21.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
345 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2035/2005
tat-12 ta’ Diċembru 2005
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1681/94 dwar irregolaritajiet u l-ħlas lura ta’ ammonti mħallsa ħażin in konnessjoni mal-finanzjament tal-politika strutturali u l-organizzazzjoni ta’ sistema ta’ informazzjoni f’dan il-qasam
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (1) u partikolarment l-Artikolu 53 paragrafu 2 tiegħu,
Wara konsultazzjoni mal-kumitat stabbilit skond l-Artikolu 147 tat-Trattat, mal-Kumitat ta’ Tmexxija ta’ l-Istrutturi Agrikoli u ta’ l-Iżvilupp Rurali u mal-Kumitat ta’ Tmexxija Permanenti ta’ l-Istrutturi tas-Sajd,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88 tad-19 ta’ Diċembru 1988 li jistipula dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2052/88 f’dak li jirrigwarda l-koordinazzjoni bejn l-attivitajiet tal-Fondi Strutturali varji minn naħa, u bejn dawn l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tal-Bank Ewropew għall-Investiment u l-istrumenti finanzjarji l-oħra eżistenti (2) minn naħa oħra, għandu jiġi mħassar. |
(2) |
L-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jistipula li r-referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 4253/88 irrevokat għandhom jitqiesu bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1260/1999; għalhekk, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1681/94 (3) japplika għall-miżuri adottati taħt ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1681/94 jeħtieġ li jiġi aġġornat sabiex titjieb l-effikaċja tas-sistema ta’ rappurtar ta’ l-irregolaritajiet. |
(4) |
Għal raġunijiet ta’ sigurtà ġuridika, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat b’mod espliċitu li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1681/94 huma applikabbli wkoll għall-forom kollha ta’ għajnuna finanzjarja stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 kif deskritt fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1783/1999 tat-12 ta’ Lulju 1999 dwar il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali (4), fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1784/1999 tat-12 ta’ Lulju 1999, dwar il-Fond Soċjali Ewropew (5), fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1263/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar l-istrument finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (6), u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG) li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (7). |
(5) |
Huwa meħtieġ li jiġi ċċarat sa fejn Stat Membru li jipparteċipa fil-kooperazzjoni bejn il-fruntieri transnazzjonali u inter-reġjonali, kif stipulata fl-Artikolu 20 paragrafu 1 punt a tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 u magħrufa bħala l-Programmi Interreġ kif ukoll għal kull programm transnazzjonali ieħor, irid jinnotifika l-irregolaritajiet;. |
(6) |
Hija meħtieġa definizzjoni tal-kunċett ta' “irregolarità” għall-fini tar-Regolament (KE) Nru 1681/94 imsejsa fuq l-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (8). |
(7) |
Huwa meħtieġ li jiġi definit it-terminu “suspett ta’ frodi” fl-isfond tad-definizzjoni ta’ frodi fil-Konvenzjoni tas-26 ta’ Lulju 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (9). |
(8) |
Huwa meħtieġ li jiġi speċifikat li d-definizzjoni ta’ “Sejba primarja amministrattiva jew ġudizzjarja” hija dik stipulata fl-Artikolu 35 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (10). |
(9) |
Huwa meħtieġ ukoll li jiġi definit il-kunċett ta’ “falliment” u dak ta’ “operatur ekonomiku”. |
(10) |
Sabiex jissaħħaħ il-valur miżjud tas-sistema ta’ komunikazzjoni, l-informazzjoni obbligatorja u l-obbligu li jiġu rrappurtati każijiet ta’ suspett ta’ frodi għandhom jiġu speċifikati sabiex ir-riskju jkun jista’ jiġi analizzat. Għal dan il-għan, il-kwalità ta’ l-informazzjoni mibgħuta għandha tkun garantita. |
(11) |
Għandu jiġi speċifikat li r-Regolament (KE) Nru 1681/94 għandu jibqa’ applikabbli għall-każijiet ta’ irregolaritajiet ta’ inqas minn €10 000 diġà rrappurtati. |
(12) |
Huwa meħtieġ li tiġi ċċarata l-kwistjoni ta’ kif jiġu trattati l-ammonti mhux imħallsa lura fir-rigward tal-forom ta’ intervent irregolat mir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 u li tkun speċifikata l-informazzjoni meħtieġa biex każijiet bħal dawn jiġu proċessati. |
(13) |
Sabiex jitnaqqas il-piż li jġorru l-Istati Membri li jirriżulta mill-komunikazzjoni u t-titjieb fl-effiċjenza, huwa meħtieġ li jiżdied il-livell minimu li minnu għandhom jiġu rrappurtati l-każijiet ta’ irregolarità mill-Istati Membri u li jkunu speċifikati l-każijiet fejn l-obbligu tar-rappurtar mhux applikabbli. |
(14) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1681/94 għandu japplika mingħajr preġudizzju lejn l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 438/2001 tat-2 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi l-metodi ta’ implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 fir-rigward ta’ sistemi ta’ ġestjoni u kontroll ta’ l-assistenza mogħtija bil-Fondi Strutturali (11). |
(15) |
Għandhom jiġu kkunsidrati l-obbligi li ġejjin mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 45/2001 tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (12) u mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 95/45/KE ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dan id-data (13). |
(16) |
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti r-rati ta’ kambju għall-Istati Membri li ma jipparteċipawx fiż-żona ta’ l-euro. |
(17) |
Għaldaqstant għandu jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1681/94. |
(18) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv għall-Iżvilupp u l-Konverżjoni tar-Reġjuni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1681/94 huwa emendat kif ġej:
1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat bit-test li ġej: “Artikolu 1 1. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi li ġejjin direttament mill-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88 u ta’ l-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, dan ir-Regolament għandu jikkonċerna l-forom kollha ta’ intervenzjoni finanzjarja stipulati fir-Regolamenti (KEE) Nru 4254/88, (KEE) Nru 4255/88, (KEE) Nru 4256/88, (KE) Nru 2080/93 u fir-Regolamenti (KE) Nru 1783/1999, (KE) Nru 1784/1999 u (KE) Nru 1263/1999. Dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli wkoll għall-miżuri ffinanzjati skond il-paragrafu 2 tal-Artikolu 35, tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 (Taqsima Gwida). 2. L-irregolaritajiet li għandhom x’jaqsmu mal-Programmi Interreġ stipulati fl-Artikolu 20 paragrafu 1 punt a tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 kif ukoll ma’ kull programm ieħor ta’ natura transnazzjonali, għandhom jiġu kkomunikati mill-Istat Membru li fih tkun saret in-nefqa. L-Istat Membru fl-istess ħin għandu jinforma bil-programm lill-awtorità ta’ tmexxija u l-awtorità inkarigata mill-ħlas għal dak il-programm kif ukoll lill-persuna jew l-uffiċċju inkarigati mill-ħruġ tad-dikjarazzjonijiet fl-għeluq ta’ l-intervent, fl-ambitu tat-tifsira ta’ l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 438/2001” |
2) |
L-Artikolu 1a li ġej huwa miżjud: “Artikolu 1a Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, dawn id-definizzjonijiet għandhom japplikaw:
|
3) |
L-Artikolu 2 ġie mħassar. |
4) |
Fl-Artikolu 3, paragrafu 1 ġie mibdul bit-test li ġej: “1. Matul ix-xahrejn ta’ wara t-tmiem ta’ kull kwart tas-sena, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni kull irregolarità li wasslet għal sejba primarja amministrattiva u/jew ġudizzjarja. Għal dan il-għan, ikun xi jkun il-każ, l-Istati Membri għandhom jissottomettu dettalji li jikkonċernaw:
Bħala deroga mill-ewwel paragrafu, il-każijiet li ġejjin m’għandhomx għalfejn jiġu rrappurtati:
|
5) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
6) |
L-Artikolu 6a li ġej huwa miżjud: “Artikolu 6a L-informazzjoni meħtieġa mill-Artikoli 3 u 4 u mill-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 5, titwassal b’mezzi elettroniċi, permezz ta’ l-użu tal-modulu pprovdut mill-Kummissjoni għal dan l-għan, u ta’ konnessjoni sigurizzata, ħlief jekk ma jkunx sar ftehim mod ieħor minn qabel bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat.” |
7) |
L-Artikolu 8a li ġej huwa miżjud: “Artikolu 8a Il-Kummissjoni tista’ tuża’ l-informazzjoni kollha ta’ natura ġenerali jew operattiva kkomunikata mill-Istati Membri skond dan ir-Regolament biex twettaq analiżi tar-riskji permezz ta’ mezzi tat-teknoloġija ta’ l-informatika xierqa, u fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni tipproduċi rapporti u tiżviluppa sistemi ta’ twissijiet sabiex ikun hemm għarfien aħjar tar-riskji identifikati.” |
8) |
It-tieni sentenza fl-Artikolu 9 hija mibdula b’dan li ġej: “Il-kumitati msemmija fl-Artikoli 48, 49, 50 u 51 tar-Regolament (KEE) Nru 1260/1999 għandhom jiġu infurmati wkoll.” |
9) |
L-Artikolu 10(3) huwa mibdul b’dan li ġej: “3) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-ipproċessar ta’ data personali skond dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data personali, partikolarment dawk stipulati mid-Direttiva 95/46/KE, u, fejn applikabbli, mir-Regolament (KE) Nru 45/2001, ikunu mħarsa.” |
10) |
L-Artikolu 12 huwa mibdul bit-test li ġej: “Artikolu 12 1. Meta l-irregolaritajiet jikkonċernaw ammonti ta’ inqas minn €10 000 li għandhom jitħallsu mill-baġit tal-Komunità, l-Istati Membri m’għandhomx jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni stipulata mill-Artikoli 3 u 5 ħlief jekk din ma tintalabx mill-Kummissjoni b’mod speċifiku. 2. L-Istati Membri li ma adottawx l-euro bħala l-munita tagħhom sad-data meta s-seħħ ta’ l-irregolarità jkun stabbilit għandhom jaqilbu l-ammont ta’ l-ispejjeż ikkonċernati mill-munita nazzjonali għal euro. Dan l-ammont għandu jinqaleb f’euro billi tintuża r-rata ta’ kontabilità mensili tal-Kummissjoni fis-seħħ matul ix-xahar li fih in-nefqa ddaħħlet jew setgħet iddaħħlet fil-kontijiet mill-awtorità tal-ħlas responsabbli mill-programm operattiv konċernat. Din ir-rata hija ppubblikata elettronikament kull xahar mill-Kummissjoni.” |
Artikolu 2
L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) 1681/94 jibqa’ japplika safejn hu applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għall-każijiet b’ammonti ta’ inqas minn 10 000 euro notifikati qabel it-28 ta’ Frar 2006.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2006.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar it-12 ta’ Diċembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Siim KALLAS
Viċi-President
(1) ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 173/2005 (ĠU L 29, 2.2.2005, p. 3).
(2) ĠU L 374, 31.12.1988, p. 1.
(3) ĠU L 178, 12.7.1994, p. 43.
(4) ĠU L 213, 13.8.1999, p. 1.
(5) ĠU L 213, 13.8.1999, p. 5.
(6) ĠU L 161, 26.6.1999, p. 54.
(7) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2223/2004 (ĠU L 379, 24.12.2004, p. 1).
(8) ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
(9) ĠU C 316, 27.11.1995, p. 49.
(10) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(11) ĠU L 63, 3.3.2001, p. 21. Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 2355/2002 (ĠU L 351, 28.12.2002 p. 42).
(13) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Direttiva emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).