21.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

317


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1980/2005

tal-5 ta’ Diċembru 2005

li temenda l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ adittiv fl-għalf li jagħmel parti mill-grupp ta’ l-elementi traċċa u minn adittiv fl-għalf li jagħmel parti minn grupp ta’ aġenti għat-tagħqid u aġenti kontra s-solidifikazzjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru ta’ l-2003 dwar l-adittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1334/2003 tal-25 ta’ Lulju 2003 li jemenda l-kondizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni ta’ numru ta’ adittivi fi ħwejjeġ ta’ l-ikel li jappartjenu għall-grupp ta’ l-oligoelementi (2) jistabbilixxi livell massimu ta’ ċomb u ta’ l-ossidu taż-żingu u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/2004 tas-16 ta’ Diċembru 2004 li jikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet permanenti u proviżorji ta’ ċerti adittivi u l-awtorizzazzjoni ta’ użi ġodda ta’ adittiv li huwa diġà awtorizzat fl-oġġetti ta’ l-għalf (3) jistabbilixxi livell massimu għaċ-ċomb fil-klinoptilolite ta’ oriġini vulkanika.

(2)

Il-livelli massimi taċ-ċomb ġew stabbiliti għall-adittivi li jagħmlu parti mill-grupp funzjonali tal-komposti ta’ l-elementi traċċa, inklużi l-ossidu taż-żingu, u għall-adittivi li jagħmlu parti mill-gruppi funzjonali ta’ l-aġenti għat-tagħqid, kontra s-solidifikazzjoni, inklużi l-klinoptilolite ta’ oriġini vulkanika mid-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf għall-bhejjem (4), kif emendat mid-Direttiva tal-Kunsill 2005/…/KE (5). Minħabba li r-regoli li jiggvernaw is-sustanzi mhux mixtieqa għandhom jinġabru f’ test wieħed għal aktar ċarezza, huwa xieraq li jitneħħew ir-referenzi kollha korrispondenti mir-Regolamenti 1334/2148/2004.

(3)

Il-miżuri stipolati f’dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Fir-Regolament 1334/2003, il-kliem “kontenut massimu ta’ ċomb: 600 mg/kg” huma mħassra mill-Anness li jikkonċerna ż-żingu.

2.   Fir-Regolament 2148/2004, il-kliem “kontenut massimu ta’ ċomb: 80 mg/kg” huma mħassra mill-Anness li jikkonċerna l-klinoptilolite ta’ oriġini vulkanika.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/87/KE

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar il-5 ta’ Diċembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Reglament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, tal-5.3.2005, p. 8).

(2)  ĠU L 187, tas-26.7.2003, p. 11. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2112/2003 (ĠU L 317, tat-2.12.2003, p. 22).

(3)  ĠU L 370, tas-17.12.2004, p. 24.

(4)  ĠU L 140, tat-30.5.2002, p. 10. Direttiva kif ġiet l-aħħar emendata bid-Direttiva 2005/8/KE (ĠU L 27, tad-29.1.2005, p. 44).

(5)  Ara p. 19 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.