|
29.9.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
3 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-17 ta' Novembru 2005
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea skond punt 3 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-7 ta' Novembru 2002 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea li jissupplimenta l-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 dwar id-dixxiplina tal-baġit u titjib fil-proċedura tal-baġit
(2006/12/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-7 ta' Novembru 2002 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea li jissupplimenta il-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 dwar id-dixxiplina tal-baġit u titjib fil-proċedura tal-baġit (1), u b'mod partikolari il-punt 3 tiegħu,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi il-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea (2),
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Filwaqt li:
|
(1) |
L-Unjoni Ewropea waqqfet Fond ta' Solidarjetà (il-“Fond”) biex turi solidarjetà mal-popolazzjonijiet tar-reġjuni milquta minn diżastri. |
|
(2) |
L-Isvezja, l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja ippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom sabiex jimmobilizzaw il-Fond fi żmien l-iskadenza ta' għaxar ġimgħat, stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002, wara diżastru kkawżat minn tempesta. |
|
(3) |
Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-7 ta' Novembru 2002 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-limitu annwali ta' EUR biljun. |
|
(4) |
Id-diżastru kkawżat mit-tempesta fl-Isvezja, fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Litwanja fit-8 ta' Jannar 2005 jilħaq il-kriterji għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Fond se jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 92 880 830 bħala allokazzjoni ta' impenn mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, nhar is-17 ta' Novembru 2005
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
C. CLARKE