29.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

287


REGOLAMENT TAL-KUNSILL

tal-21 ta' Diċembru 2005

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 dwar il-protezzjoni minn importazzjonjiet li huma oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunita' Ewropea.

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Bir-Regolament (KE) Nru 384/96 (1) il-Kunsill adotta regoli komuni għall-protezzjoni minn importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunita' Ewropea.

(2)

Fid-dawl tal-progress sinifikanti mwettaq mill-Ukraina lejn il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ta’ l-ekonomija tas-suq, kif rikonoxxut mill-konklużjonijiet tas-Samit Ukraina – Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Diċembru 2005, huwa xieraq li jkun permess li l-valur normali għall-esportaturi u l-produtturi ta’ l-Ukraina jkun stabbilit f'konformita' mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2(1) sa (6) tar-Regolament (KE) Nru 384/96.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (KE) Nru 384/96 l-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 2(7), it-terminu “l-Ukraina” għandu jiġi mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-investigazzjonijiet kollha mibdija skond ir-Regolament (KE) Nru 384/96 wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew fuq il-bażi ta’ applikazzjoni għall-bidu mressqa wara din id-data jew inkella fuq inizjattiva tal-Kummissjoni.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar il-21 ta' Diċembru 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

B. BRADSHAW


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).