIŻI TERZI JEW PARTIJIET MINNHO (*)
Pajjiż |
Kodiċi tat-territorju: |
Deskrizzjoni tat-territorju |
Ċertifikat veterinarju |
Kundizz-jonijiet speċifiċi |
||||
Mudell(i) |
SG |
|||||||
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
|||
AL – L-Albanija |
AL-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|||
AR – L-Arġentina |
AR-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
|
|
|||
AR-1 |
Il-Provinċji ta' Buenos Aires, Catamarca, Corrientes, (minbarra d-dipartimenti ta' Berón de Astrada, Capital, Empedrado, General Paz, Itati, Mbucuruyá, San Cosme u San Luís del Palmar), Entre Ríos, La Rioja, Mendoza, Misiones, Neuquen, Rio Negro, San Juan, San Luis, Santa Fe, u Tucuman. |
BOV |
A |
1 u 2 |
||||
AR-2 |
La Pampa u Santiago del Estero |
BOV |
A |
1 u 2 |
||||
AR-3 |
Cordoba |
BOV |
A |
1 u 2 |
||||
AR-4 |
Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego |
BOV, OVI, RUW, RUF |
|
1 |
||||
AR-5 |
Formosa (it-territorju ta' Ramon Lista biss) u Salta (id-dipartiment ta' Rivadavia biss,) |
BOV |
A |
1 u 2 |
||||
AR-6 |
Salta (id-dipartimenti ta' General Jose de San Martin, Oran, Iruya, u Santa Victoria biss) |
BOV |
A |
1 u 2 |
||||
AR-7 |
Chaco, Formosa (minbarra t-territorju ta' Ramon Lista), Salta (minbarra d-dipartimenti ta' General Jose de San Martin, Rivadavia, Oran, Iruya, u Santa Victoria), Jujuy |
BOV |
A |
1 u 2 |
||||
AR-8 |
Chaco, Formosa, Salta, Jujuy, bl-eċċezzjoni taż-żona buffer ta' 25 km mill-fruntiera mal-Bolivja u l-Paragwaj li testendi mid-Distrett ta' Santa Catalina fil-Provinċja ta' Jujuy, sad-Distrett ta' Laishi fil-Provinċja ta' Formosa |
BOV |
A |
1 u 2 |
||||
AR-9 |
Iż-żona buffer ta' 25 km mill-fruntiera mal-Bolivja u l-Paragwaj li testendi mid-Distrett ta' Santa Catalina fil-Provinċja ta' Jujuy, sad-Distrett ta' Laishi fil-Provinċja ta' Formosa |
— |
|
|
||||
AR-10 |
Parti mill-Provinċja ta' Corrientes: id-dipartimenti ta' Berón de Astrada, Capital, Empedrado, General Paz, Itati, Mbucuruyá, San Cosme u San Luís del Palmar |
BOV |
A |
1 u 2 |
||||
AU – L-Awstralja |
AU-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW |
|
|
|||
BA – Il-Bożnija Ħerzegovina |
BA-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|||
BG – il-Bulgarija a |
BG-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
|
|
|||
BG-1 |
Il-provinċji ta' Varna, Dobrich, Silistra, Choumen, Targovitchte, Razgrad, Rousse, V.Tarnovo, Gabrovo, Pleven, Lovetch, Plovdic, Smolian, Pasardjik, id-distrett ta' Sofja, il-belt ta' Sofja, Pernik, Kustendil, Blagoevgrad, Vratza, Montana u Vidin |
BOV, OVIRUW, RUF |
||||||
BG-2 |
Il-provinċji ta' Bourgas, Jambol, Sliven, Starazagora, Hasskovo, Kardjali u l-kuritur wiesa' 20 km fuq il-fruntiera mat-Turkija |
— |
||||||
BH – il-Baħrejn |
BH-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|||
BR – Il-Brażil |
BR-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
|
|
|||
BR-1 |
Parti mill-Istat ta' Minas Gerais (minbarra d-delegazzjonijiet reġjonali ta' Oliveira, Passos, São Gonçalo de Sapucai, Setelagoas u Bambuí); L-Istat ta' Espíritu Santo; L-Istat ta' Goias u; Parti mill-Istat ta' Mato Grosso li tinkludi l-unità reġjonali ta' Cuiaba (minbarra l-muniċipalitajiet ta' San Antonio de Leverger, Nossa Senhora do Livramento, Pocone u Barão de Melgaço), l-unità reġjonali ta' Caceres (minbarra l-muniċipalità ta' Caceres), l-unità reġjonali ta' Lucas do Rio Verde, l-unità reġjonali ta' Rondonopolis (minbarra l-muniċipalità ta' Itiquiora), l-unità reġjonali ta' Barra do Garça u l-unità reġjonali ta' Barra do Burgres. |
BOV |
A u H |
1 u 2 |
||||
BR-2 |
L-Istat ta' Rio Grande do Sul |
BOV |
A u H |
1 u 2 |
||||
BR-3 |
Parti mill-Istat ta' Mato Grosso do Sul li tinkludi l-muniċipalità ta' Sete Quedas |
BOV |
A u H |
1 u 2 |
||||
BR-4 |
Parti mill-Istat ta' Mato Grosso do Sul (minbarra l-muniċipalitajiet ta': Sonora, Aquidauana, Bodoqueno, Bonito, Caracol, Coxim, Jardim, Ladario, Miranda, Pedro Gomes, Porto Murtinho, Rio Negro, Rio Verde of Mato Grosso u Corumbá), L-Istat ta' Paraná, u L-Istat ta' Sao Paulo |
BOV |
A u H |
1 u 2 |
||||
BR-5 |
L-Istat ta' Paraná, L-Istat ta' Mato Grosso do Sul u L-Istat ta' Sao Paulo. |
— |
— |
1 |
||||
BR-6 |
L-Istat ta' Santa Catarina |
BOV |
A u H |
1 u 2 |
||||
BW – Il-Botswana |
BW-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU, EQW |
|
|
|||
BW-1 |
Iż-żoni veterinarji ta' kontroll 5, 6, 7, 8, 9 u 18 |
BOV, OVI, RUF, RUW |
F |
1 u 2 |
||||
BW-2 |
Iż-żoni veterinarji ta' kontroll 10, 11, 12, 13 u 14 |
BOV, OVI, RUF, RUW |
F |
1 u 2 |
||||
BY – Il-Belarus |
BY-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|||
BZ – Il-Beliże |
BZ-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, EQU |
|
|
|||
CA – Il-Kanada |
CA-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, POR, EQU, SUF, SUW RUF, RUW, |
G |
|
|||
CH – L-Iżvizzera |
CH-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW |
|
|
|||
CL – Iċ-Ċilì |
CL-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF |
|
|
|||
CN – Iċ-Ċina (ir-Repubblika Popolari ta') |
CN-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|||
CO – Il-Kolombja |
CO-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
|
|
|||
CO-1 |
Iż-żona inkluża bejn il-linji tal-fruntiera li jibdew mill-punt fejn ix-Xmara Murri tingħaqad max-Xmara Atrato, 'l isfel max-Xmara Atrato sa fejn din tingħaqad ma' l-Oċean Atlantiku, u minn dan il-punt sal-fruntiera tal-Panama mal-kosta Atlantika sa Cabo Tiburón; minn dan il-punt sa l-Oċean Paċifiku mal-fruntiera bejn il-Kolombja u l-Panama; minn dan il-punt sal-bidu tax-Xmara Valles mal-kosta tal-Paċifiku u minn dan il-punt f'linja dritta sal-punt fejn ix-Xmara Murri tingħaqad max-Xmara Atrato. |
BOV |
A |
2 |
||||
CO-3 |
Iż-żona li tinsab bejn il-linji tal-fruntiera li jibdew minn ħalq ix-Xmara Sinu fuq l-Oċean Atlantiku, 'il fuq max-Xmara Sinu sal-bidu tagħha – l-Ilmijiet ta' Alto Paramillo, u minn dan il-punt sa Puerto Rey fuq l-Oċean Atlantiku, mal-linja tal-fruntiera bejn id-Dipartiment ta' Antiquia u Córdoba, u minn dan il-punt sa ħalq ix-Xmara Sinu mal-Kosta Atlantika. |
BOV |
A |
2 |
||||
CR – il-Kosta Rika |
CR-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, EQU |
|
|
|||
CU – Kuba |
CU-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, EQU |
|
|
|||
DZ – L-Alġerija |
DZ-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|||
ET – L-Etjopja |
ET-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|||
FK – Il-Gżejjer Falkland |
FK-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, EQU |
|
|
|||
GL – Greenland |
GL-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, EQU, RUF, RUW |
|
|
|||
GT – Il-Gwate-mala |
GT-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, EQU |
|
|
|||
HK – Ħong Kong |
HK-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|||
HN – Il-Ħonduras |
HN-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, EQU |
|
|
|||
HR – Il-Kroazja |
HR-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, EQU, RUF, RUW |
|
|
|||
IL – L-Iżrael |
IL-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|||
IN – L-Indja |
IN-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|||
IS – L-Iżlanda |
IS-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, EQU, RUF, RUW |
|
|
|||
KE – Il-Kenja |
KE-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|||
MA – Il-Marokk |
MA-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
|
|
|||
MG – Il-Madaga-skar |
MG-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|||
MK – l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (***) |
MK-0 |
Il-pajjiż kollu |
OVI, EQU |
|
|
|||
MU – Il-Mawrizju |
MU-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|||
MX – Il-Messiku |
MX-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, EQU |
|
|
|||
NA – In-Namibja |
NA-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU, EQW |
|
|
|||
NA-1 |
Lejn in-Nofsinhar mill-perimetru taż-żona magħluqa li jestendi minn Palgrave Point fil-Punent sa Gam fil-Lvant |
BOV, OVI, RUF, RUW |
F |
2 |
||||
NC – New Caledonia |
NC-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, RUF, RUW |
|
|
|||
NI – In-Nikaragwa |
NI-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|||
NZ – New Zealand |
NZ-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW |
|
|
|||
PA – Il-Panama |
PA-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, EQU |
|
|
|||
PY – Il-Paragwaj |
PY-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
|
|
|||
PY-1 |
Chaco ċentrali u ż-żoni ta' San Pedro |
BOV |
A |
1 u 2 |
||||
RO – Ir-Rumanija (a) |
RO-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, EQU, RUW, RUF |
|
|
|||
RU – Ir-Russja |
RU-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|||
RU-1 |
Ir-reġjun ta' Murmansk, i ż-żona awtonoma ta' Yamalo-Nemets |
RUF |
|
|
||||
SV – El Salvador |
SV-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|||
SZ – Is-Swaziland |
SZ-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU, EQW |
|
|
|||
SZ-1 |
I ż-żona fil-Punent tal-‘linja ħamra’ li testendi lejn it-Tramuntana mix-Xmara Usutu sal-fruntiera ma' l-Afrika t'Isfel fil-Punent ta' Nkalashane, |
BOV, RUF, RUW |
F |
2 |
||||
SZ-2 |
I ż-żoni veterinarji ta' sorveljanza u tilqim kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer, kif ippubblikati bħala Strument Statutorju taħt l-avviż legali numru 51 ta' l-2000 |
BOV, RUF, RUW |
F |
1 u 2 |
||||
TH – It-Tajlandja |
TH-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|||
TN – It-Tuneżija |
TN-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|||
TR – It-Turkija |
TR-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|||
TR-1 |
Il-provinċji ta' Amasya, Ankara, Aydin, Balikesir, Bursa, Cankiri, Corum, Denizli, Iżmir, Kastamonu, Kutahya, Manisa, Usak, Yozgat u Kirikkale |
EQU |
|
|
||||
UA – L-Ukraina |
UA-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|||
US – L-Istati Uniti |
US-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, POR, EQU,, SUF, SUW, RUF, RUW |
G |
|
|||
XM – Il-Montenegro |
XM-0 |
It-territorju doganali kollu (****) |
BOV, OVI, EQU |
|
|
|||
XS – Is-Serbja (**) |
XS-0 |
It-territorju doganali kollu (****) |
BOV, OVI, EQU |
|
|
|||
UY – L-Urugwaj |
UY-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
|
|
|||
BOV, |
A |
1 u 2 |
||||||
OVI |
A |
1 u 2 |
||||||
ZA – L-Afrika t'Isfel |
ZA-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU, EQW |
|
|
|||
ZA-1 |
Il-pajjiż kollu ħlief:
|
BOV, OVI, RUF, RUW |
F |
2 |
||||
ZW – I ż-Zimbabwe |
ZW-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|||
Il-kundizzjonijiet speċifiċi msemmija fil-kolonna 6
‘1’:: Restrizzjonijiet ġeografiċi u temporali:
‘2’:: Restrizzjonijiet ta' kategorija:
Il-ġewwieni mhux awtorizzat (ħlief, fil-każ ta' l-ispeċijiet ta' l-ifrat, tad-dijaframma u l-muskoli masseteri [tax-xedaq]).
PARTI 2
Mudelli ta' ċertifikati veterinarji
Mudell(i)
‘BOV’: |
: |
Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk ta' bhejjem ta' l-ifrat domestiċi (Bos taurus, Bison bison, Bubalus bubalis u r-razez imħallta tagħhom). |
‘POR’: |
: |
Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk tal-q żieqe ż (Sus scrofa). |
‘OVI’: |
: |
Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk tan-nagħaġ (Ovis aries) u l-mogħo ż (Capra hircus). |
‘EQU’: |
: |
Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk ta' bhejjem ekwini domestiċi (Equus caballus, Equus asinus u r-razez imħallta tagħhom). |
‘RUF’: |
: |
Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk tal-q żieqe ż ta' annimali mhux domestiċi mrobbija għajr il-ħnie żer (suwidi) u qabil id-debb (solipedi). |
‘RUW’: |
: |
Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk ta' annimali mhux domestiċi selvaġġi għajr il-ħnie żer (suwidi) u qabil id-debb (solipedi). |
‘SUF’: |
: |
Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk tal-suwidi mhux domestiċi mrobbija. |
‘SUW’: |
: |
Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk tal-suwidi mhux domestiċi selvaġġi. |
‘EQW’: |
: |
Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk tas-solipedi mhux domestiċi slavaġ. |
SG (Garanziji supplementari)
‘A’: |
: |
garanziji fir-rigward tal-maturazzjoni, il-kejl tal-pH u d-dissussar tal-laħam frisk, esklu ż il-ġewwieni, ċertifikat skond il-mudelli taċ-ċertifikati BOV (punt 10.6), RUF (punt 10.7) u RUW (punt 10.4). |
‘B’: |
: |
garanziji fir-rigward ta' ġewwieni mnaddaf mlaħħaq għall-konsum kif deskritt fiċ-ċertifikat mudell BOV (punt 10.6). |
‘C’: |
: |
garanziji rigward it-test tal-laboratorju għad-deni klassiku tal-ħnie żer fil-karkassi minn fejn inkiseb il-laħam frisk iċċertifikat skond il-mudell taċ-ċertfikat SUW (punt 10.3 bis) |
‘D’: |
: |
garanziji rigward l-iswill fl-azjendi agrikoli għall-annimali li minnhom inkiseb il-laħam frisk skond il-mudelli taċ-ċertifikat POR (punt 10.3 d) |
‘E’: |
: |
garanziji rigward it-test għat-tuberkolo żi fl-annimali minn fejn inkiseb il-laħam frisk iċċertifikat skond il-mudell taċ-ċertifikat BOV (punt 10.4 d) |
‘F’: |
: |
garanziji fir-rigward tal-maturazzjoni u d-dissussar tal-laħam frisk, esklu ż il-ġewwieni, ċertifikat skond il-mudelli taċ-ċertifikati BOV (punt 10.6), OVI (punt 10.6), RUF (punt 10.7) and RUW (punt 10.4). |
‘G’: |
: |
garanziji fir-rigward ta' 1, l-esklu żjoni tal-ġewwiena u s-sinsla; u 2, l-ittestjar u l-oriġini ta' annimali ċervidi fir-rigward tal-kif imsemmi fil-mudelli taċ-ċertifikati RUF (punt 9.2.1) u RUW (punt 9.3..1). |
‘H’: |
: |
garanziji supplimentari meħtieġa għall-Bra żil fir-rigward ta' kuntatti bejn l-annimali, programmi ta' tilqim u sorveljanza. Madankollu, billi l-istat ta' Santa Catarina ma jlaqqamx kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer, ir-referenza għal programm ta' tilqim ma tapplikax għal-laħam li jkun ġej minn annimali li joriġinaw u jinqatlu f'dak l-Istat. |
Noti
(a) |
Iċ-ċertifikati veterinarji għandhom jiġu prodotti mill-pajji ż ta' l-esportazzjoni, ibba żati fuq il-mudelli li jidhru fil-Parti 2 ta' l-Anness II, skond il..... tal-mudell li jikkorripsondi għal-laħmijiet ikkonċernati. Għandhom ikollhom, fl-ordni nnumerat li jidher fil-mudell, iċ-ċertifikazzjonijiet li huma meħtieġa għal kwalunkwe pajji ż terz u, jekk ikun il-ka ż, dawk il-garanziji supplimentari li huma meħtieġa għal pajjiz terz jew parti minnu li jkunu qed jesportaw. |
(b) |
Ċertifikat separat u uniku għandu jiġi pprovdut għal-laħam li jiġi esportat minn territorju waħdieni li jidher fil-kolonni 2 u 3 tal-Parti 1 ta' l-Anness II li huma kkonsenjat lejn l-istess destinazzjoni u ttrasportat fl-istess vagun tal-ferrovija, trakk, ajruplan jew vapur. |
(ċ) |
L-oriġinali ta' kull ċertifikat għandu jikkonsisti minn paġna waħda, i ż-żewġ naħat, jew fejn tinħtieġ aktar kitba, għandu jkun f'tali forma li l-paġni kollha li hemm b żonn huma parti minn sistema integrata sħiħa u li ma tistax tinqasam. |
(d) |
Għandu jitfassal f'mill-inqas wieħed mill-ilsna uffiċjali ta' l-Istat Membru ta' l-UE li fih l-ispezzjoni fuq il-fruntiera għandha titwettaq u ta' l-Istat Membru ta' l-UE destinatarju. Madankollu, dawn l-Istati Membri jistgħu, jekk neċessarju, jagħtu permess għal ilsna oħra, akkumpanjati minn traduzzjoni uffiċjali. |
(e) |
Jekk għal raġunijiet ta' identifikazzjoni ta' l-oġġetti tal-konsenja (it-tabella fil-punt 8.3 taċ-ċertifikat mudell), ikun hemm paġni addizzjonali mehmu ża maċ-ċertifikat, dawn il-paġni għandhom ukoll jitiqesu bħala li jifformaw parti mill-oriġinal taċ-ċertifikat bl-applikazzjoni tal-firma u tat-timbru ta' l-uffiċjal veterinarju li qed jiċċertifika, f'kull paġna. |
(f) |
Meta ċ-ċertifikat, inklu żi tabelli addizzjonali msemmija fi (e), jinkludi aktar minn paġna waħda, kull paġna ser tiġi nnumerata — (numru tal-paġna) ta' (numru totali ta' paġni) — fil-qiegħ, u ser ikollu n-numru tal-kodiċi taċ-ċertifikat li ngħata mill-awtorità kompetenti fil-parti ta' fuq. |
(g) |
L-oriġinal taċ-ċertifikat irid jimtela u jiġi ffirmat minn veterinarju uffiċjali. B'tali mod, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajji ż li qed jesporta ser ji żgura li l-prinċipji taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE huma u żati Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tat-test stampat. L-istess regola tapplika għal timbri oħra għajr dawk imqabb ża jew watermarked. |
(h) |
L-oriġinal taċ-ċertifikat irid jakkumpanja l-konsenja sal-post ta' l-ispezzjoni fuq il-fruntiera ta' l-UE. |
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
(*) Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċertifikazzjoni previsti mill-ftehimiet Komunitarji ma' pajjiżi terzi.
(**) Li ma jinkludix il-Kosovo kif definit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 ta' l-10 ta' Ġunju 1999.
(***) L-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; il-kodiċi proviżorju li ma tippreġudikax bi kwalunkwe mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li jkun miftiehem wara l-konklużjoni ta' negozjati li qegħdin iseħħu bħalissa fuq dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.
(****) Is-Serbja u l-Montenegro huma Repubbliki b'territorji doganali individwali li jiffurmaw Unjoni ta' l-Istat u għalhekk għandhom jiġu elenkati separatament.
— |
= |
Ma huwa previst l-ebda ċertifikat u l-importazzjonijiet tal-laħam frisk huma pprojbiti (ħlief għal dawk l-ispeċijiet fejn hemm indikat fil-linja għall-pajjiż kollu) |
a |
= |
Huwa applikabbli biss sakemm dan l-Istat li se jissieħeb, isir Stat Membru ta' L-Unjoni Ewropea |