21.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

350


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2036/2005

ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005

dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użu ġdid ta’ ċerti addittivi li diġà huma awtorizzati fl-għalf

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda adittivi f'għalf għall-bhejjem (1), u partikolarment l-Artikoli 3, 9d(1)u 9e(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali.

(2)

L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-miżuri ta’ tranżizzjoni għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi ta’ l-għalf imressqa skond id-Direttiva 70/524/KEE qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi elenkati fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament tressqu qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Kummenti tal-bidu dwar dawk l-applikazzjonijiet, kif previst fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE, tressqu lill-Kummissjoni qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Dawk l-applikazzjonijiet għalhekk jibqgħu jitqiesu skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE.

(5)

L-użu tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu Saccharomyces cerevisiae (CNCM -1079) kien awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħnieżer femminili mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/98 (3). Data ġdida tressqet b’appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ mikro-organiżmi kif speċifikat fl-Anness I għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(6)

L-użu tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu Pediococcus acidilactici (CNCM MA 18/5M) kien awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħnieżer għat-tismin mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/1999 (4). Data ġdida tressqet b’appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ mikro-organiżmi kif speċifikat fl-Anness I għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(7)

L-użu tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu Enterococcus faecium (CECT 4515) kien awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħnieżer żgħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 654/2000 (5). Data ġdida tressqet b’appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ mikro-organiżmi kif speċifikat fl-Anness I għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(8)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ enżimi ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta mill-Trichoderma longibrachiatum (CBS 526.94) kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għat-tiġieġ għat-tismin, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2374/98 (6). Tressqet dejta ġdida b’appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi, kif speċifikat fl-Anness II, għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(9)

L-użu tal-preparazzjoni ta enżimi ta’ l-endo-1,4-beta-xylanase li hija prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105), endo-1,3(4)-beta-glucanase u alpha-amylase prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553), subtilisin prodott mill-Bacillus subtilis (ATCC 2107) u l-polygalacturonase prodott mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94) ġie awtorizzat provviżorjament għall-ewwel darba fit-tiġieġ għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 418/2001 (7). Tressqet dejta ġdida b’appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi, kif speċifikat fl-Anness II, għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(10)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ l-enżimi ta’ l-endo-1,4-beta-xylanase prodotta mill-Aspergillus oryzae (DSM 10287) ġie awtorizzat mingħajr limitu taż-żmien fit-tiġieġ għat-tismin, fid-dundjani għat-tismin u fil-ħnieżer żgħar mir-Regolament tal-Kummissjoni. (KE) Nru 1332/2004 (8). Tressqet dejta ġdida b’appoġġ għal applikazzjoni sabiex l-awtorizzazzjoni ta’ l-użu ta’ din il-preparazzjoni ta’ enżimi tiġi estiża għall-papri u l-ħnieżer għat-tismin. L-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Ikel (EFSA) tat opinjoni dwar l-użu ta’ din il-preparazzjoni li tikkonkludi li mhix ta’ riskju għal dawn il-kategoriji ta’ annimali addizzjonali. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE għall-awtorizzazzjoni ta’ dik il-preparazzjoni għal dak l-użu huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi, kif speċifikat fl-Anness III, għandu jkun awtorizzat proviżorjament għal erba’ snin.

(11)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ l-enżimi ta’ l-endo-1,4-beta-xylanase prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105) subtilisin prodott mill-Bacillus subtilis (ATCC 2107) kien ġie awtorizzat mingħajr limitu taż-żmien fit-tiġieġ għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 943/2005 (9). Data ġdida ġiet imressqa b’appoġġ għal applikazzjoni sabiex l-awtorizzazzjoni ta’ l-użu ta’ din il-preparazzjoni ta’ enżimi tiġi estiża għall-papri. L-EFSA tat opinjoni dwar l-użu ta’ din il-preparazzjoni li tikkonkludi li mhix ta’ riskju għal din il-kategorija annimali addizzjonali. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE għall-awtorizzazzjoni ta’ dik il-preparazzjoni għal dak l-użu huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi, kif speċifikat fl-Anness III, għandu jkun awtorizzat proviżorjament għal erba’ snin.

(12)

L-użu tal-preparazzzjoni ta’ enżimi ta’ l-endo-1,4-beta-xylanase li hija prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105), endo-1,3(4)-beta-glucanase u alpha-amylase prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553), subtilisin prodott mill-Bacillus subtilis (ATCC 2107) u l-polygalacturonase prodott mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94) ġie awtorizzat provviżorjament fit-tiġieġ għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 418/2001. Data ġdida ġiet imressqa b’appoġġ għal żewġ applikazzjonijiet sabiex l-awtorizzazzjoni ta’ l-użu ta’ din il-preparazzjoni ta’ enżimi tiġi estiża għall-papri u għat-tiġieġ li jbidu. L-EFSA tat l-opinjoni tagħha dwar l-użu ta’ din il-preparazzjoni fuq kull waħda miż-żewġ kategoriji ta’ annimali li tikkonkludi fiż-żewġ każijiet li ma tippreżenta ebda riskju għalihom. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE għall-awtorizzazzjoni ta’ dik il-preparazzjoni għal dak l-użu huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi għall-papri u għat-tiġieġ li jbidu, kif speċifikat fl-Anness III, għandu jkun awtorizzat provviżorjament għal erba’ snin.

(13)

L-evalwazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet turi li ċerti proċeduri għandhom ikunu meħtieġa sabiex il-ħaddiema jkunu protetti mill-esponiment għall-addittivi elenkati fl-Annessi. Protezzjoni bħal din għandha tkun assigurata permezz ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri għall-inkoraġġiment tat-titjib tas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (10).

(14)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjonijiet li jagħmlu parti mill-grupp “Mikro-organiżmi” kif speċifikat fl-Anness I huma awtorizzati għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittivi fl-għalf ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’ dak l-Anness.

Artikolu 2

Il-preparazzjonijiet li jagħmlu parti mill-grupp “Enżimi”, kif elenkata fl-Anness II, huma awtorizzati għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittivi fin-nutriment ta’ l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f’ dak l-Anness.

Artikolu 3

Il-preparazzjonijiet li huma parti mill-grupp “Enżimi”, kif speċifikat fl-Anness III, huma awtorizzati għall-użu għal erba’ snin bħala addittiv fl-għalf ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar il-14 ta’ Diċembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 270, ta’ l-14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, tas-16.10.2004, p. 37).

(2)   ĠU L 268, tat-18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005/ (ĠU L 59, tal-5.3.2005, p. 8).

(3)   ĠU L 191, tas-7.7.1998, p. 15.

(4)   ĠU L 108, tas-27.4.1999, p. 21.

(5)   ĠU L 79, tat-30.3.2000, p. 26.

(6)   ĠU L 295, ta’ l-4.11.1998, p. 3.

(7)   ĠU L 62, tat-2.3.2001, p. 3.

(8)   ĠU L 247, tal-21.7.2004, p. 8.

(9)   ĠU L 159, tat-22.6.2005, p. 6.

(10)   ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tall-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).


ANNESS I

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ

Mikro-organiżmi

E 1703

Saccharomyces cerevisiae

CNCM I-1079

Preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae li fiha minimu ta’:

2 × 1010 CFU/g additiv

Ħnieżer femminili

1 × 109

6 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha jinħażen, kemm jista’ jdum il-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

Mingħajr limitu ta’ żmien

E 1712

Pediococcus acidilactici

CNCM MA 18/5M

Preparazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici li fiha minimu ta’:

1 × 1010 CFU/g addittiv

Ħnieżer għat-tismin

1 × 109

1 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

Mingħajr limitu ta’ żmien

E 1713

Enterococcus faecium

CECT 4515

Preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium li fiha ammont minimu ta’:

1 × 109 CFU/g addittiv

Ħnienes (miftuma)

1 × 109

1 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Għall-użu fil-każ ta’ ħnieżer żgħar li nfatmu sakemm jilħqu l-35 kg.

Mingħajr limitu ta’ żmien


ANNESS II

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Etàmassima

Kontenutminimu

Kontenutmassimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ

Enzymes

E 1636

Endo-1,3(4)-beta-glucanase

EC 3.2.1.6

Preparazzjoni ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase prodott mit-Trichoderma reesei (CBS 526.94) b’attività minima ta’:

 

Forma solida: 700 000  BU (1)/g

 

forma likwida: 300 000  BU/g

Tiġieġ għat-tismin

17 500 BU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għall kull kg ta’ għalf sħiħ 17 500 -50 000  BU.

3.

Għall-użu f’għalf kompost li fih ħafna polysakkaridi li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira glucans).eż. li fihom aktar minn 20 % xgħir jew 30 % segala.

Mingħajr limitu ta’ żmien

E 1637

 

Endo-1,4-beta-xylanase

EC 3.2.1.8

 

Endo-1,3(4)-beta-glucanase

EC 3.2.1.6

 

Subtilisin

EC 3.4.21.62

 

Alpha-amylase

EC 3.2.1.1

 

Polygalacturonase

EC 3.2.1.15

Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105), endo-1,3(4)-beta-glucanase u alpha-amylase prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553), subtilisin prodott mill-Bacillus subtilis (ATCC 2107), polygalacturonase prodott mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94) b’attività minima ta’:

 

Endo-1,4-beta-xylanase: 300 U (2)/g

 

Endo-1,3(4)-beta-glucanase: 150 U (3)/g

 

Subtilisin: 4 000  U (4)/g

 

Alpha-amylase: 400 U (5)/g

 

Polygalacturonase: 25 U (6)/g

Tiġieġ għat-tismin

endo-1,4-beta-xylanase:

300 U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għall kull kg ta’ għalf sħiħ

 

endo-1,4-beta-xylanase: 300 U

 

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 150 U

 

subtilisin: 4 000  U

 

alpha-amylase: 400 U

 

polygalacturonase: 25 U.

3.

Għall-użu f’għalf kompost li fih ħafna lamtu u polysakkaridi li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans u arabinoxylans).eż. li fihom aktar minn 40 % xgħir jew 60 % qamħ.

Mingħajr limitu ta’ żmien

endo-1,3(4)-beta-glucanase:

150 U

subtilisin:

4 000  U

alpha-amylase:

400 U

polygalac-turonase:

25 U


(1)  1 BU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 0.06 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ glukożju) minn xgħir beta-glucan fil-minuta f’ pH ta’ 4.8 u 50 °C.

(2)  1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ ksilożju) minn xylan tal-ħafur fil-minuta f’pH ta’ 5.3 u 50.°C.

(3)  1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ glukożju) minn beta-glucan tax-xgħir fil-minuta f’ pH ta’ 5.0 u 30 °C.

(4)  1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ kompost fenoliku (ekwivalent ta’ ksilożju) minn sustrat tal-casein fil-minuta f’pH ta’ 7.5 u 40.°C.

(5)  1 U huwa l-ammont ta’ enżima li jidrolizza 1 mikromole ta’ linkages glucosidiċi minn sustrat ta’ polymer tal-lamtu li huwa cross-linked u li ma jinħallx fl-ilma fil-minuta f’pH ta’ 6,5 u 37 °C.

(6)  1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ materjal reducing (ekwivalent galacturonic acid) minn sustrat poly D-galacturonic fil-minuta f’pH ta’ 5.0 u 40.°C.


ANNESS III

Nru KE jew Nru.

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Kontenutmassima

Kontenutmassimu

Kontenutmassimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ

Enzymes

5

Endo-1,4-beta-xylanase

EC 3.2.1.8

Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM 10287) b’attività minima ta’:

 

Forma miksija:

1 000  FXU (1)/g

 

Forma likwida:

650 FXU/ml

Ħnieżer għat-tismin

200 FXU

-

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għall kull kg ta’ għalf sħiħ 200-400 FXU.

3.

Għall-użu f’għalf kompost li fih ħafna polysakkaridi li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira arabinoxylans).eż. li fihom aktar minn 50 % ċereali (eż qamħ, xgħir, segala jew triticale).

[4 snin mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament]

Papri

-

100 FXU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għall kull kg ta’ għalf sħiħ 100-200 FXU.

3.

Għall-użu f’għalf kompost li fih ħafna polisakkaridi li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira arabinoxylans).eż. li fihom aktar minn 50 % ċereali (eż. qamħ, xgħir, segala jew triticale).

[4 snin mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament]

37

 

Endo-1,4-beta-xylanase

EC 3.2.1.8

 

Subtilisin

EC 3.4.21.62

Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105) u subtilisin prodott mill-Bacillus subtilis (ATCC 2107) b’attività minima ta’:

 

Endo-1,4-beta-xylanase: 5 000  U (2)/g

 

Subtilisin: 1 600  U (3)/g

Papri

endo-1,4-beta-xylanase:

2 500  U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għall kull kg ta’ għalf sħiħ

 

endo-1,4-beta-xylanase: 2 500  U

 

subtilisin: 800 U

3.

Għall-użu fl-għalf kompost eż. li fih iżjed minn 65 % qamħ.

[4 snin mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament]

subtilisin:

800 U

59

 

Endo-1,4-beta-xylanase

EC 3.2.1.8

 

Endo-1,3(4)-beta-glucanase

EC 3.2.1.6

 

Subtilisin

EC 3.4.21.62

 

Alpha-amylase

EC 3.2.1.1

 

Polygalacturo-nase

EC 3.2.1.15

Preparazzjoni ta’ beta-xylanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105), endo-1,3(4)-beta-glucanase u alpha-amylase prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553), subtilisin prodott mill- Bacillus subtilis (ATCC 2107), polygalacturonase prodott mill- Aspergillus aculeatus (CBS 589.94) b’attività minima ta’:

 

Endo-1,4-beta-xylanase: 300 U (2)/g

 

Endo-1,3(4)-beta-glucanase: 150 U (4)/g

 

Subtilisin: 4 000  U (3)/g

 

Alpha-amylase: 400 U (5)/g

 

Polygalacturonase: 25 U (6)/g

Papri

endo-1,4-beta-xylanase:

300 U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għall kull kg ta’ għalf sħiħ

 

endo-1,4-beta-xylanase: 300 U

 

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 150 U

 

subtilisin: 4 000  U

 

alpha-amylase: 400 U

 

polygalacturonase: 25 U.

3.

Għall-użu f’għalf kompost li fih ħafna lamtu u polisakkardi li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans u arabinoxylans).eż. li fihom aktar minn 40 % qamħqirrun.

[4 snin mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament]

endo-1,3(4)-beta-glucanase:

150 U

subtilisin:

4 000  U

alpha-amylase:

400 U

polygalac-turonase:

25 U

Tiġieġ li jbidu

endo-1,4-beta-xylanase:

225 U

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għall kull kg ta’ għalf sħiħ

 

endo-1,4-beta-xylanase: 225 U

 

endo-1,3(4)-beta-glucanase: 112 U

 

subtilisin: 3 000  U

 

alpha-amylase: 300 U

 

polygalacturonase: 18 U.

3.

Għall-użu f’ għalf kompost li fih ħafna lamtu u polisakkardi li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans u arabinoxylans).eż. li fihom aktar minn 40 % qamħqirrun.

[4 snin mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament]

endo-1,3(4)-beta-glucanase:

112 U

subtilisin:

3 000  U

alpha-amylase:

300 U

polygalac-turonase:

18 U


(1)  1 FXU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 7.8 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ ksilożju) mill-arabinoksilan tal-qamħ fil-minuta f’pH ta’ 6.0 u 50 °C.

(2)  1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ ksilożju) minn xylan tal-ħafur fil-minuta f’pH ta’ 5.3 u 50.°C.

(3)  1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ kompost fenoliku (ekwivalent ta’ ksilożju) minn sustrat tal-casein fil-minuta f’pH ta’ 7.5 u 40.°C.

(4)  1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ reducing sugars (ekwivalent ta’ glukożju) minn beta-glucan tax-xgħir fil-minuta f’pH ta’ 5.0 u 30 °C.

(5)  1 U huwa l-ammont ta’ enżima li jidrolizza 1 mikromole ta’ kunnessjonijiet glukosidiċi minn sustrat ta’ polymer tal-lamtu li huwa cross-linked u li ma jinħallx fl-ilma fil-minuta f’pH ta’ 6,5 u 37 °C.

(6)  1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromole ta’ materjal reducing (ekwivalent galacturonic acid) minn sustrat poly D-galacturonic fil-minuta f’pH ta’ 5.0 u 40.°C.