29.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

325


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2174/2005

tal-21 ta' Diċembru 2005

dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim f’għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Ġappun skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/958/KE tal-21 ta' Diċembru 2005 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim f’ għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Ġappun skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 (1), il-Kunsill approva, f’isem il-Komunità, il-Ftehim imsemmija bil-ħsieb li jiġu konklużi n-negozjati li bdew skond l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati ta' dazju murija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-perijodu indikat.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar il-21 ta' Diċembru 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

B. BRADSHAW


(1)  Ara paġna 75 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Minkejja r-regoli ta’ l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala li għandu biss valur indikattiv, bil-konċessjonijiet determinati, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċi NM kif jeżistu fil-ħin ta’ l-adozzjoni tar-regolament attwali. Fejn ex kodiċi tan-NM huma indikati, il-konċessjonijiet għandhom jiġu determinati bl-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni li taqbel magħha meħuda flimkien.

It-Tieni Parti

Skeda tad-Dazji tad-Dwana

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata tad-Dazju

3702 32 19

Films tar-ritratti f’rollijiet tar-ritratti bil-kulur; oħrajn

Rata applikata aktar baxxa ta' 1,3 % (1)

8525 40 19

vidjo kameras li jiġbdu stampi statiċi; oħrajn

Rata applikata aktar baxxa ta' 1,2 % (1)

8525 40 99

vidjo cameras li jiġbdu stampi statiċi; rekorders ta' vidjo kameras oħrajn; oħrajn

Rata applikata aktar baxxa ta' 12,5 % (1)


(1)  Ir-rati aktar baxxi applikati indikati hawn fuq għandhom jiġu applikati għal erba’snin jew sakemm l-implimentazzjoni tar-riżultati tar-Rawnd ta’ l-Aġenda ta’ Doha għall-Iżvilupp tilħaq il-livell tariffarju ta’ hawn fuq, skond liema minnhom jiġi l-ewwel.