8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
208 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-7 ta' Frar 2006
dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal programm għall-kontroll ta' organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u l-prodotti milll-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi mhux kontinentali għall-2006
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 250)
(It-test Franċiż biss huwa awtentiku)
(2006/102/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001 tat-28 ta' Ġunju 2001 li jintroduċi miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti ta' l-agrikultura għad-dipartimenti barranin Franċiżi (1), li jemenda d-Direttiva 72/462/KEE u jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 525/77 u (KEE) Nru 3763/91 (Poseidom), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(3),
Wara li kkunsidrat il-programm imressaq minn Franza għall-kontroll ta' organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti jew prodotti dderivati mill-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi mhux kontinentali,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/522/KEE tat-30 ta' Settembru 1993 dwar id-definizzjoni tal-miżuri eliġibbli għall-iffinanzjar tal-programmi għall-kontroll ta' l-organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti drivati mill-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi mhux kontinentali, l-Azores u Madeira (2), kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/633/KE (3), tiddefinixxi l-miżuri eliġibbli għall-iffinanzjar Komunitarju skond il-programmi għall-kontroll ta' l-organiżmi li huma ta' ħsara għall-pjanti u prodotti derivati mill-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi mhux kontinentali, l-Azores u Madeira. |
(2) |
Kundizzjonijiet speċifiċi ta' tkabbir fid-dipartimenti Franċiżi mhux kontinentali jitolbu attenzjoni partikolari u miżuri li jikkonċernaw il-produzzjoni ta' l-uċuħ tar-raba', b'mod partikolari miżuri għas-saħħa tal-pjanti, li jeħtieġ li jiġu adottati jew imsaħħa f'dawk ir-reġjuni. Il-miżuri għas-saħħa tal-pjanti li jridu jiġu adottati jew imsaħħa huma partikolarment għalja. |
(3) |
Programm ta' miżuri ġie ppreżentat lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet kompetenti Franċiżi; dan il-programm jispeċifika l-għanijiet li għandhom jitlaħqu, il-ħidmiet li għandhom jitwettqu, iż-żmien u n-nefqa tagħhom bil-ħsieb ta' kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja possibbli. |
(4) |
Skond l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001 il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità tista' tkopri sa 60 % tan-nefqa eliġibbli, bl-esklużjoni tal-miżuri ta' protezzjoni tal-banana. |
(5) |
Skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 (4), il-miżuri veterinarji u tas-saħħa tal-pjanti meħuda skond ir-regoli Komunitarji għandhom ikunu ffinanzjati mill-Fond Ewropew ta' Gwida u Garanzija Agrikola taħt is-sezzjoni “Garanzija”. Il-kontroll finanzjarju ta' dawn il-miżuri jaqa' taħt l-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament hawn fuq imsemmi. |
(6) |
L-informazzjoni teknika pprovduta minn Franza għamlitha possibbli għall-Kumitat Permanenti għas-Saħħa tal-Pjanti li jistħarreġ is-sitwazzjoni b'mod preċiż u komprensiv. |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għas-Saħħa tal-Pjanti. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B'dan qed tiġi approvata kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-programm uffiċjali għall-kontroll ta' organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u l-prodotti drivati mill-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi mhux kontinentali fl-2006.
Artikolu 2
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-programm fl-2006 għandha tkun ta' 60 % tan-nefqa relatata mal-miżuri eliġibbli kif definiti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/522/KEE, b'massimu ta' EUR 249 600 (VAT eskluża).
Il-programm, l-iskeda ta' l-infiq tiegħu u l-iffinanzjar tiegħu qed jingħata bħala l-Anness I għal din id-Deċiżjoni.
It-tqassim ta' l-infiq jingħata bħala l-Anness II għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Avvanz ta' EUR 100 000 għandu jitħallas fi żmien 60 ġurnata wara l-wasla ta' talba ta' ħlas minn Franza.
Artikolu 4
1. Il-perjodu ta' eliġibbiltà għall-infiq relatat ma' dan il-proġett għandu jibda fl-1 ta' Jannar 2006 u jintemm fil-31 ta' Diċembru 2006.
2. Il-perjodu jista' b'eċċezzjoni jiġi estiż biss bil-qbil espliċitu bil-miktub tal-Kumitat ta' Monitoraġġ kif imsemmi fil-punt I.I ta' l-Anness III qabel ma l-ħidmiet ikunu ġew kompluti.
Artikolu 5
Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata sakemm l-implimentazzjoni tal-programm tkun f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Komunità, inklużi r-regoli tal-kompetizzjoni u dwar l-għoti tal-kuntratti pubbliċi, u li ebda kontribuzzjoni Komunitarja oħra kienet mitluba jew ser tintalab għal dawn il-miżuri.
Artikolu 6
1. L-ispejjeż reali għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni mqassmin skond it-tip ta' azzjoni jew subprogrammi b'mod li juri l-konnessjoni bejn il-pjan finanzjarju indikattiv u l-ispejjeż reali. Notifikazzjonijiet simili jistgħu jsiru f'forma elettronika.
2. Il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmi fl-Artikolu 3 għandu jitħallas sakemm id-dokument speċifikat fit-2 paragrafu tal-punt I.II.4 ta' l-Anness III jiġi sottomess qabel il-15 ta' Marzu 2007.
3. Il-Kummissjoni tista', fuq talbiet ġustifikati korrettament mir-Repubbika Franċiża, tirranġa l-pjanijiet finanzjarji fi ħdan limitu ta' 15 % tal-kontribuzzjoni tal-Komunità għal subprogramm jew miżura għall-perjodu sħiħ, sakemm l-ammont totali ta' nfiq eliġibbli skedati fil-programm ma jinqabiżx u b'hekk l-għanijiet ewlenin tal-programm ma jiġux kompromessi.
4. Il-ħlasijiet kollha ta' għajnuna mogħtija mill-Komunità taħt din id-Deċiżjoni għandhom isiru lir-Repubblika Franċiża, li għandha tkun risponsabbli wkoll li tħallas lura lill-Komunità kwalunkwe ammont żejjed.
Artikolu 7
Ir-Repubblika Franċiża għandha tiżgura l-konfomità ma' l-informazzjoni li għandha tingħata lill-Kummissjoni stipolata fl-Anness III.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmula fi Brussell, tas-7 ta' Frar 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 11. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament 1690/2004, (ĠU L 305, 1.10.2004, p. 1).
(2) ĠU L 251, 8.10.1993, p. 35. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 96/633/KE (ĠU L 283, 5.11.1996, p. 58).
(3) ĠU L 283, tal-5.11.1996, p. 58.
(4) ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103.
ANNESS I
PROGRAMM U TABELLA FINANZJARJA GĦALL-2006
Il-programm għall-2006 se jikkonsisti fi tliet subprogrammi:
1. |
subprogramm interdipartimentali għall-Martinique, Guadeloupe, Guyana u La Réunion, f'żewġ partijiet:
|
2. |
sub-programm imfassal għad-dipartiment tal-Martinique f' żewġ partijiet:
|
3. |
subprogramm imfassal għad-dipartiment tal-Guyana:
|
Tabella finanzjarja għall-2006 (f'eur)
|
Kontribuzzjoni tal-KE |
Kontribuzzjoni Nazzjonali |
Infiq Eliġibbli 2006 |
Database dwar organiżmi ta' ħsara |
54 000 |
36 000 |
90 000 |
Metodi ta' individwazzjoni għall-psorosi taċ-ċitru |
30 000 |
20 000 |
50 000 |
Martinique |
57 600 |
38 400 |
96 000 |
Guyana |
108 000 |
72 000 |
180 000 |
Total |
249 600 |
166 400 |
416 000 |
ANNESS II
TQASSIM TA' L-INFIQ GĦALL-2006 (F'EUR)
|
Staff |
Tagħmir |
Oġġetti ta' konsum |
Infiq ieħor |
Total |
Database dwar organiżmi ta' ħsara |
76 000 |
6 000 |
4 000 |
4 000 |
90 000 |
Metodi ta' individwazzjoni għall-psorosi taċ-ċitru |
28 500 |
6 000 |
13 000 |
2 500 |
50 000 |
Martinique |
76 000 |
2 500 |
7 500 |
10 000 |
96 000 |
Guyana |
155 000 |
3 000 |
22 000 |
0 |
180 000 |
Total |
335 500 |
17 500 |
46 500 |
16 500 |
416 000 |
ANNESS III
I. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI
I. Kumitat ta' Sorveljanza
1. Stabbiliment
Indipendentement mill-iffinanzjar ta' din l-azzjoni, għandu jitwaqqaf kumitat għall-monitoraġġ tal-programm, magħmul minn rappreżentanti ta' Franza u tal-Kummissjoni. Għandu jirrevedi l-implimentazzjoni tal-programm regolarment u, fejn ikun xieraq, jipproponi aġġustamenti meħtieġa.
2. Il-Kumitat għandu jistabbilixxi l-proċeduri interni tiegħu fi żmien xahar tan-notifikazzjoni tad-deċiżjoni preżenti lil Franza.
3. Il-kompetenza tal-Kumitat għall-Monitoraġġ
Il-Kumitat:
— |
għandu jkollu taħt ir-responsabbiltà ġenerali tiegħu il-progress sodisfaċenti tal-programm biex jinkisbu l-għanijiet stipulati. Il-kompetenza tiegħu għandha tkopri l-miżuri tal-programm fi ħdan il-limiti ta' l-għajnuna mogħtija mill-Komunità. Għandu jgħasses f'dak li għandu x'jaqsam mad-dispożizzjonijiet regolatorji inklużi dawk dwar l-eliġibbiltà ta' l-operazzjonijiet u tal-proġetti, |
— |
għandu, fuq il-bażi ta' l-informazzoni dwar l-għażla ta' proġetti diġà approvati u implimentati, jasal għal opinjoni dwar l-applikazzjoni ta' kriterji ta' għażla stipulati fil-programm, |
— |
għandu jipproponi kull azzjoni meħtieġa biex iħaffef l-implimentazzjoni tal-programm kemm-il darba l-informazzjoni mogħtija perjodikament mill-indikaturi għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ad interim turi li jkun hemm dewmien, |
— |
għandu jagħti l-opinjoni tiegħu lill-Kummissjoni dwar l-aġġustamenti proposti, |
— |
għandu joħroġ opinjoni dwar proġetti ta' assistenza teknika skedati fil-programm, |
— |
għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar ir-rapport finali, |
— |
għandu jirrapporta matul il-perjodu rilevanti lill-Kumitat Permanenti għas-Saħħa tal-Pjanti dwar il-progress tal-programm u l-infiq li jkun sar. |
II. Monitoraġġ u assessjar tal-programm tul il-perjodu ta' implimentazzjoni (monitoraġġ u assessjar kontinwu)
1. L-aġenzija nazzjonali responsabbli għall-implimentazzjoni għandha tkun responsabbli wkoll għall-monitoraġġ u l-assessjar kontinwu tal-programm.
2. B'monitoraġġ kontinwu wieħed jifhem sistema ta' informazzjoni dwar l-istat tal-progress tal-programm. Monitoraġġ kontiwu jkopri l-miżuri li hemm fil-programm. Jinvolvi referenza għall-indikaturi finanzjarji u fiżiċi strutturati b'mod li jippermetti assessjar tal-korrispondenza bejn l-infiq fuq kull miżura u indikaturi fiżiċi predefiniti li juru l-grad ta' twettiq.
3. Assessjar kontinwu ta' programm jinvolvi analiżi tar-riżultati kwantitattivi ta' l-implimentazzjoni fuq il-bażi ta' kunsiderzzjonijiet operazzjonali, legali u ta' proċedura. L-għan hu li tiġi garantita l-korrispondenza bejn il-miżuri u l-għanijiet tal-programm.
Rapport ta' implimentazzjoni u skrutinju tal-programm
4. Franza għandha tinnotifika lill-Kummissjoni, fi żmien xahar mill-adozzjoni tal-programm, bl-isem ta' l-awtorità responsabbli għat-tfassil u l-preżentazzjoni tar-rapport finali ta' implimentazzjoni.
Ir-rapport finali ta' implimentazzjoni fuq il-programm preżenti jitressaq lill-Kummissjoni mill-awtorità kompetenti sa mhux aktar tard mill-15 ta' Marzu 2007, u għandu imbagħad jitressaq lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti malajr kemm jista' jkun wara dik id-data.
Għandu jkun fih:
— |
evalwazzjoni teknika konċiża tal-programm kollu (grad ta' twettiq ta' l-għanijiet fiżiċi u kwalitattivi u progress magħmul) u assessjar ta' l-impatt ekonomiku u fitosanitarju immedjat. |
— |
Dikjarazzjoni ta' l-ispejjeż finanzjarji, inkluż infiq u dħul, u dikjarazzjoni minn Franza li tgħid li l-ebda kontribuzzjoni mill-Komunità ma kienet mitluba jew se tintalab għal dawk il-miżuri inklużi fil-programm. |
5. Il-Kummissjoni tista' flimkien ma' Franza titlob għal evalwatur indipendenti li għandu, fuq bażi ta' monitoraġġ kontinwu, iwettaq il-valutazzjoni kontinwa li tissemma fil-punt 3. Huwa jista' jressaq proposti għall-aġġustament tas-subprogrammi u/jew miżuri, u jemenda l-kriterji ta' selezzjoni għall-proġetti, eċċ., fid-dawl tad-diffikultajiet misjuba matul l-implimentazzjoni. Fuq il-bażi ta' monitoraġġ ta' l-immaniġġjar għandu jagħti opinjoni fuq il-miżuri amministrattivi li għandhom jittieħdu.
II. KONFORMITÀ MAL-POLITIKI TAL-KOMUNITÀ
Il-programm għandu jiġi implimentat skond id-dispożizzjonijiet fuq il-koordinament tal-politiki tal-Komunità u l-konformità magħhom. L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata minn Franza fir-rapport finali.
Protezzjoni ta' l-ambjent
a) Informazzjoni Ġenerali:
— |
deskrizzjoni tal-fatturi ambjentali ewlenin u problemi tar-reġjun ikkonċernat, li jagħti, inter alia, deskrizzjoni taż-żoni ta' konservazzjoni importanti (żoni sensittivi), |
— |
deskrizzjoni komprensiva ta' l-effetti ewlenin ta' benefiċċju u ta' ħsara li l-programm, fid-dawl ta' l-investimenti ppjanati, x'aktarx li se jkollu fuq l-ambjent, |
— |
deskrizzjoni ta' l-azzjoni ppjanata għall-prevenzjoni, tnaqqis jew kumpens għal effetti ta' ħsara serja fuq l-ambjent, |
— |
rapport dwar il-konsultazzjonijiet ma' l-awtoritajiet ta' l-ambjent responsabbli (opinjoni tal-Ministeru ta' l-Ambjent jew l-ekwivalenti tiegħu) u, jekk kien hemm xi konsultazzjonijiet, mal-pubbliku kkonċernat. |
b) Deskrizzjoni ta' l-attivitajiet ippjanati
Għall-miżuri tal-programm li x'aktarx ikollhom effetti ta' ħsara sinifikanti fuq l-ambjent:
— |
il-proċeduri li jkunu applikati għall-assessjar tal-proġetti individuali waqt l-implimentazzjoni tal-programm; |
— |
il-mekkaniżmi ppjanati għall-monitoraġġ ta' l-impatt ambjentali waqt l-implimentazzjoni, il-valutazzjoni tar-riżulati u eliminazzjoni, tnaqqis jew kumpens ta' l-effetti ta' ħsara. |