8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

90


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta' Jannar 2006

li twassal għall-adattament tal-ko-effiċjenti korretturi applikabbli mill-1 ta' Frar 2005, l-1 ta' Marzu 2005, l-1 ta' April 2005, l-1 ta' Mejju 2005 u l-1 ta' Ġunju 2005 għar-rimunerazzjonijiet ta' l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej assenjati f'pajjiżi terzi kif ukoll parti mill-uffiċjali li għadhom assenjati fl-għaxar Stati Membri l-ġodda għal perjodu massimu ta' ħmistax-il xahar wara l-adeżjoni (l-Artikolu 33(4) tat-Trattat ta' Adeżjoni ta' l-għaxar Stati Membri l-ġodda)

(2006/32/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Personell tal-Komunitajiet Ewropej u r-reġim applikabbli għall-aġenti oħra tal-Komunitajiet, iffissati bir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u notevolment it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13, ta' l-Anness X tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' Adeżjoni ta' l-għaxar Stati Membri, u notevolment l-Artikolu 33(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 257/2005 (2) kienu ffissati, b'applikazzjoni ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 13, ta' l-Anness X tar-Regolamenti tal-Personell, il-ko-effiċjenti korretturi li bihom huma affettwati, mill-1 ta' Lulju 2004, ir-rimunerazzjonijiet imħallsa, fil-valuta tal-pajjiż fejn huma assenjati, lill-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej assenjati f'pajjiżi terzi.

(2)

Huwa meħtieġ li jkunu adattati, b'konformità mat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13, ta' l-Anness X tar-Regolamenti tal-Personell, mill-1 ta' Frar 2005, l-1 ta' Marzu 2005, l-1 ta' April 2005, l-1 ta' Mejju 2005 u l-1 ta' Ġunju 2005, uħud minn dawn il-ko-effiċjenti korretturi, minħabba li fl-istatistiki għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, il-varjazzjoni fl-għoli tal-ħajja, ikkalkulata skond il-ko-effiċjent korrettur u r-rata tal-kambju korrispondenti, tidher li hi, għal ċerti pajjiżi terzi, superjuri għal 5 % mill-aħħar iffissar jew adattament,

IDDEĊIDIET:

Artikolu uniku

B'effett mill-1 ta' Frar 2005, l-1 ta' Marzu 2005, l-1 ta' April 2005, l-1 ta' Mejju 2005 u l-1 ta' Ġunju 2005, il-ko-effiċjenti korretturi, applikabbli għar-rimunerazzjonijiet ta' l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej assenjati f'pajjiżi terzi kif ukoll għal parti mill-uffiċjali li għadhom assenjati fl-għaxar Stati Membri l-ġodda għal perjodu massimu ta' ħmistax-il xahar wara l-adeżjoni, imħallsa bil-valuta tal-pajjiż fejn huma assenjati, huma adattati kif indikat fl-Anness.

Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta' dawn ir-rimunerazzjonijiet huma stabbiliti b'konformità mal-modalitajiet ta' eżekuzzjoni tar-Regolament Finanzjarju u jikkorrispondu mad-data indikata fl-ewwel paragrafu.

Magħmul fi Brussell, 16 ta' Jannar 2006.

Għall-Kummissjoni

Benita FERRERO-WALDNER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2104/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 7).

(2)  ĠU L 46, 17.2.2005, p. 1.


ANNESS

PAJJIŻI TA' ASSENJAZZJONI

Ko-effiċjenti Korretturi (Frar 2005)

L-Arabja Sawdita

81,0

Il-Bolivja

46,6

L-Eritrea

45,0

Il-Gambja

43,0

Il-Ġeorġja

90,2

Il-Ginea

71,7

Il-Kenja

72,5

Il-Madagaskar

70,5

Il-Malawi

70,7

Il-Pakistan

47,5

Il-Filippini

46,8

Ir-Repubblika Domenikana

76,7

Ir-Rwanda

78,2

Is-Serbja u l-Montenegro

59,4

Is-Sudan

39,3

Sri Lanka

54,4

It-Turkija

86,0

Il-Vjetnam

49,7

Iż-Żambja

46,9

Iż-Żimbabwe

65,5


PAJJIŻI TA' ASSENJAZZJONI

Ko-effiċjenti Korretturi (Marzu 2005)

L-Angola

108,6

Il-Korea ta' Isfel

100,3

L-Eġittu

50,8

In-Nikaragwa

61,7

In-Niġerja

74,9

Il-Paragwaj

57,6

Ir-Repubblika Ċentrali Afrikana

115,4

Is-Sirja

63,1


PAJJIŻI TA' ASSENJAZZJONI

Ko-effiċjenti Korretturi (April 2005)

Il-Bangladexx

49,9

Il-Barbados

111,4

Il-Benin

92,8

L-Eritrea

46,1

L-Etjopja

66,2

Il-Gżejjer Fiġi

74,5

Il-Lesoto

71,8

Il-Malawi

72,9

Il-Mawritanja

65,1

Is-Sirja

64,4

Iż-Żimbabwe

69,4


PAJJIŻI TA' ASSENJAZZJONI

Ko-effiċjenti Korretturi (Mejju 2005)

Il-Brażil

65,9

Burkina Faso

86,6

Il-Kosta Rika

66,9

Kuba

88,6

Il-Gambja

46,7

Il-Ginea

60,5

Il-Gujana

57,1

Il-Ħaïti

91,9

Il-Laos

71,1

Il-Madagaskar

71,1

In-Nepal

68,0

In-Niġer

93,0

In-Niġerja

79,8

Il-Pakistan

50,1

Sierra Leone

68,5

Is-Slovenja

78,2

Is-Sważiland

71,3

Iż-Żimbabwe

74,8


PAJJIŻI TA' ASSENJAZZJONI

Ko-effiċjenti Korretturi (Ġunju 2005)

L-Etjopja

75,5

Il-Gżejjer Solomon

82,1

L-Indonesja

75,9

Il-Kenja

81,4

Il-Veneżwela

58,0

Iż-Żimbabwe

60,5