29.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

327


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2175/2005

tal-21 ta' Diċembru 2005

dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim f’għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika ta’ Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea, li jissuplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni.

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (1) stabbilixxa nomenklatura ta’ merkanzija, minn hawn ’il quddiem imsejħa “Nomenklatura Magħquda”, u stipula r-rati konvenzjonali ta’ dazju tat-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni 2005/959/KE tal-21 ta' Diċembru 2005 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim f’ għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal- Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika ta’ Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (2), il-Kunsill approva, f’isem il-Komunità, il-Ftehim imsemmija bil-ħsieb li jiġu konklużi n-negozjati li bdew skond l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi supplimentat għaldaqstant,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, Anness 7 intitolat Kwoti ta' Tariffa tad-WTO li għandhom jinfetħu mill-awtoritajiet komunitarji kompetenti, ta' Taqsima III ta' Parti Tlieta ta' l-Anness I għandu jiġi supplimentat bil-volumi kif jidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar il-21 ta' Diċembru 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

B. BRADSHAW


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 493/2005 (ĠU L 82, 31.3.2005, p. 1).

(2)   ĠU L 347, 30.12.2005, p. 78.


ANNESS

Minkejja r-regoli ta’ l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala li għandu biss valur indikattiv, bil-konċessjonijiet determinati, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċi NM kif jeżistu fil-ħin ta’ l-adozzjoni tar-regolament attwali. Fejn ex kodiċi tan-NM huma indikati, il-konċessjonijiet għandhom jiġu determinati bl-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni li taqbel magħha meħuda flimkien.

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Termini u kundizzjonijiet oħrajn

Numri ta’ tariffa ta’ l-oġġetti

 

ex 0201 20 90

 

ex 0201 30 00

 

ex 0202 20 90

 

ex 0202 30

 

ex 0206 10 95

 

ex 0206 29 91

laħam taċ-ċanga ta’ “kwalità għolja”; “biċċiet tal-laħam taċ-ċanga primjum, imkessaħ jew iffriżat li ġej minn annimali bovini li jieklu esklussivament minn fuq il-mergħa, li m’għandhomx aktar minn erba’ snien li jaqtgħu mittiekla fil-quddiem tax-xedaq, li l-karkassi tagħhom ma jiżnux aktar minn 325 kilogramma, apparenza kumpatta b'laħam ta’ kulur ċar u uniformi, u kopertura ta’ xaħam xierqa iżda mhux eċċessiva. Il-biċċiet kollha jkunu ssiġillati u meqjusa bħala ‘ċanga ta’ kwalità tajba”

żid 1 000 tunnellata

Numru tat-tariffa ta’ l-oġġett 0204

Kwota għal laħam tan-nagħaġ; “laħam tan-nagħaġ jew mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat”.

żid 1 154 tunnellata (toqol ta’ karkassa) għall-allokazzjoni ta' New Zealand

Numru tat-tariffa ta’ l-oġġett ex 0405 10

Butir ta’ oriġini minn New Zealand, li ta’ l-anqas għandu 6 ġimgħat, b’kontenut ta’ xaħam bit-toqol ta’ mhux anqas minn 80 % iżda anqas minn 82 %, immanifatturat direttament mill-ħalib jew krema mingħajr l-użu ta' materjali maħżuna, fi proċess uniku li jinkorpora kollox u mhux interrot.

żid 735 tunnellata għall-allokazzjoni ta' New Zealand