|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
360 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-1 ta’ Marzu 2006
li temenda d-Deċiżjoni 97/808/KE dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni permezz ta' l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE f'dak li jirrigwarda l-kisi ta' l-art (pavimenti)
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 553)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2006/190/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri marbuta mal-prodotti tal-bini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 (4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
It-tabella għall-familja tal-prodotti “PAVIMENTI (2/2)” fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/808/KE ta' l-20 ta' Novembru 1997 dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE f'dak li jirrigwarda l-kisi ta' l-art (2), tattribwixxi b'mod inkorrett l-attestazjoni tas-sistema 3 ta' konformità għall-klassi FFL. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 97/808/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness III għad-Deċiżjoni 97/808/KE huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2006.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi-President tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).
(2) ĠU L 331, tat-3.12.1997, p. 18. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2001/596/KE (ĠU L 209, tat-2.8.2001, p. 33).
ANNESS
1.
Fl-Anness III għad-Deċiżjoni 97/808/KE it-tabella u t-test li jirrigwardaw il-familja tal-prodotti “PAVIMENTI (2/2)”, jinbidlu b'dan li ġej:“FAMILJA TA' PRODOTTI PAVIMENTI (2/2)
Sistemi għall-attestazzjoni tal-konformità
Għall-prodotti u l-użi maħsuba elenkati hawn taħt, CEN/CENELEC huma mitluba jispeċifikaw is-sistemi ta' attestazzjoni ta' konformità li ġejjin fl-istandards armonizzati rilevanti:
|
Il-prodotti |
Użi maħsuba |
Livelli jew klassijiet Reazzjoni għan-nar |
Sistemi ta’ attestazzjoni ta' konformità |
|
Prodotti ta' kisi għall-art riġidi (A) Komponenti Unitajiet ta' paviment, madum, mużajk, parke', deking ta' xibka jew folja, gradilji ta' l-art, kisi riġidu laminat, prodotti bbażati fuq l-injam (B) Sistemi għas-serħan tal-piż imqiegħda fis-suq bħala kits kits Artijiet b'aċċes mgħolli, artijiet bil-vojt taħthom |
Għal użi interni inkluża proprjetà tat-trasport pubbliku magħluqa |
1 (2) |
|
|
3 (4) |
|||
|
(A1FL sa EFL) (5), FFL |
4 (6) |
||
|
Kisi għall-art flessibbli u tessili Kisi għall-art omoġenu u eteroġenu flessibbli provdut jew fil-forma ta' madum, folja jew roll (tessili għall-kisi ta' l-art li jinkludi madum; folji tal-plastik u tal-lastku (kisi għall-art aminoplastiku u ‘thermosetting’; linoleum u sufra; folji anti-statiċi; madum għall-art individwali mqiegħed; kisi għall-art flessibbli laminat) |
Għal użu intern |
1 (2) |
|
|
3 (4) |
|||
|
(A1FL sa EFL) (5), FFL |
4 (6) |
||
|
Kisi għall-art flessibbli u tessili Kisi għall-art omoġenu u eteroġenu flessibbli provdut jew fil-forma ta' madum, folja jew roll (tessili għall-kisi ta' l-art li jinkludi madum; folji tal-plastik u tal-lastku (kisi għall-art aminoplastiku u ‘thermosetting’; linoleum u sufra; folji anti-statiċi; madum għall-art individwali mqiegħed; kisi għall-art flessibbli laminat) |
Għal użu estern |
__ |
4 (6) |
|
Materjali għall-invellar ta' l-art |
Għal użu intern |
1 (2) |
|
|
|
3 (4) |
||
|
|
(A1FL sa EFL) (5), FFL |
4 (6) |
|
|
Għal użu estern |
__ |
4 (6) |
L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista' tiġi implimentata anke meta l-prestazzjoni ma teħtieġx li tiġi determinata għal karatteristika bħal din, għaliex mill-inqas Stat Membru wieħed m'għandu l-ebda rekwiżit legali għal din il-karatteristika. [ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabbli, l-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi]. F'dawk il-każijiet, il-verifika ta' karatteristika bħal din ma għandhiex tiġi imposta fuq il-manifattur jekk huwa ma jkunx jixtieq jiddikjara r-rendiment tal-prodott f'dak ir-rigward.”
(1) Prodotti/materjali li għalihom stadju li huwa ċarament identifikabbli fil-proċess ta' produzzjoni jirriżulta f'titjib tal-klassifika tar-reazzjoni għan-nar (eż. addizjoni ta' retardants tan-nar jew limitazzjoni tal-materjal organiku).
(2) Sistema 1: Ara l-Anness III, Taqsima 2, tad-Direttiva 89/106/KEE, mingħajr testijiet ta' awditjar fuq kampjuni
(3) Prodotti/materjali mhux koperti bin-nota tal-qiegħ nru 1.
(4) Sistema 3: Ara l-Anness III, Taqsima 2, punt (ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibilità
(5) Prodotti/materjali li ma jeħtiġux testjar għar-reazzjoni għan-nar (eż. Prodotti/materjali tal-Klassijiet A1 skond id-Deċiżjoni 96/603/KE).
(6) Sistema 4: Ara l-Anness III, Taqsima 2, punt (ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tielet possibilità