31.1.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-15 ta' Diċembru 2006

dwar l-ishma ta' persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2006/21)

(2007/42/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b'mod partikolari l-Artikolu 29.4 u l-Artikolu 49.3,

Wara li kkunsidra l-kontribuzzjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) skond ir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 47.2 ta' l-Istatut,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2004/5 tat- 22 t'April 2004, dwar l-ishma ta' persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) stabbilixxiet b' effett mill- 1 ta' Mejju 2004, l-ippeżar assenjat lil dawk il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) li kienu membri tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) fl- 1 ta' Mejju 2004, fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (minn issa “l quddiem l-'ippeżar ta' l-iskema kapitali” u l-‘iskema kapitali’ rispettivament).

(2)

Minħabba s-sħubija tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea u minħabba li l-BĊNi rispettivi tagħhom se jissieħbu fis-SEBĊ fl- 1 ta' Jannar 2007, il-kapital sottoskritt tal-BĊEs għandu jiżdied awtomatikament skond l-Artikolu 49.3 ta' l-Istatut. Din iż-żieda teħtieġ il-kalkulazzjoni ta' l-ippeżar ta' l-iskema kapitali ta' kull BĊN li se jkun membru tas-SEBĊ fl- 1 ta' Jannar 2007, b'analoġija ma' l-Artikolu 29.1 u b'konformita ma' l-Artikolu 29.2 ta' l-Istatut. L-iskema kapitali mkabbra tal-BĊE u kull ippeżar ta' l-iskema kapitali tal-BĊN se japplika b'effett mill- 1 ta' Jannar 2007. Id-Deċiżjoni BĊE/2004/5 għandha għalhekk tiġi rrevokata u sostitwita b'deċiżjoni ġdida li tirrifletti l-pożizzjoni aġġornata.

(3)

Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/517/KE tal- 15 ta' Lulju 2003 dwar id-data statistika biex tintuża għall-aġġustament ta' l-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (2), il-Kummissjoni Ewropea pprovdiet lill-BĊE b'data statistika biex tintuża fid-determinazzjoni ta' l-iskema kapitali mkabbra.

(4)

Minħabba l-Artikoli 3.5 u 6.6 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew, u minħabba l-kontribuzzjoni tal-Kunsill Ġenerali lil din id-Deċiżjoni, il-Gvernaturi tal-Bulgarian National Bank u tal-Banca Naţională a României kellhom l-opportunita biex jissottomettu osservazzjonijiet dwar din id-Deċiżjoni qabel l-adozzjoni tagħha,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Tqarrib

Fejn il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi data statistika rriveduta biex tinutża fl-iskema kapitali mkabbra u t-total tal-figuri ma jlaħħaqx 100 %, id-differenza għandha tkun ikkumpensata kif ġej: (i) jekk it-total ikun anqas minn 100 %, billi jiżdied 0,0001 ta' punt peċentwali ma' l-iżgħar sehem (ishma) f'ordni axxendenti sakemm jintlaħaq il-100 % eżatti, jew (ii) jekk it-total ikun iżjed minn 100 %, billi jitnaqqas 0,0001 ta' punt peċentwali f'ordni dixxendenti mill-akbar sehem (ishma) sakemm jintlaħaq il-100 % eżatti.

Artikolu 2

Ippeżar ta' l-iskema kapitali

L-ippeżar assenjat lil kull BĊN fl-iskema kapitali deskritta fl-Artikolu 29 ta' l-Istatut għandu jkun kif ġej b'effett mill- 1 ta' Jannar 2007:

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

2,4708  %

Bulgarian National Bank

0,8833  %

Česká národní banka

1,3880  %

Danmarks Nationalbank

1,5138  %

Deutsche Bundesbank

20,5211  %

Eesti Pank

0,1703  %

Bank of Greece

1,8168  %

Banco de España

7,5498  %

Banque de France

14,3875  %

Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

0,8885  %

Banca d’Italia

12,5297  %

Central Bank of Cyprus

0,1249  %

Latvijas Banka

0,2813  %

Lietuvos bankas

0,4178  %

Banque centrale du Luxembourg

0,1575  %

Magyar Nemzeti Bank

1,3141  %

Bank Ċentrali ta' Malta

0,0622  %

De Nederlandsche Bank

3,8937  %

Oesterreichische Nationalbank

2,0159  %

Narodowy Bank Polski

4,8748  %

Banco de Portugal

1,7137  %

Banca Naţională a României

2,5188  %

Banka Slovenije

0,3194  %

Národná banka Slovenska

0,6765  %

Suomen Pankki

1,2448  %

Sveriges riksbank

2,3313  %

Bank of England

13,9337  %

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet finali

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl- 1 ta' Jannar 2007.

2.   Din id-Deċiżjoni BĊE/2004/5 qed tiġi hawnhekk irrevokata b'effett mill- 1 ta' Jannar 2007.

3.   Ir-referenzi għad-Deċiżjoni BĊE/2004/5 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi magħmulin għal din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Frankfurt am Main, il- 15 ta' Diċembru 2006.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)   ĠU L 205, 9.6.2004, p. 5.

(2)   ĠU L 181, 19.7.2003, p. 43.