|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
313 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-24 ta' Frar 2006
dwar l-introduzzjoni ta' tilqim preventiv kontra l-influwenza tat-tjur H5N1 b'patoġeniċità għolja u dispożizzjonijiet relatati għall-movimenti fi Franza
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 632)
(It-test bil-Franċiż biss hu awtentiku)
(2006/148/KEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll ta' l-influwenza tat-tjur u li tirrevoka d-Direttiva 92/40/KEE (1), u partikolarment l-Artikolu 57(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-influwenza tat-tjur hija marda virali infettiva fit-tjur ta' l-irziezet u l-għasafar, li tikkawża mwiet u disturbi li malajr jistgħu jiksbu daqs epiżootiku li kapaċi jkunu ta' theddida serja għas-saħħa ta' l-annimali kif ukoll taħt ċerti ċirkostanzi lis-saħħa umana. Hemm riskju li l-aġent tal-marda jista' jinxtered lejn stabbilimenti oħra u b'hekk jitnaqqas il-qligħ mit-trobbija tat-tjur ta' l-irziezet, lejn għasafar selvaġġi u minn Stat Membru wieħed għal Stati Membri oħra u lil pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ internazzjonali fi tjur ħaj u l-prodotti tiegħu. |
|
(2) |
Il-virus A ta' l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 ġie iżolat mit-tjur selvaġġ f'ċerti partijiet tal-Komunità u f'pajjiżi terzi ġirien tal-Komunità jew b'popolazzjoni ta' għasafar li jpassu fix-Xitwa. Il-probabilità li l-virus jiddaħħal ma' l-għasafar selvaġġi qed tiżdied matul l-istaġun tal-passa li jmiss. |
|
(3) |
Fi Franza, hemm fis-seħħ sistemi ta' individwazzjoni bikrija u miżuri fil-qasam tal-bijosigurtà biex jitnaqqas ir-riskju ta' trażmissjoni ta' l-influwenza tat-tjur għall-qatgħat tat-tjur ta' l-irziezet. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha dwar “Animal health and welfare aspects of avian influenza” ta' l-20 ta' Settembru 2005, il-Grupp ta' Esperti Xjentifiċi fis-Saħħa u l-Benessri ta' l-annimali ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari jirrakkomanda li tilqim preventiv jista' jitqies jekk jiġi identifikat riskju kbir li jiddaħħal il-virus f'żoni tat-trobbija tat-tjur b'popolazzjoni għolja. Madankollu, din il-prattika m'għandhiex tikkomprometti l-miżuri stretti fil-qasam tal-bijosigurtà u oħrajn li għandhom ikunu fis-seħħ f'dawk iż-żoni bil-għan li jeqirdu kwalunkwe introduzzjoni ta' virus. |
|
(5) |
Fil-21 ta' Frar 2006, Franza ressqet pjan għat-tilqim preventiv għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni fid-dawl tar-riskju partikolari li tidħol l-influwenza tat-tjur f'ċerti żoni tat-territorju tagħha Il-Kummissjoni eżaminat minnufih dan il-pjan f'kollaborazzjoni ma' Franza u tqis li wara ċerti adattamenti l-pjan hu konformi mad-dispożizzjonijiet Komunitarji relevanti. Għalhekk, jidher li hu xieraq li l-pjan ikun approvat. |
|
(6) |
Skond dan il-pjan Franza bi ħsiebha tlaqqam papri u wiżż kontra l-influwenza tat-tjur H5N1 b'patoġeniċità għolja. Dan għandu jitqies bħala “proġett sperimentali” minħabba li hemm esperjenza limitata fit-tilqim preventiv għal dawk l-ispeċijiet. |
|
(7) |
Għandhom jintużaw biss vaċċini awtorizzati skond id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (2) jew ir-Regolament Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini. (3) |
|
(8) |
Meta t-tilqim preventiv isir fi Franza għandu jkun implimentat monitoraġġ ta' qatgħat ta' tjur ta' l-irziezet imlaqqma jew mhux imlaqqma u r-restrizzjonijiet tal-movimenti ta' għasafar imlaqqma. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett, ambitu u definizzjonijiet
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati fi Franza fejn it-tilqim preventiv isir f'ċerti stabbilimenti għat-tjur ta' l-irziezet f'żoni definiti f'riskju partikolari li tidħol l-influwenza tat-tjur H5N1 b'patoġeniċità għolja inklużi d-dispożizzjonijiet għall-movimenti ta' tjur ta' l-irziezet imlaqqam u l-prodotti tiegħu.
2. Għall-għan ta' din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE se japplikaw kif jixraq.
Artikolu 2
Approvazzjoni tal-programm ta' tilqim
1. Il-pjan għat-tilqim preventiv kontra l-influwenza tat-tjur H5N1 b'patoġeniċità għolja, imressaq lill-Kummissjoni minn Franza fil-21 ta' Frar 2006, huwa approvat (“il-pjan għat-tilqim preventiv”).
It-tilqim preventiv għandu jsir b'vaċċin eterologu inattivat tas-sottotipi H5 ta' l-influwenza tat-tjur awtorizzat minn Franza f'papri u wiżż fiż-żoni elenkati fl-Anness (“iż-żoni għat-tilqim preventiv”).
2. Kif stipulat fil-pjan għat-tilqim preventiv, għandu jsir monitoraġġ u sorveljanza intensivi fiż-żoni għat-tilqim preventiv.
3. Il-pjan għat-tilqim preventiv għandu jiġi implimentat b'mod effiċjenti.
4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-pjan għat-tilqim preventiv.
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet għall-movimenti ta' tjur ta' l-irziezet ħaj, bajd tat-tfaqqis, flieles ta' ġurnata, laħam frisk tat-tjur ta' l-irziezet, laħam ikkapuljat, preparazzjonijiet tal-laħam, laħam isseparat mekkanikament u prodotti tal-laħam
Id-dispożizzjonijiet għall-movimenti ta' tjur ta' l-irziezet ħaj u bajd tat-tfaqqis li ġejjin u/jew joriġinaw minn stabbilimenti fejn isir it-tilqim preventiv u dwar il-movimenti ta' flieles ta' ġurnata u laħam frisk tat-tjur ta' l-irziezet, laħam ikkapuljat, preparazzjonijiet tal-laħam, laħam isseparat mekkanikament u prodotti dderivati minn tjur ta' l-irziezet imlaqqam skond il-pjan għat-tilqim preventiv għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 9 ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet għall-movimenti u l-bgħit ta' tjur ta' l-irziezet ħaj, bajd tat-tfaqqis u flieles ta' ġurnata
1. L-awtorità kompetenti għandha tiggarantixxi li t-tjur imlaqqam jista' jkun imċaqlaq biss mill-istabbiliment tagħhom lejn:
|
(a) |
stabbilimenti oħra fejn isir it-tilqim; jew |
|
(b) |
stabbilimenti oħra fejn jinżamm tjur imlaqqam biss; jew |
|
(c) |
stabbilimenti oħra fejn separazzjoni kompleta bejn it-tjur imlaqqam u dak mhux imlaqqam tista' tkun garantita; jew |
|
(d) |
biċċerija għall-qatla immedjata; |
fi Franza.
2. Ebda tajra ta' l-irziezet ħajja imlaqqma, bajd tat-tfaqqis u fellus ta' ġurnata li joriġinaw minn dan it-tjur ma għandhom jintbagħtu minn Franza.
3. Ebda tajra ta' l-irziezet ħajja, bajd tat-tfaqqis u fellus ta' ġurnata li joriġinaw minn stabbilimenti fejn sar tilqim jew minn stabbilimenti msemmija fil-paragrafu 1(a), 1(b) jew 1(c) ma għandha tintbagħat minn Franza.
Artikolu 5
Ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ intra-Komunitarju għall-konsenji ta' tjur ta' l-irziezet ħaj, flieles ta' ġurnata u l-bajd tat-tfaqqis
Iċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ intra-Komunitarju fi tjur ta' l-irżiezet ħaj, flieles ta' ġurnata u l-bajd tat-tfaqqis minn Franza għandu jinkludi dawn il-kliem:
“Il-konsenja tikkonsisti minn tjur ta' l-irziezet ħaj/flieles ta' ġurnata/bajd tat-tfaqqis li joriġina minn stabbilimenti fejn ebda tilqima ma saret kontra l-influwenza tat-tjur.”
Artikolu 6
Dispożizzjonijiet għall-bgħit ta' laħam frisk tat-tjur ta' l-irziezet, laħam ikkapuljat, preparazzjonijiet tal-laħam, laħam isseparat mekkanikament u prodotti tal-laħam
1. L-awtorità kompetenti għandha tiggarantixxi li l-laħam frisk idderivat minn tjur ta' l-irziezet vaċċinat fi Franza jitqiegħed fis-suq biss bil-kundizzjoni li l-laħam jiġi minn tjur li:
|
(a) |
joriġina minn stabbilimenti li ġew spezzjonati u ttestjati regolarment b'riżultati negattivi għall-influwenza tat-tjur H5N1 b'patoġeniċità għolja skond “il-pjan għat-tilqim preventiv” b'attenzjoni partikolari għall-għasafar sentinella; |
|
(b) |
joriġina minn qatgħat li ġew spezzjonati klinikament minn veterinarju uffiċjali fi żmien 48 siegħa qabel it-tagħbija, b'attenzjoni partikolari għall-għasafar sentinella; |
|
(c) |
jinżamm separat minn qatgħat oħra li ma jikkonformawx ma' l-Artikolu 4 u ma' dan l-Artikolu; kif ukoll |
|
(d) |
il-laħam ġie prodott skond l-Anness II u t-Taqsimiet II u III ta' l-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 853/2004 (4) u kkontrollat skond it-Taqsimiet I, II, III, u l-Kapitoli V u VII tat-Taqsima IV ta' l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004 (5); |
2. L-awtorità kompetenti għandha tiggarantixxi li l-laħam ikkapuljat, il-preparazzjonijiet tal-laħam, il-laħam isseparat mekkanikament u l-prodotti tal-laħam li fihom laħam idderivat minn papri u wiżż jintbagħat biss minn Franza jekk il-laħam jikkonforma mal-paragrafu (1) u huma prodotti skond it-Taqsimiet V u VI ta' l-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
Artikolu 7
Dokumenti kummerċjali għal-laħam frisk tat-tjur ta' l-irziezet, laħam ikkapuljat, preparazzjonijiet tal-laħam, laħam isseparat mekkanikament u prodotti tal-laħam
Franza għandha tiggarantixxi li l-laħam frisk tat-tjur ta' l-irziezet, laħam ikkapuljat, preparazzjonijiet tal-laħam, laħam isseparat mekkanikament u prodotti tal-laħam li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6 huma akkumpanjati minn dokumenti kummerċjali li jiddikjaraw:
“Il-konsenja tikkonforma mal-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/148/KE”.
Artikolu 8
Informazzjoni lill-Istati Membri
Franza għandha tinforma minn qabel l-awtorità veterinarja ċentrali fl-Istat Membru li se jaslulu l-konsenji msemmija fl-Artikolu 7.
Artikolu 9
Ħasil u diżinfezzjoni tal-pakkettjar u mezzi tat-trasport
Franza għandha tiggarantixxi li l-miżuri li ġejjin jittieħdu għal stabbilimenti, li jinsabu f'żoni kif elenkati fl-Anness, fejn qed isir it-tilqim preventiv:
|
(a) |
materjal tal-pakketti li jista' jintrema, jew li jista' jinħasel u jiġi diżinfettat b'mod effikaċji, jintuża biss għall-ġbir, il-ħżin u t-trasport tal-bajd tat-tfaqqis u l-flieles ta' ġurnata; |
|
(b) |
il-mezzi kollha ta' trasport li jintużaw għat-trasport ta' tjur tal-irziezet ħaj, il-bajd tat-tfaqqis, it-tjur ta' ġurnata, laħam frisk tat-tjur ta' l-irziezet, il-laħam ikkapuljat, preparazzjonijiet tal-laħam, laħam isseparat mekkanikament u prodotti tal-laħam u l-għalf tat-tjur jitnaddfu u jiġu diżinfettati minnufih qabel u wara kull trasport bid-diżinfettanti u l-metodi ta' l-użu approvati mill-awtorità kompetenti. |
Artikolu 10
Penali
Franza għandha tistabbilixxi regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni u għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex tiżgura li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effikaċji, propozjonati u diżwassivi. Franza għandha tinnotifika lill-Kummissjoni b'dawk id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard mis-7 ta' Marzu 2006 u għandha tinnotifika lill-Kummissjoni b'kwalunkwe emenda li tagħmel fihom.
Artikolu 11
Rapporti
Franza għandha tressaq rapport lill-Kummissjoni li fih l-informazzjoni dwar l-effikaċja tal-programm ta' tilqim preventiv fi żmien xahar mid-data ta' l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u, mis-7 ta' Marzu 2006, tressaq rapport kull xahar lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.
Artikolu 12
Reviżjoni tal-miżuri
Il-miżuri għandhom jiġu riveduti fid-dawl ta' l-iżvilupp tas-sitwazzjoni epidemjoloġika u l-informazzjoni ġdida li tkun saret disponibbli.
Artikolu 13
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmula fi Brussell, l-24 ta' Frar 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.
(2) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/28/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58).
(3) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.
(4) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; verżjoni korretta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83).
(5) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206; verżjoni korretta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83; Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83).
ANNESS
ŻONI FEJN ISIR IT-TILQIM PREVENTIV KONTRA L-INFLUWENZA TAT-TJUR F'ĊERTI STABBILIMENTI GĦAL PAPRI U WIŻŻ
Lista ta' muniċipalitajiet
DIPARTIMENT TAL-LANDES
|
|
AIRE-SUR-L'ADOUR |
|
|
ANGRESSE |
|
|
ARBOUCAVE |
|
|
ARTASSENX |
|
|
ARTHEZ-D'ARMAGNAC |
|
|
AUBAGNAN |
|
|
AUDIGNON |
|
|
BAHUS-SOUBIRAN |
|
|
BASCONS |
|
|
BAS-MAUCO |
|
|
BATS |
|
|
BENESSE-MAREMNE |
|
|
BENQUET |
|
|
BETBEZER-D'ARMAGNAC |
|
|
BIARROTTE |
|
|
BIAUDOS |
|
|
BISCARROSSE |
|
|
BORDERES-ET-LAMENSANS |
|
|
BOSTENS |
|
|
BOUGUE |
|
|
BOURDALAT |
|
|
BRETAGNE-DE-MARSAN |
|
|
BUANES |
|
|
CAPBRETON |
|
|
CASTANDET |
|
|
CASTELNAU-TURSAN |
|
|
CAZERES-SUR-L'ADOUR |
|
|
CLASSUN |
|
|
CLEDES |
|
|
COUDURES |
|
|
CREON-D'ARMAGNAC |
|
|
DUHORT-BACHEN |
|
|
DUMES |
|
|
ESCALANS |
|
|
ESTIGARDE |
|
|
EUGENIE-LES-BAINS |
|
|
EYRES-MONCUBE |
|
|
FARGUES |
|
|
GABARRET |
|
|
GAILLERES |
|
|
GEAUNE |
|
|
GRENADE-SUR-L'ADOUR |
|
|
HAGETMAU |
|
|
HAUT-MAUCO |
|
|
HERRE |
|
|
HONTANX |
|
|
HORSARRIEU |
|
|
LABASTIDE-CHALOSSE |
|
|
LABASTIDE-D'ARMAGNAC |
|
|
LABENNE |
|
|
LACAJUNTE |
|
|
LACQUY |
|
|
LACRABE |
|
|
LAGLORIEUSE |
|
|
LAGRANGE |
|
|
LARRIVIERE |
|
|
LATRILLE |
|
|
LAURET |
|
|
LE FRECHE |
|
|
LE VIGNAU |
|
|
LOSSE |
|
|
LUSSAGNET |
|
|
MANT |
|
|
MAURIES |
|
|
MAURRIN |
|
|
MAUVEZIN-D'ARMAGNAC |
|
|
MAZEROLLES |
|
|
MIRAMONT-SENSACQ |
|
|
MOMUY |
|
|
MONGET |
|
|
MONSEGUR |
|
|
MONT-DE-MARSAN |
|
|
MONTEGUT |
|
|
MONTGAILLARD |
|
|
MONTSOUE |
|
|
MORGANX |
|
|
ONDRES |
|
|
ORX |
|
|
PARLEBOSCQ |
|
|
PAYROS-CAZAUTETS |
|
|
PECORADE |
|
|
PERQUIE |
|
|
PEYRE |
|
|
PHILONDENX |
|
|
PIMBO |
|
|
PORT-DE-LANNE |
|
|
POUDENX |
|
|
POUYDESSEAUX |
|
|
PUJO-LE-PLAN |
|
|
PUYOL-CAZALET |
|
|
RENUNG |
|
|
RIMBEZ-ET-BAUDIETS |
|
|
SAINT-AGNET |
|
|
SAINT-ANDRE-DE-SEIGNANX |
|
|
SAINT-BARTHELEMY |
|
|
SAINT-CRICQ-VILLENEUVE |
|
|
SAINTE-COLOMBE |
|
|
SAINTE-FOY |
|
|
SAINTE-MARIE-DE-GOSSE |
|
|
SAINT-ETIENNE-D'ORTHE |
|
|
SAINT-GEIN |
|
|
SAINT-JEAN-DE-MARSACQ |
|
|
SAINT-JULIEN-D'ARMAGNAC |
|
|
SAINT-JUSTIN |
|
|
SAINT-LAURENT-DE-GOSSE |
|
|
SAINT-LOUBOUER |
|
|
SAINT-MARTIN-DE-HINX |
|
|
SAINT-MARTIN-DE-SEIGNANX |
|
|
SAINT-MAURICE-SUR-ADOUR |
|
|
SAINT-PIERRE-DU-MONT |
|
|
SAINT-SEVER |
|
|
SAINT-VINCENT-DE-TYROSSE |
|
|
SAMADET |
|
|
SANGUINET |
|
|
SARRAZIET |
|
|
SARRON |
|
|
SAUBION |
|
|
SAUBRIGUES |
|
|
SERRES-GASTON |
|
|
SOORTS-HOSSEGOR |
|
|
SORBETS |
|
|
TARNOS |
|
|
URGONS |
|
|
VIELLE-TURSAN |
|
|
VILLENEUVE-DE-MARSAN |
DIPARTIMENT TAL-LOIRE-ATLANTIQUE
|
|
ARTHON-EN-RETZ |
|
|
ASSERAC |
|
|
AVESSAC |
|
|
BASSE-GOULAINE |
|
|
BATZ-SUR-MER |
|
|
BESNE |
|
|
BLAIN |
|
|
BOUAYE |
|
|
BOUEE |
|
|
BOUGUENAIS |
|
|
BOURGNEUF-EN-RETZ |
|
|
BOUVRON |
|
|
BRAINS |
|
|
CAMPBON |
|
|
CARQUEFOU |
|
|
CHAUVE |
|
|
CHEIX-EN-RETZ |
|
|
CHEMERE |
|
|
CONQUEREUIL |
|
|
CORDEMAIS |
|
|
CORSEPT |
|
|
COUERON |
|
|
CROSSAC |
|
|
DONGES |
|
|
DREFFEAC |
|
|
FAY-DE-BRETAGNE |
|
|
FEGREAC |
|
|
FRESNAY-EN-RETZ |
|
|
FROSSAY |
|
|
GENESTON |
|
|
GUEMENE-PENFAO |
|
|
GUENROUET |
|
|
GUERANDE |
|
|
HERBIGNAC |
|
|
INDRE |
|
|
JUIGNE-DES-MOUTIERS |
|
|
LA BAULE-ESCOUBLAC |
|
|
LA BERNERIE-EN-RETZ |
|
|
LA CHAPELLE-DES-MARAIS |
|
|
LA CHAPELLE-GLAIN |
|
|
LA CHAPELLE-LAUNAY |
|
|
LA CHAPELLE-SUR-ERDRE |
|
|
LA CHEVROLIERE |
|
|
LA GRIGONNAIS |
|
|
LA LIMOUZINIERE |
|
|
LA MARNE |
|
|
LA MONTAGNE |
|
|
LA PLAINE-SUR-MER |
|
|
LA TURBALLE |
|
|
LAVAU-SUR-LOIRE |
|
|
LE BIGNON |
|
|
LE CROISIC |
|
|
LE GAVRE |
|
|
LE PELLERIN |
|
|
LE POULIGUEN |
|
|
LE TEMPLE-DE-BRETAGNE |
|
|
LES MOUTIERS-EN-RETZ |
|
|
LES SORINIERES |
|
|
MACHECOUL |
|
|
MALVILLE |
|
|
MARSAC-SUR-DON |
|
|
MASSERAC |
|
|
MESQUER |
|
|
MISSILLAC |
|
|
MONTOIR-DE-BRETAGNE |
|
|
NANTES |
|
|
NOTRE-DAME-DES-LANDES |
|
|
ORVAULT |
|
|
PAIMBOEUF |
|
|
PIERRIC |
|
|
PIRIAC-SUR-MER |
|
|
PLESSE |
|
|
PONTCHATEAU |
|
|
PONT-SAINT-MARTIN |
|
|
PORNIC |
|
|
PORNICHET |
|
|
PORT-SAINT-PERE |
|
|
PREFAILLES |
|
|
PRINQUIAU |
|
|
QUILLY |
|
|
REZE |
|
|
ROUANS |
|
|
SAINT-AIGNAN-GRANDLIEU |
|
|
SAINT-ANDRE-DES-EAUX |
|
|
SAINT-BREVIN-LES-PINS |
|
|
SAINT-COLOMBAN |
|
|
SAINTE-ANNE-SUR-BRIVET |
|
|
SAINTE-LUCE-SUR-LOIRE |
|
|
SAINTE-PAZANNE |
|
|
SAINTE-REINE-DE-BRETAGNE |
|
|
SAINT-ETIENNE-DE-MONTLUC |
|
|
SAINT-GILDAS-DES-BOIS |
|
|
SAINT-HERBLAIN |
|
|
SAINT-HILAIRE-DE-CHALEONS |
|
|
SAINT-JEAN-DE-BOISEAU |
|
|
SAINT-JOACHIM |
|
|
SAINT-JULIEN-DE-VOUVANTES |
|
|
SAINT-LEGER-LES-VIGNES |
|
|
SAINT-LUMINE-DE-COUTAIS |
|
|
SAINT-LYPHARD |
|
|
SAINT-MALO-DE-GUERSAC |
|
|
SAINT-MARS-DE-COUTAIS |
|
|
SAINT-MEME-LE-TENU |
|
|
SAINT-MICHEL-CHEF-CHEF |
|
|
SAINT-MOLF |
|
|
SAINT-NAZAIRE |
|
|
SAINT-NICOLAS-DE-REDON |
|
|
SAINT-PERE-EN-RETZ |
|
|
SAINT-PHILBERT-DE-GRAND-LIEU |
|
|
SAINT-SEBASTIEN-SUR-LOIRE |
|
|
SAINT-VIAUD |
|
|
SAUTRON |
|
|
SAVENAY |
|
|
SEVERAC |
|
|
TREILLIERES |
|
|
TRIGNAC |
|
|
VAY |
|
|
VERTOU |
|
|
VIGNEUX-DE-BRETAGNE |
|
|
VUE |
DIPARTIMENT TAL-VENDEE
|
|
ANGLES |
|
|
AUZAY |
|
|
AVRILLE |
|
|
BARBATRE |
|
|
BEAUVOIR-SUR-MER |
|
|
BENET |
|
|
BESSAY |
|
|
BOIS-DE-CENE |
|
|
BOUILLE-COURDAULT |
|
|
BOUIN |
|
|
BREM-SUR-MER |
|
|
BRETIGNOLLES-SUR-MER |
|
|
CHAILLE-LES-MARAIS |
|
|
CHAILLE-SOUS-LES-ORMEAUX |
|
|
CHAIX |
|
|
CHAMPAGNE-LES-MARAIS |
|
|
CHASNAIS |
|
|
CHATEAU-D'OLONNE |
|
|
CHATEAU-GUIBERT |
|
|
CHATEAUNEUF |
|
|
CORPE |
|
|
CURZON |
|
|
DAMVIX |
|
|
DOIX |
|
|
FONTAINES |
|
|
FONTENAY-LE-COMTE |
|
|
GIVRAND |
|
|
GROSBREUIL |
|
|
GRUES |
|
|
JARD-SUR-MER |
|
|
LA BARRE-DE-MONTS |
|
|
LA BOISSIERE-DES-LANDES |
|
|
LA BRETONNIERE |
|
|
LA CHAIZE-GIRAUD |
|
|
LA CHAPELLE-ACHARD |
|
|
LA CLAYE |
|
|
LA COUTURE |
|
|
LA FAUTE-SUR-MER |
|
|
LA GUERINIERE |
|
|
LA JONCHERE |
|
|
LA MOTHE-ACHARD |
|
|
LA TAILLEE |
|
|
LA TRANCHE-SUR-MER |
|
|
L'AIGUILLON-SUR-MER |
|
|
L'AIGUILLON-SUR-VIE |
|
|
LAIROUX |
|
|
LANDEVIEILLE |
|
|
LE BERNARD |
|
|
LE CHAMP-SAINT-PERE |
|
|
LE FENOUILLER |
|
|
LE GIROUARD |
|
|
LE GIVRE |
|
|
LE GUE-DE-VELLUIRE |
|
|
LE LANGON |
|
|
LE MAZEAU |
|
|
LE PERRIER |
|
|
LE POIRE-SUR-VELLUIRE |
|
|
LE TABLIER |
|
|
L'EPINE |
|
|
LES MAGNILS-REIGNIERS |
|
|
LES SABLES-D'OLONNE |
|
|
LIEZ |
|
|
L'ILE-D'ELLE |
|
|
L'ILE-D'OLONNE |
|
|
LONGEVES |
|
|
LONGEVILLE-SUR-MER |
|
|
L'ORBRIE |
|
|
LUCON |
|
|
MAILLE |
|
|
MAILLEZAIS |
|
|
MAREUIL-SUR-LAY-DISSAIS |
|
|
MONTREUIL |
|
|
MOREILLES |
|
|
MOUTIERS-LES-MAUXFAITS |
|
|
MOUTIERS-SUR-LE-LAY |
|
|
MOUZEUIL-SAINT-MARTIN |
|
|
NALLIERS |
|
|
NIEUL-LE-DOLENT |
|
|
NIEUL-SUR-L'AUTISE |
|
|
NOIRMOUTIER-EN-L'ILE |
|
|
NOTRE-DAME-DE-MONTS |
|
|
OLONNE-SUR-MER |
|
|
OULMES |
|
|
PEAULT |
|
|
PETOSSE |
|
|
PISSOTTE |
|
|
POIROUX |
|
|
POUILLE |
|
|
PUYRAVAULT |
|
|
ROSNAY |
|
|
SAINT-AUBIN-LA-PLAINE |
|
|
SAINT-AVAUGOURD-DES-LANDES |
|
|
SAINT-BENOIST-SUR-MER |
|
|
SAINT-CYR-EN-TALMONDAIS |
|
|
SAINT-DENIS-DU-PAYRE |
|
|
SAINTE-FOY |
|
|
SAINTE-GEMME-LA-PLAINE |
|
|
SAINTE-HERMINE |
|
|
SAINTE-PEXINE |
|
|
SAINTE-RADEGONDE-DES-NOYERS |
|
|
SAINT-ETIENNE-DE-BRILLOUET |
|
|
SAINT-GERVAIS |
|
|
SAINT-GILLES-CROIX-DE-VIE |
|
|
SAINT-HILAIRE-DE-RIEZ |
|
|
SAINT-HILAIRE-DES-LOGES |
|
|
SAINT-HILAIRE-LA-FORET |
|
|
SAINT-JEAN-DE-BEUGNE |
|
|
SAINT-JEAN-DE-MONTS |
|
|
SAINT-JULIEN-DES-LANDES |
|
|
SAINT-MARTIN-DE-FRAIGNEAU |
|
|
SAINT-MATHURIN |
|
|
SAINT-MICHEL-EN-L'HERM |
|
|
SAINT-MICHEL-LE-CLOUCQ |
|
|
SAINT-PIERRE-LE-VIEUX |
|
|
SAINT-REVEREND |
|
|
SAINT-SIGISMOND |
|
|
SAINT-URBAIN |
|
|
SAINT-VINCENT-SUR-GRAON |
|
|
SAINT-VINCENT-SUR-JARD |
|
|
SALLERTAINE |
|
|
SERIGNE |
|
|
TALMONT-SAINT-HILAIRE |
|
|
TRIAIZE |
|
|
VAIRE |
|
|
VELLUIRE |
|
|
VIX |
|
|
VOUILLE-LES-MARAIS |
|
|
XANTON-CHASSENON |