8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
95 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-5 ta' Diċembru 2005
li taċċetta impenn offrut li għandu x'jaqsam mal-proċeduri anti-dumping u kontra s-sussidju li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' l-aċidu sulfaniliku li joriġina mill-Indja
(2006/37/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra l-importazzjoni li hi l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku anti-dumping”) u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997 dwar il-ħarsien kontra l-importazzjoni ssussidjata minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku kontra s-sussidju”), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
(1) |
F'Lulju 2002, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1338/2002 (3) impona dazji definittivi ta' kontrobilanċ fuq l-importazzjonijiet ta' l-aċidu sulfaniliku li joriġina fl-Indja. Fl-istess jum, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1339/2002 (4), impona dazji definittivi anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Indja. |
(2) |
Fi ħdan il-qafas ta' dawn il-proċeduri, il-Kummissjoni, bid-Deċiżjoni 2002/611/KE (5) aċċettat impenn dwar prezz offrut minn kumanija Indjana, jiġifieri Kokan Synthetics & Chemicals Pvt Ltd. (“il-kumpanija”). |
(3) |
F'Diċembru 2003, il-kumpanija infurmat lill-Kummissjoni li xtaqet tirtira l-impenn tagħha volontarjament. B'hekk, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li aċċettat l-impenn ġiet irrevokata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/255/KE (6). |
(4) |
Fi Frar 2004, ġiet konkluża investigazzjoni ta' kontra l-assorbiment li għandha x'taqsam ma' l-importazzjonijiet ta' l-aċidu sulfaniliku li joriġina miċ-Ċina permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 236/2004 (7), li żiedet ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv għar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina minn 21 % għal 33,7 %. |
B. TALBA GĦAL REVIŻJONI
(5) |
F'Diċembru 2004, il-kumpanija ressqet talba għal reviżjoni parzjali interim skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku anti-dumping u l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku kontra s-sussidju rispettivament, illimitat fl-ambitu għall-eżami ta' l-aċċettabilità ta' l-applikazzjoni mill-ġdid ta' l-impenn tiegħu. |
(6) |
It-talba kien fiha biżżejjed evidenza ta' bidla sinifikanti f'ċirkostanzi li kienu seħħu wara li l-kumpanija rtirat volontarjament l-impenn tagħha. Il-kumpanija għalhekk xtaqet toffri mill-ġdid l-impenn tagħha oriġinali u stqarret li, minħabba l-bidla fiċ-ċirkostanzi, impenn bħal dan jista' jkun kemm effettiv kif ukoll operattiv. |
(7) |
Avviż ta' bidu ta' reviżjoni parzjali interim ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea kif xieraq (8). |
C. AĊĊETTAZZJONI TA' L-IMPENN
(8) |
Id-dettalji ta' l-aspetti proċedurali u s-sejbiet ta' l-investigazzjoni ta' reviżjoni huma stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru [ŻID] (9) li jemenda kemm ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2002 li jimponi dazju definittiv ta' kontrobilanċ kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2002 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġina, inter alia, mill-Indja. |
(9) |
Hija l-konklużjoni ta' l-investigazzjoni li l-impenn revedut offrut mill-kumpanija jista' jiġi aċċettat billi jelimina l-effetti ta' ħsara tad-dumping u tas-sussidjar. |
(10) |
F'din l-offerta riveduta, il-kumpanija qablet li tirranġa l-prezz minimu oriġinarjament offrut biex jindirizza n-natura ċiklika tal-prezz ta' wieħed mill-ingredjenti ewlenin użati fil-produzzjoni ta' l-aċidu sulfaniliku. |
(11) |
Il-kumpanija sejra wkoll tipprovdi lill-Kummissjoni b'tagħrif regolari u dettaljat dwar l-esportazzjonijiet tagħha lejn il-Komunità, li jfisser li l-impenn jista' jiġi ssorveljat effettivament mill-Kummissjoni. Minbarra dan, l-istrutturi tal-bejgħ ta' din il-kumpanija hija tali li l-Kummissjoni tqis li r-riskju li l-impenn miftiehem iqarraq bil-liġi, huwa limitat. |
(12) |
Fid-dawl ta' dan, l-impenn huwa aċċettat. |
(13) |
Sabiex il-Kummissjoni tista' tissorvelja effettivament il-konformità tal-kumpanija ma' l-impenn, meta t-talba għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skond l-impenn hija mressqa quddiem l-awtorità tad-dwana rilevanti, l-eżenzjoni mid-dazju se tkun bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura li jkun fiha għall-inqas dawk il-punti ta' informazzjoni elenkati fl-Anness tar-Regolament (KE) 123/2006. Dan il-livell ta' informazzjoni huwa wkoll meħtieġ biex l-awtoritajiet tad-dwana jkunu jistgħu jaċċertaw bi preċiżjoni suffiċjenti li l-konsenja taqbel mad-dokumenti kummerċjali. Fejn ma tiġix ippreżentata fattura, jew meta din ma tikkorrispondix mal-prodott ippreżentat lid-dwana, ir-rata xierqa ta' dazju ta' kontrobilanċ u ta' anti-dumping għandha titħallas minflok. |
(14) |
Biex ikun żgurat aktar ir-rispett effettiv lejn l-impenn, l-importaturi saru konxji permezz tar-Regolament tal-Kunsill ta' hawn fuq li kwalunkwe ksur ta' l-impenn jista' jwassal għall-applikazzjoni retrospettiva tad-dazju anti-dumping u ta' kontrobilanċ fit-transazzjonijiet rilevanti. |
(15) |
Fil-każ ta' ksur jew revoka ta' l-impenn, jew fil-każ ta' rtirar mill-aċċettazzjoni ta' l-impenn mill-Kummissjoni, id-dazju anti-dumping u ta' kontrobilanċ impost skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku anti-dumping u l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidju għandu japplika awtomatikament skond l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku anti-dumping u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidju. |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-impenn offrut mill-produttur esportatur imsemmi hawn isfel, li għandu x'jaqsam mal-proċeduri anti-dumping u kontra s-sussidju li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' l-aċidu sulfaniliku li joriġina mill-Indja huwa hawnhekk aċċettat.
Pajjiż |
Kumpanija |
Kodiċi Addizzjonali Taric |
L-Indja |
Kokan Synthetics & Chemicals Pvt Ltd, 14 Guruprasad, Gokhale Road (N), Dadar (W), Mumbai 400028 |
A398 |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 5 ta' Diċembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Peter MANDELSON
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).
(2) ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004.
(3) ĠU L 196, 25.7.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 492/2004 (ĠU L 80, 18.3.2004, p. 6).
(4) ĠU L 196, 25.7.2002, p. 11. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 492/2004.
(5) ĠU L 196, 25.7.2002, p. 36.
(6) ĠU L 80, 18.3.2004, p. 29.
(7) ĠU L 40, 12.2.2004, p. 17.
(8) ĠU C 101, 27.4.2005, p. 34.
(9) Ara paġna 5 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.