29.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

281


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2114/2005

tat-13 ta' Diċembru 2005

dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunita' Ewropea u r-Repubblika tal-Korea skond l-Artikolu XXIV.6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali fuq it-Tariffi u n-Negozju (GATT) 1994

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/929/KE dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea skond l-Artikolu XXIV.6 u Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 (1), il-Kunsill approva, f’isem il-Komunità, il-Ftehim imsemmi bil-ħsieb li jingħalqu negozjati mibdija skond l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati ta' dazju indikati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-perijodu indikat.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar it-13 ta' Diċembru 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

J. GRANT


(1)  Ara paġna 61 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem li jiddeskrivi l-prodotti għandu jitqies bħala li m’għandhiex aktar minn valur indikattiv, ġaladarba l-konċessjonijiet huma determinati, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċi NM kif inhuma fil-mument ta’ adozzjoni tar-regolament preżenti. Fejn huma indikati l-ex kodiċi NM, il-konċessjonijiet għandhom ikunu determinati bl-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni li tikkorrispondi meħuda flimkien.

It-Tieni Parti

Skeda ta’ dazji doganali.

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ dazju

3903 19 00

Polistirene, fil-forom primarji (għajr għal dak li jespandi)

Rata applikata ta’ 4,0 % (1)

8521 10 30

Tagħmir ta’ riproduzzjoni jew reġistrazzjoni vidjo fuq tejp manjetiku, b’vidjo tuner inkorporat jew le, li juża tejp ta’ wisa’ li ma taqbiżx 1.3 cm u li jippermetti reġistrazzjoni jew riproduzzjoni b’veloċità ta’ tejp li ma taqbiżx 50 mm fis-sekonda, għajr għal dawk użati fil-mezzi ta’ l-ajru ċivili

Rata applikata ta’ 13,0 % (1)

8525 40 99

kameras tal-vidjoreġistrazzjoni oħrajn, għajr għal dawk li jistgħu biss jirreġistraw il-ħoss u l-immaġni meħuda bil-kamera tat-televiżjoni.

Rata applikata ta’ 12,5 % (2)

8527 31 91

Riċevituri tax-xandir bir-radju oħrajn, inkluż tagħmir li jista’ jirċievi wkoll radju-telefonija jew radju-telegrafija, ikkombinat ma’ tagħmir ta’ reġistrazzjoni jew riproduzzjoni tal-ħoss, b’sistema ta’ qari ottiku bil-lażer, għajr għal dawk li għandhom inkorporati fihom loudspeaker wieħed jew aktar.

Rata applikata ta’ 11,4 % (1)


(1)  Ir-rata inferjuri applikata li tidher hawn fuq għandha tiġi applikata għal erba’ snin jew sa meta l-implimentazzjoni tar-riżultati tar-Ronda ta’ l-Aġenda ta’ Doha għall-Iżvilupp tilħaq il-livell tariffarju hawn fuq, liema minnhom tiġi l-ewwel.

(2)  Ir-rati inferjuri applikati li jidhru hawn fuq għandhom jiġu applikati għal tliet snin jew sa meta l- implimentazzjoni tar-riżultati tar-Ronda ta’ l-Aġenda ta’ Doha għall-Iżvilupp tilħaq il-livell tariffarju hawn fuq, liema minnhom tiġi l-ewwel.