21.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
333 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2026/2005
tat-13 ta’ Diċembru 2005
li jiftaħ kwoti tariffarji għall-2006 u s-snin ta’ wara għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta’ ċerti oġġetti mit-Turkija ġejjin mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), b'mod partikolari, l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni (KE) Nru 1/97 tal-Kunsill ta' l-Assoċjazzjoni KE-Turkija tad-29 ta’ April 1997 dwar l-arranġamenti applikabbli għal ċerti prodotti agrikoli pproċessati (2) jistabbilixxi, sabiex jinkoraġġixxi l-iżvilupp tal-kummerċ bi qbil ma' l-għanijiet ta' l-Unjoni Doganali, kwota annwali għal dak li hu l-valur ta' xi prodotti ta' l-għaġin importati fil-Komunità mit-Turkija. Din il-kwota għandha tinfetaħ għall-2006 u s-snin ta’ wara. Id-dħul tagħha għandu jkun soġġett għaċ-ċertifikat tal-moviment A. TR kif previst fid-Deċiżjoni Nru 1/2001 tal-Kumitat għall-Kooperazzjoni Doganali KE-Turkija tat-28 ta' Marzu 2001 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1/96 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta' l-Assoċjazzjoni KE-Turkija (3). |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jfassal id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (4), jistabbilixxi r-regoli għat-tmexxija tal-kwoti tariffarji. Huwa xieraq li jingħad li l-kwoti tariffarji miftuħa minn dan ir-Regolament jitmexxew bi qbil ma' dawn ir-regoli. |
(3) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija għall-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli pproċessati li mhumiex imniżżla fl-Anness I, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwoti tariffarji Komunitarji għall-prodotti mit-Turkija mniżżla fl-Anness b'dan qed jinfetħu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta' Diċembru 2006 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru tas-snin ta’ wara taħt il-kundizzjonijiet imniżżla f’dak l-Anness.
Sabiex tidħol, din il-kwota tariffarja għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' moviment A. TR bi qbil mad-Deċiżjoni Nru 1/2001 tal-Kumitat għall-Kooperazzjoni Doganali KE-Turkija.
Artikolu 2
Il-kwoti tariffarji tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jitmexxew mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu jkun applikabbli mill-1 ta' Jannar 2006.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar it-13 ta’ Diċembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Gunter VERHEUGEN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 318, ta' l-20.12.1993, p. 18. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, tal-25.11.2000, p. 5).
(2) ĠU L 126, tas-17.5.1997, p. 26.
(4) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 883/2005 (ĠU L 148 tal-11.6.2005, p. 5).
ANNESS
Numru ta' l-ordni |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwota |
Rata tad-dazju applikabbli |
09.0205 |
1902 11 00 1902 19 |
Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli jew ippreparat b'xi mod ieħor |
2,5 miljuni EUR |
10,67 EUR/100 kg netti |