21.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

309


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1967/2005

ta’ l-1 ta’ Diċembru 2005

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura statistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u partikularment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jassigura applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hu neċessarju li jkunu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni tal-merkanziji li għalihom hemm referenza fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi sottodivizjonijiet addizzjonali magħha u li hi stabbilita permezz ta’ dispożizzjonijiet komunitarji speċifiċi, biex tkun implimentata t-tariffa jew miżuri oħra dwar il-kummerċ merkantili.

(3)

Skond dawn ir-regoli ġenerali, il-merkanziji deskritti f’kolonna 1 tat-tabella ppreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kowd NM indikata f’kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet ippreżentati f’kolonna 3.

(4)

Hu xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tat-tariffa li torbot li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li mhix skond dan ir-Regolament tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tkompli tkun evokata min minn iżommha, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kowd Doganali tal-Komunità ( (2).

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kowds Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Il-merkanzija deskritta f’kolonna 1 tat-tabella ppreżentata fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kowd NM indikat fil-kolonna 2.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri, li mhiex skond dan ir-Regolament, tista’ tkompli tiġi evokata għal perjodu ta’ tliet xhur skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar il-1 ta’ Diċembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Laszlo KOVACS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005 (ĠU L 286, 28.10.2005, p. 1).

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Regolament kif finalment emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 648/2005 (ĠU L 117, tas-4.5.2005, p. 13).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-merkanzija:

Klassifikazzjoni

Kodiċi-NM

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Il-prodott jikkonsisti f’likwidu ċar, kemm kemm bir-ragħwa, ta’ kulur li jvarja minn isfar għal ambra. Hu għandu doza alkoħolika ta’ 5.9 % f’termini ta’ volum.

Hu magħmul permezz tal-fermentazzjoni wara t-tferrigħ tax-xgħir ta’ 15.3 grada Plato. Is-soluzzjoni ffermentata tiġi ċċarata u ffiltrata. Huma miżjuda ma din is-soluzzjoni 3.34 % ġulepp taż-zokkor, 0,14 % ta’ komponenti aromatiċi (li 75 % minnhom joriġinaw mit-Tequila), 0,11 % ta’ aċidu ċitriku u 0.002 % ta’ aċidu askorbiku. Dan il-prodott għandu r-riħa u t-togħma tal-birra.

Il-prodott hu intenzjonat għal konsum dirett. Hu ppreżentat bħala birra fi fliexken b’kontenut ta’ 330 ml/0,33 l, b’ tikketta li turi kulma sar.

2203 00 01

Il-klassifikazzjoni hi ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 ta’ l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-għażla tal-kliem tal-kodiċijiet 2203 00 u 2203 00 01 tan-NM.

Il-prodott hu xarba li tista’ tkun ikkunsidrata bħala birra magħmula mix-xgħir ta’ l-intestatura 2203 . Il-prodott ma jistax ikun eskluż mill-pożizzjoni 2203 peress li l-alkoħol miżjud permezz tal-komponenti aromatiċi jirriżulta biss f’0.04 % ta’ alkoħol f’termini ta’ volum. Konsegwentement, il-prodott ma jistax ikun ikklassifikat taħt l-intestatura 2208 .

In-Nota ta’ Spjegazzjoni dwar Sistema Armonizzata ma’ l-intestatura 2203 tindika li zokkor, materjal ta’ kulur, dijossidju tal-karbonju u sustanzi oħra jistgħu jkunu miżjuda. Konsegwentement, il-birra ta’ l-intestatura 2203 tista’, fost affarijiet oħra, tkun aromatizzata.

2.

Tubu flessibbli ta' kwalità solida tal-plastik ta' grad mediku, magħmul mill-.klorur tal-polivinil (PVC) matt bi ħxuna tal-ħajt ta’ madwar 0.6mm u b’dijametru estern ta’ 5.7mm. Jiflaħ pressjoni minima ta’ tifqigħ ta’ 27.6 MPa u huwa impurtat fuq rombli b'tul ta' madwar 1 200  m.

Il-prodott huwa ta' tip ġeneralment użat biex jittrasporta, jittrasmetti jew iforni l-gassijiet u l-likwidi.

Għalkemm il-prodott jista’ jintuża bħala parti għall-istrumenti u l-apparat għall-użu mediku ta’ kodiċi 9018, m’ għandux użu speċifiku bħala parti essenzjali minn tagħmir mediku.

3917 31 90

Il-klassifikazzjoni ddeterminata skond ir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda, in-nota 8 għall-Kapitolu 39, u l-għażla tal-kliem tal-kodiċi NM 3917 , 3917 31 u 3917 31 90 .

Billi l-prodott jista' jintuża għajr għal użu speċifiku mediku, b’oġġetti tal-Kapitolu 90, ma jistax jitqies bħala strument jew apparat għall-użu mediku tal-kodiċi 9018 u huwa eskluż mill-Kapitolu 90 bin-Nota 1(f).

Il-klassifikazzjoni hija bbażata fuq l-għamla u l-materjal kostitwenti tal-prodott. Skond in-Nota 8 għall-Kapitolu 39, jista' jkun ikklassifikat taħt il-kodiċi 3917 .

3.

Tubi tal-plastik vojta minn ġewwa li jiċkienu bis-sħana (PE), ta’ madwar 25 mm tul u 9 mm dijametru.

Meta tapplikalhom is-sħana jiċkienu b'tali mod li jiġu jaqblu perfettament fl-għamla madwar kwalunkwe oġġett li ddaħħal fihom.

Ġeneralment il-prodott jintuża sabiex iħares il-wajers ta’ l-elettriku.

3917 32 39

Klassifika skond ir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, In-Nota addizzjonali 8 għall-Kapitolu 39 u bid-deskrizzjoni tal-kodiċi NM 3917 , 3917 32 u 3917 32 39 .

Il-klassifika hija bbażata fuq il-materjal kostitwenti tal-prodott.

Dawn it-tubi ma jistgħux jitqiesu iżolaturi ta’ l-intestatura 8546 . Skond in-noti ta’ spjegazzjoni HS għall-intestatura 8546 , iżolaturi huma tagħmir użat sabiex jiffissa, jappoġġa jew jiggwida l-kurrent elettriku u fl-istess waqt jiżolahom elettrikament minn xulxin u mill-ert. Dawn it-tubi ma jistgħux jitqiesu bħala tubi iżolaturi ta’ l-intestatura 8547 .

Skond in-noti ta’ spjegazzjoni HS għall-intestatura 8547  (B), tubi magħmula kompletament minn materjal iżolatur (eż, lastku, plastik, ħjut tessili mmaljat jew ħjut tal-fibra tal-ħġieġ) huma eskulżi u kklassifikati skond il-materjal kostitwenti.

4.

Polpa ta’ l-avokado mfarrka ta’ kulur aħdar bil-kompożizzjoni li ġejja (% bil-piż):

Avokado

90,5

ingredjenti oħra (eż. melħ, ħwawar, aċidu ċitriku, anti-ossidant, stabilizzatur, priservattiv) anqas minn

1

kontenut totali ta’ bosta tipi ta’ zokkor (permezz tar-rifrattometrija)

9,6

Il-prodott ippreparat jitqiegħed f’pakketti ta’ kontenut nett li ma jaqbiżx 1kg.

2008 99 67

Il-klassifika hija ddeterminata mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Noti Addizzjonali 2 u 3 għall-Kapitolu 20 u mill-għażla ta’ kliem tal-kodiċi NM 2008 , 2008 99 u 2008 99 67 .

Din il-preparazzjoni ma tistax titqies bħala zalza jew kondiment imħallat ta’ l-intestatura 2103 (ara n-nota ta’ spjegazzjoni tas-sistema armonizzata għall-intestatura 2103 ) għaliex ma fihiex kwantitajiet sinifikanti ta’ ingredjenti ta’ taħwir.

Minħabba li hija ppreparata lil hinn minn dak li huwa previst fil-Kapitolu 8, il-preparazzjoni hija klassifikabbli taħt l-intestatura 2008 .

Il-prodott huwa kkunsidrat bħala “li fih zokkor miżjud” skond in-Nota Addizzjonali 3 għal Kapitolu 20.