29.9.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

343


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2006/229/ĠAI

tad-9 ta' Marzu 2006

li tiffissa d-data ta' applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2005/211/ĠAI dwar l-introduzzjoni ta' xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/211/ĠAI ta’ l-24 ta' Frar 2005 dwar l-introduzzjoni ta' xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 (4) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2005/211/ĠAI tispeċifika li d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 ta' dik id-Deċiżjoni ser japplikaw minn data ffissata mill-Kunsill, hekk kif il-prekondizzjonijiet meħtieġa jkunu ġew sodisfatti, u li l-Kunsill jista' jiddeċiedi li jiffissa dati differenti għall-applikazzjoni ta' disposizzjonijiet differenti. Dawk il-prekondizzjonijiet ġew sodisfatti fir-rigward ta' l-Artikolu 1(7) tad-Deċiżjoni 2005/211/ĠAI, l-Artikolu 100 Punt (3)(e) ġdid.

(2)

Fir-rigward ta’ l-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-disposizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (2), li jaqa’ fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt G tad-Deċiżjoni 1999/437/KE (3) li għandu jinqara flimkien ma' l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/860/KE (4) u 2004/849/KE (5) tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar l-iffirmar f’isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-iffirmar f’isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja ta’ ċerti disposizzjonijiet ta’ dak il-Ftehim.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(7) tad-Deċiżjoni 2005/211/ĠAI tal-Kunsill, l-Artikolu 100 Punt (3)(e) ġdid, għandu japplika mill-31 ta’ Marzu 2006.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha. Għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, nhar id-9 ta' Marzu 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PRÖLL


(1)  ĠU L 68, 15.3.2005, p. 44.

(2)  Dokument tal-Kunsill 13054/04 aċċessibbli fuq http://register.consilium.eu.int.

(3)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(4)  ĠU L 368, 15.12.2004, p. 26.

(5)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78.