8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

336


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta' Frar 2006

li temenda d-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li l-Polonja u ċerti provinċji jew reġjuni fl-Italja huma ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis) u d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward ta' l-istqarrija li ċerti provinċji jew reġjuni ta' l-Italja huma ħielsa mit-tuberkolosi tal-bovini, il-bruċellosi bovina u l-lewkosi enzotika bovina

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 490)

(Test b' rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/169/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat (1) id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta' l-annimali bovini u s-suwini, u b'mod partikolari l-Anness A (I) (4), l-Anness A (II) (7) u l-Anness D (I) (E) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Ġunju 1991 dwar il-problemi tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (2), u b' mod partikolari l-Anness A, Kapitolu 1, il-punt II tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE tal-21 ta' Diċembru 1992 li tirreġistra l-konformità minn ċerti Stati Membri jew reġjuni mall-kondizzjonijiet li jittrattaw dwar il-bruċellosi (B. melitensis) u li tinnominahom bħala Stat Membru jew reġjun li huwa uffiċjalment ħieles mill-marda (3) telenka r-reġjuni ta' l-Istati Membri li huma meqjusa bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis) skond id-Direttiva 91/68/KEE.

(2)

Il-Polonja, fir-rigward tat-territorju kollu tagħha, ressqet lill-Kummissjoni d-dokumentazzjoni fejn turi l-konformità mall-kondizzjonijiet previsti fl-Anness A, Kapitolu 1, paragrafu II (I) (b) tad-Direttiva 91/68/KEE. Aktar minn hekk, il-Polonja għandha tikkonforma ma' ċerti kondizzjonijiet oħrajn stipolati fid-Direttiva 91/68/KEE li jikkonċernaw il-kontrolli li jsiru bl-inzertaturi li għandhom isiru wara r-rikonoxximent tal-Polonja bħala ħielsa mill-bruċellosi.

(3)

Il-Polonja għalhekk għandha tiġi rikonoxxuta bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis) fir-rigward ta' l-irziezet tan-nagħaġ u l-mogħoż.

(4)

Fir-Reġjun tal-Friuli Venezia Giulia, fil-provinċja ta' Savona fir-Region ta' Liguria, fil-provinċja ta' Isernia fir-reġjun tal-Molise u fil-provinċja ta' Pescara fir-Reġjun ta' l-Abruzzo, mill-inqas 99,8 % ta' l-irziezet tan-nagħaġ u l-mogħoż huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi. Aktar minn hekk, dik il-provinċji u r-reġjuni għandhom jiġu f' konformità ma' ċerti kondizzjonijiet oħrajn stipolati fid-Direttiva 91/68/KEE li jikkonċernaw il-kontrolli li jsiru bl-inzertaturi wara r-rikonoxximent li provinċji kkonċernati huma ħielsa mill-bruċellosi.

(5)

Ir-Reġjun ta' Friuli Venezia Giulia, il-provinċja ta' Savona fir-reġjun ta' Liguria, il-provinċja ta' Isernia fir-Reġjun tal-Molise u l-provinċja ta' Pescara fir-Reġjun ta' l-Abruzzo għandhom għalhekk jiġu rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis) fir-rigward ta' l-irziezet tan-nagħaġ u l-mogħoż.

(6)

Id-Direttiva 64/432/KEE tipprovdi li Stati Membri jew partijiet jew reġjuni tagħhom jistgħu ikunu ddikjarati uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulosi, bruċellosi u lewkosi bovina enżootika fir-rigward ta' mrieħel bovini soġġetti għall-aderenza ma' ċerti kondizzjonijiet stipolati f' dik id-Direttiva.

(7)

Il-listi ta' reġjuni ta' l-Istati Membri ddikjarati bħala ħielsa mit-tuberkolosi tal-bovini, il-bruċellosi tal-bovini u l-lewkożi enzotika tal-bovini huma stipolati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-istat uffiċjalment ħieles mit-tuberkolosi, mill-bruċellosi, u l-lewkosi enzotika ta' ċerti Stati Membri u reġjuni fir-rigward ta' merħliet tal-bovini (4).

(8)

l-Italja ressqet quddiem il-Kumissjoni id-dokumentazzjoni fejn turi biċ-ċar il-konformità mall-kondizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tal-provinċja ta' Pescara fir-Reġjun ta' l-Abruzzo sabiex dik il-provinċja tkun tista' tiġi ddikjarata uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulosi fil-merħliet tal-bovini.

(9)

L-Italja ressqet lill-Kummissjoni d-dokumentazzjoni fejn turi b' mod ċar il-konformità mall-kondizzjonijiet previsti fid-Direttiva 64/432/KEEfir-rigward tal-provinċji ta' Pistoia u Siena fir-Reġjun ta' Toscana, il-provinċja ta' Rieti fir-Reġjun tal-Lazio, il-provinċja ta' Milano fir-Reġjun ta' Lombardia, il-provinċji ta' Imperia u Savona fir- Reġjun ta' Liguria, il-provinċja ta' Pescara fir-Reġjun ta' l-Abruzzo u r-Reġjun tal- Friuli Venezia Giulia sabiex dawk il-provinċji u reġjuni jkunu jistgħu jiġu ddikjarati bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi fir-rigward tal-merħliet bovini.

(10)

L-Italja ressqet wkoll lill-Kummissjoni d-dokumentazzjoni fejn turi b' mod ċar il-konformità mall-kondizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tal-provinċji ta' Pesaro, Ancona u Macerata fir-Reġjun tal-Marche, il-provinċji ta' Rieti u Frosinone fir-Reġjun tal-Lazio, il-provinċja ta' Imperia fir-Reġjun ta' Liguria, il-provinċji ta' Pescara fir- Reġjun ta' l-Abruzzo u r-Reġjun tal- Friuli Venezia Giulia sabiex dawk il-provinċji u reġjuni jkunu jistgħu jiġu ddikjarati bħala uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi enzotika bovina fir-rigward tal-merħliet bovini.

(11)

Wara l-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni li tressqet mill-Italja, il-provinċji u r-reġjun ikkonċernat għandhom jiġu ddikjarati bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulosi bovina, mill-bruċellosi bovina, u mil-lewkosi enzotika bovina rispettivament.

(12)

Id-Deċiżjonijiet 93/52/KEE u 2003/467/KE għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq.

(13)

Il-miżuri stipolati f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE huma b'dan emendati skond l-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Annessi I, II, u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati skond l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, il-21 ta' Frar 2006.

Għall-Kummissjoni

Marcos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1/2005 (ĠU L 3, tal-5.1.2005, p. 1).

(2)  ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 19. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/932/KE (ĠU L 340, tat-23.12.2005, p. 68).

(3)  ĠU L 13, tal-21.1.1993, p. 14. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2005/764/KE (ĠU L 288, tad-29.10.2005, p. 56).

(4)  ĠU L 156, tal-25.6.2003, p. 74. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2005/764/KE (ĠU L 288, tad-29.10.2005, p. 56).


ANNESS I

L-Anness I u II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I hu mibdul b'dan li ġej:

“ANNESS I

STATI MEMBRI

Kodiċi ISO

Stat Membru

BE

Il-Belġju

CZ

Ir-Repubblika Ċeka:

DK

Id-Danimarka

DE

Il-Ġermanja

IE

L-Irlanda

LU

Il-Lussemburgu

HU

L-Ungerija

NL

L-Olanda

AT

L-Awstrija

PL

Il-Polonja

SI

Is-Slovenja

SK

Is-Slovakkja

FI

Il-Finlandja

SE

L-Iżvezja

UK

Ir-Renju Unit”

(2)

L-Anness II hu mibdul b'dan li ġej:

“ANNESS II

 

Fi Franza:

Départements:

Ain, Aisne, Allier, Ardèche, Ardennes, Aube, Aveyron, Cantal, Charente, Charente Maritime, Cher, Corrèze, Côte-d'Or, Côtes-d'Armor, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Essonne, Eure, Eur-et-Loire, Finistère, Gers, Gironde, Haute-Loire, Haute-Saône, Haute-Vienne, Hauts-de-Seine, Ille-et-Vilaine, Indre, Indre-et-Loire, Jura, Loir-et-Cher, Loire, Loire-Atlantique, Loiret, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Morbihan, Nièvre, Nord, Oise, Orne, Pas-de-Calais, Puy-de-Dôme, Rhône, Saône-et-Loire, Sarthe, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Territoire de Belfort, Val-de-Marne, Val-d'Oise, Vendée, Vienne, Ville de Paris, Vosges, Yonne, Yvelines

 

Fl-Italja:

Reġjun ta' l-Abruzzo: Provinċja ta' Pescara.

Reġjun tal-Friuli Venezia Giulia.

Reġjun tal-Lazio: Provinċji ta' Rieti, Viterbo.

Reġjun tal-Liguria: Provinċja ta' Savona.

Ir-Reġjun tal-Lombardia: il-Provinċji ta' Bergamo, Brescia, Como, Cremona, Lecco, Lodi, Mantova, Milan, Pavia, Sondrio, Varese.

Reġjun tal-Marche: Provinċji ta' Ancona, Ascoli Piceno, Macerata, Pesaro, Urbino.

Reġjun Molise: Provinċja ta' Isernia.

Reġjun Piemonte: Provinċji ta' Alessandria, Asti, Biella, Cuneo, Novara, Torino, Verbania, Vercelli.

Reġjun Sardinia: Provinċji ta' Cagliari, Nuoro, Oristano, Sassari.

Reġjun Trentino-Alto Adige: Provinċji ta' Bolzano, Trento.

Reġjun tat-Toskana: Provinċji ta' Arezzo, Firenze, Grosseto, Livorno, Lucca, Massa-Carrara, Pisa, Pistoia, Prato, Siena.

Reġjun Umbria: Provinċji ta' Perugia, Terni.

 

Fil-Portugal:

Ir-Reġjun Awtonomu ta' l-Azores.

 

Fi Spanja:

Ir-Reġjun Awtonomu tal-Gżejjer Kanarji: il-Provinċji ta' Santa Cruz de Tenerife u Las Palmas.”


ANNESS II

L-Annessi I, II u III għad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, il-Kapitolu 2 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“KAPITOLU 2

Ir-reġjuni ta' l-Istati Membri ddikjarati uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulosi

Fl-Italja:

Reġjun ta' l-Abruzzo: Provinċja ta' Pescara.

Reġjun tal-Lombardia: Il-Provinċji ta' Bergamo, Como, Lecco, Sondrio.

Reġjun tal-Marche: Provinċja di Ascoli Piceno.

Reġjun tat-Toscana: Provinċji ta' Grossetto, Prato

Ir-Reġjun ta' Trentino-Alto Aldige: il-Provinċji ta' Bolzano, Trento.”

(2)

Fl-Anness II, Kapitolu 2 qiegħed jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“KAPITOLU 2

Ir-reġjuni ta' l-Istati Membri ddikjarati uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi

 

Fl-Italja:

Reġjun ta' l-Abruzzo: Provinċja ta' Pescara.

Reġjun ta' l-Emilia-Romagna: Provinċji ta' Bologna, Ferrara, Forlì-Cesena, Modena, Parma, Piacenza, Ravenna, Reggio Emilia, Rimini.

Reġjun tal-Friuli Venezia Giulia.

Reġjun tal-Lazio: Provinċji ta' Rieti.

Reġjun tal-Liguria: Provinċja ta' Imperia, Savona.

Provinċji ta' Bergamo, Brescia, Como, Cremona, Lecco, Lodi, Mantova, Milan, Pavia, Sondrio, Varese.

Reġjun tal-Marche: Provinċja di Ascoli Piceno.

Ir-Reġjun tal-Piemonte: il-Provinċji ta' Alessandria, Asti, Biella, Novara, Verbania, Vercelli.

Reġjun Sardinia: Provinċji ta' Cagliari, Nuoro, Oristano, Sassari.

Reġjun tat-Toscana: Provinċji ta' Arezzo, Grossetto, Livorno, Lucca, Pisa, Pistoia, Prato, Siena.

Reġjun Trentino-Alto Adige: Provinċji ta' Bolzano, Trento.

Reġjun Umbria: Provinċji ta' Perugia, Terni.

 

Fil-Portugal:

Ir-Reġjun Awtonomu ta' l-Azores: Il-gżejjer ta' Pico, Graciosa, Flores, Corvo.

 

Fir-Renju Unit:

Il-Gran Bretanja: L-Ingilterra, l-Iskozja, il-Galles.”

(3)

Fl-Anness III, Kapitolu 2 huwa mibdul b' li ġej:

“KAPITOLU 2

Reġjuni ta' Stati Membri uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi bovina enzootika

Fl-Italja:

Reġjun ta' l-Abruzzo: Provinċja ta' Pescara.

Reġjun ta' l-Emilia-Romagna: Provinċji ta' Bologna, Ferrara, Forlì-Cesena, Modena, Parma, Piacenza, Ravenna, Reggio Emilia, Rimini.

Reġjun tal-Friuli Venezia Giulia.

Reġjun tal-Lazio: Provinċji ta' Frosinone, Rieti.

Reġjun tal-Liguria: Provinċja ta' Imperia.

Reġjun Lombardia: Provinċji ta' Bergamo, Brescia, Como, Cremona, Lecco, Lodi, Mantova, Milano, Pavia, Sondrio, Varese.

Reġjun Marche: Provinċji ta' Ancona, Ascoli Piceno, Macerata, Pesaro.

Reġjun tal-Piemonte: Provinċji ta' Alessandria, Asti, Biella, Cuneo, Novara, Torino, Verbania, Vercelli.

Ir-Reġjun tat-Toscana: il-Provinċji ta' Arezzo, Firenze, Grossetto, Livorno, Lucca, Massa-Carrara, Pisa, Pistoia, Prato, Siena

Reġjun Trentino-Alto Adige: Provinċji ta' Bolzano, Trento.

Reġjun Umbria: Provinċji ta' Perugia, Terni.

Reġjun tal-Val d'Aosta: Provinċja ta'Aosta.”