6.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
102 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-27 ta' April 2006
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004
(2006/834/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (2), |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6-0093/2006), |
— |
wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276, tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għal baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li waqqaf Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0100/2006), |
1. |
Jagħti kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2004; |
2. |
Jagħmel il-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta' hawn taħt; |
3. |
Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex jippubblikahom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Josep BORRELL FONTELLES
Is-Segretarju Ġenerali
Julian PRIESTLEY
(1) ĠU C 269, 28.10.2005, p. 25.
(2) ĠU C 332, 28.12.2005, p. 53.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1645/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 13).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).