8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

225


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta' Jannar 2006

li taċċetta impenn offrut li għandu x'jaqsam mal-proċeduri anti-dumping li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' ċerti fonduti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(2006/109/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

(1)

Il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1212/2005 (2), (“ir-Regolament definittiv”) impona dazji definittivi ta' l-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta' ċerti fonduti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”).

(2)

Malli ssir il-pubblikazzjoni tar-Regolament definittiv, l-ebda impenn ma jista' jintlaqa' mill-Kummissjoni. Matul l-istħarriġ li wassal għall-impożizzjoni tal-miżuri definittivi bosta produtturi esportaturi indikaw l-intenzjoni tagħhom biex joffru impenn fil-prezz imma naqsu milli jressqu offerti ta' impenn sostanzjati biżżejjed sad-data ta' l-għeluq stabbilita fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament bażiku. Madankollu, kif stabbilit fil-premessa 152 tar-Regolament definittiv, il-Kunsill, fid-dawl tal-kumplikazzjoni tal-kwistjoni ta' l-operaturi ekonomiċi konċernati (predominantement intrapriżi żgħar u ta' daqs medju) u peress li l-iżvelar definittiv ma kienx preċedut minn żvelar provviżorju, ikkunsidra li għandhom jitħallew jispiċċaw l-offerti ta' impenn tagħhom wara d-data ta' l-għeluq bħala eċċezzjoni.

B.   IMPENN

(3)

Wara d-data ta' l-għeluq imsemmija hawn fuq, il-Kamra tal-Kummerċ għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi taċ-Ċina (“CCCME”) flimkien ma' għoxrin kumpanija jew gruppi ta' kumpaniji Ċiniżi li jikkooperaw, fosthom l-importatur relatat ta' wieħed mill-gruppi (“il-kumpaniji”) offrew impenn konġunt. L-impenn jistipula li ksur minn kwalunkwe kumpanija jew mill-Kamra tal-Kummerċ għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi taċ-Ċina (“CCCME”) għandu jkun kkunsidrat bħala ksur ta' l-impenn mill-firmatarji kollha. Madankollu, peress li l-bejgħ mill-ġdid mill-importatur relatat fil-Komunità ma jaqax taħt l-awspiċji tal-Kamra tal-Kummerċ għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi taċ-Ċina (“CCCME”), kwalunkwe vjolazzjoni minn dak l-importatur relatat jew l-esportaturi relatati tagħhom fir-RPĊ għandha tiġi kkunsidrata bħala ksur biss minn dak il-grupp partikolari. L-offerta ta' impenn kienet appoġġjata mill-awtoritajiet Ċiniżi.

(4)

Skond dan l-impenn il-Kamra tal-Kummerċ għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi taċ-Ċina (“CCCME”) u l-kumpaniji jimpenjaw ruħhom li jiżguraw li l-prodott ikkonċernat ikun esportat bi jew ogħla mill-prezz minimu stabbilit f'livell li jelimina l-effetti inġurjużi tad-dumping. Barra minn hekk, l-offerta li saret tipprevedi l-indiċjar tal-prezz minimu tal-prodott ikkonċernat skond il-kwoti pubbliċi nazzjonali għall-materja prima ewlenija, jiġifieri ħadid mhux maħdum, peress li l-prezzijiet tal-fondut ivarjaw b'mod sinjifikanti skond il-prezzijiet tal-ħadid mhux maħdum.

(5)

Fid-dawl ta' dak li ngħad hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-impenn konġunt offrut mill-Kamra tal-Kummerċ għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi taċ-Ċina (“CCCME”) u l-kumpaniji jista' jiġi aċċettat peress li jeqred l-effetti inġurjużi tad-dumping. Barra minn hekk, ir-rapporti regolari u dettaljati li l-Kamra tal-Kummerċ għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi taċ-Ċina (“CCCME”) u l-kumpaniji impenjaw ruħhom li jipprovdu lill-Kummissjoni se jippermettu monitoraġġ effettiv, u jitqies li r-riskju ta' evażjoni mill-impenn huwa limitat.

(6)

Sabiex il-Kummissjoni titħalla ssegwi b'mod effettiv il-konformità ma' l-impenn, meta t-talba għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skond l-impenn tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet tad-dwana rilevanti, l-eżenzjoni mid-dazju tkun bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura b'ta' l-inqas il-punti ta' informazzjoni elenkati fl-Anness għar-Regolament (KE) 268/2006 (3). Dan il-livell ta' informazzjoni jinħtieġ ukoll biex l-awtoritajiet tad-dwana jkunu jistgħu jaċċertaw b'biżżejjed preċiżjoni li l-konsenja tikkorrispondi mad-dokumenti kummerċjali. Fejn ma tiġix ippreżentata din il-fattura, jew fejn ma tikkorrispondix għall-prodott ippreżentat lid-dwana, minflok titħallas ir-rata tad-dazju anti-dumping xierqa stabbilita mir-Regolament imsemmi hawn fuq.

(7)

Biex tkompli tiżgura r-rispett effettiv ta' l-impenn, l-importaturi ġew avżati mir-Regolament tal-Kunsill ta' hawn fuq li kwalunkwe vjolazzjoni ta' l-impenn jista' jwassal għall-applikazzjoni retrospettiva tad-dazju anti-dumping għat-tranżazzjoni rilevanti.

(8)

Fil-każ ta' ksur jew irtirar ta' l-impenn, jew fil-każ ta' rtirar ta' l-aċċettazzjoni ta' l-impenn mill-Kummissjoni, id-dazju anti-dumping imponut skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku għandu japplika awtomatikament skond l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku.

IDDECIDIET KIF GEJ:

Artikolu 1

L-impenn offrut mill-Kamra tal-Kummerċ għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi taċ-Ċina (“CCCME”) u l-produtturi li jikkooperaw imsemmija hawn taħt, li għandu x'jaqsam mal-proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' ċerti fonduti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina huwa minn hawnhekk aċċettat.

Il-kumpanija

Kodiċi Addizzjonali Taric

Beijing Tongzhou Dadusche Foundry Factory, East of Dongtianyang Village, Dadushe, Tongzhou Beijing

A708

Botou City Simencun Town Bai Fo Tang Casting Factory, Bai Fo Tang Village, Si Men Cun Town, Bo Tou City, 062159, Hebei Province

A681

Botou City Wangwu Town Tianlong Casting Factory, Changle Village, Wangwu Town, Botou City, Hebei Province

A709

Changan Cast Limited Company of Yixian Hebei, Taiyuan main street, Yi County, Hebei Province, 074200

A683

Changsha Jinlong Foundry Industry Co., Ltd., 260, Jinchang Road, JinJing Town, Changsha, Hunan

A710

Changsha Lianhu Foundry, Lianhu Village, Yuhuating Town, Yuhua District, Changsha, Hunan

A711

Immanufatturati u mibjugħa minn GB Metal Products Co., Ltd. Zhuanlu Town, Dingzhou, Hebei jew manifatturati minn GB Metal Products Co., Ltd. Zhuanlu Town, Dingzhou, Hebei u mibjugħa mill-kumpanija tal-bejgħ relatati GB International Trading Shanghai Co Ltd, B301-310 Yinhai Bldg., 250 Cao Xi Rd., Sanghai

A712

Guiyang Bada Foundry Co., Ltd., Mengguan Huaxi Guiyang, Guizhou

A713

Hebei Jize Xian Ma Gang Cast Factory, Nankai District. Xiao Zhai Town, Jize County, Handan City, Hebei

A714

Immanufatturati u mibjugħa minn Hebei Shunda Foundry Co., Ltd. Qufu Road, Quyang, 073100, PRC jew immanifatturati minn Hebei Shunda Foundry Co., Ltd. Qufu Road, Quyang, 073100, PRC u mibjugħa mill-kumpanija tal-bejgħ relatata Success Cast Tech-Ltd., 603A Huimei Business Centre 83 Guangzhou Dadao(s), Guangzhou 510300

A715

Hong Guang Handan Cast Foundry Co., Ltd., Nankai District, Xiao Zhai Town, Handou City, Jize County, Hebei

A716

Immanufatturati minn i) Zibo Benito Metalwork Co., Ltd., No.1, Shitanwu, Boyi Road, Boshan District, Zibo City, Shandong China, 255201, ii) Benito (Tianjin) Metals Products Co., Ltd., Da Lu Zhuang Village, Bei Zha Kou Town, Jin Nan District, Tianjin jew iii) Qingdao Benito Metals Products Co. Ltd., Yan Jia Ling Village, Tong Ji Jie Dao Office, Jimo City, Qingdao, Shandong Province u importati esklussivament minn Fundició Dúctil Benito, Via Ausetania, 11, 08560 Manlleu, Barċellona, Spanja

A717

Qingdao Qitao Casting Co., Ltd., Nan Wang Jia Zhuang Village, Da Xin Town, Jimo City, Qingdao, Shandong Province, 266200

A718

Shandong Huijin Stock Co., Ltd., North of Kouzhen Town, Laiwu City, Shandong Province, 271114

A684

Shane City Fangyuan Casting Co., Ltd., West of Nango Village, Shiliting Town, Shane City, Hebei Province

A719

Shanxi Yuansheng Casting and Forging Industrial Co. Ltd, No. 8 DiZangAn, Taiyuan, Shanxi, 030002

A680

Tianjin Fu Xing Da Casting Co., Ltd., West of Nan Yang Cun Village, Jin Nan District, 300350, Tianjin

A720

Weifang Jianhua Casting Co., Ltd., Kai Yuan Jie Dao Office, Hanting District, Weifang City, Shandong Province

A721

Zibo City Boshan Guangyuan Casting Machinery Factory, Xiangyang Village, Badou Town, Boshan District, Zibo City Shandong Province

A722

Zibo Dehua Machinery Co., Ltd., North of Lanyan Street, Zibo High-tech Developing Zone

A723

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Maghmula fi Brussel, id-19 ta' Jannar 2006.

Ghall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 21175 ĠU L 340, tat-23.12.2005, p. 17.

(2)  ĠU L 199, tad-29.7.2005, p. 1.

(3)  Ara paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.