21.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

112


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1810/2005

ta’ l-4 ta’ Novembru 2005

dwar awtorizzazzjoni ġdida għal għaxar snin ta' addittiv fl-għalf, l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użi ġodda ta' ċerti addittivi li diġà huma awtorizzati fl-għalf

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 dwar l-addittivi fl-għalf (1), u partikolarment l-Artikoli 3 u 9d(1)u 9e(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar addittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali.

(2)

L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-miżuri ta' tranżizzjoni għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' addittivi ta' l-għalf imressqa skond id-Direttiva 70/524/KEE qabel id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' l-addittivi elenkati fl-Annessi ta' dan ir-Regolament tressqu qabel id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Kummenti tal-bidu mill-Istati Membri dwar dawk l-applikazzjonijiet, kif previst fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE, tressqu lill-Kummissjoni qabel id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Dawk l-applikazzjonijiet għalhekk jibqgħu jitqiesu skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE.

(5)

L-użu tas-sustanza li tinkoraġġixxi t-tkabbir “Formi LHS (diformat tal-potassju)” kien awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħnienes u ħnieżer għat-tismin mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1334/2001 (3). Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni tal-“Formi LHS (diformat tal-potassju)” ressqet applikazzjoni sabiex tikseb awtorizzazzjoni definittiva għal 10 snin. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' din il-preparazzjoni, kif speċifikat fl-Anness I, għandu jiġi awtorizzat għal għaxar snin.

(6)

L-użu ta' l-addittiv “klinoptilolite (clinoptilite) ta' oriġini sedimentarja” bħala membru tal-grupp ta' sustanzi li jgħaqqdu, aġenti anti-caking u koagulanti kien awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħnieżer, it-tiġieġ u d-dundjani għat-tismin u għall-bovini u s-salamun mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1887/2000 (4). Tressqet dejta ġdida b'appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dak l-addittiv. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dak l-addittiv, kif speċifikat fl-Anness II, għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien.

(7)

L-użu ta' l-addittiv “sodium ferrocyanide” bħala membru tal-grupp ta' sustanzi li jgħaqqdu, aġenti anti-caking u koagulanti kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ispeċi kollha jew kategoriji ta' annimali mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 256/2002 (5). Tressqet data ġdida b'appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dak l-addittiv. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dak l-addittiv, kif speċifikat fl-Anness II, għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien.

(8)

L-użu ta' l-addittiv “potassium ferrocyanide” bħala membru tal-grupp ta' sustanzi li jgħaqqdu, aġenti anti-caking u koagulanti kien awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ispeċi kollha jew kategoriji ta' annimali mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 256/2002. Tressqet data ġdida b'appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dak l-addittiv. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dak l-addittiv, kif speċifikat fl-Anness II, għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien.

(9)

L-użu tal-preparazzjoni ta' enżimi ta' endo-1.4-beta-xylanase prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (CNCM MA 6-10 W) kien awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għat-tiġieġ li jbidu, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 418/2001 (6). Data ġdida ġiet imressqa b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dik il-preparazzjoni ta' enżimi. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' enżimi, kif speċifikat fl-Anness III, għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien.

(10)

L-użu tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu Enterococcus faecium NCIMB 11181 kien awtorizzat provviżorjament, mingħajr limitu ta' żmien għall-għoġiela u għal ħnienes, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1333/2004 (7). Dejta ġdida ġiet imressqa b'appoġġ għal applikazzjoni sabiex l-awtorizzazzjoni ta' l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' mikro-organiżmi tiġi estiża għat-tiġieġ għat-tismin. L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) tat opinjoni favorevoli fit-13 ta' April 2005 dwar is-sigurtà ta' dak l-addittiv meta wżat fil-kategorija ta' l-annimali “tiġieġ għat-tismin”, skond il-kondizzjonijiet ta' l-użu kif stipulati fl-Anness IV għal dan ir-Regolament. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' mikro-organiżmi kif speċifikat fl-Anness IV għandu jkun awtorizzat provviżorjament għal erba' snin.

(11)

L-użu tal-preparazzjoni tal- mikro-organiżmu Enterococcus faecium (CECT 4515) kien awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħnienes u għall-għoġiela mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 654/2000 (8). Dejta ġdida ġiet imressqa b'appoġġ għal applikazzjoni sabiex l-awtorizzazzjoni ta' l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' mikro-organiżmi tiġi estiża għat-tiġieġ għat-tismin. L-EFSA tat opinjoni favorevoli fit-13 ta' April 2005 dwar is-sigurtà ta' dak l-addittiv meta użat fil-kategorija ta' l-annimali tat-tiġieġ għat-tismin, skond il-kondizzjonijiet ta' l-użu stipulati fl-Anness IV għal dan ir-Regolament. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' mikro-organiżmi kif speċifikat fl-Anness IV, għandu jkun awtorizzat provviżorjament għal erba' snin.

(12)

L-evalwazzjoni ta' dawn l-applikazzjonijiet turi li ċerti proċeduri għandhom ikunu meħtieġa sabiex il-ħaddiema jkunu protetti mill-esponiment għall-addittivi elenkati fl-Annessi. Protezzjoni bħal din għandha tkun assigurata permezz ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri għall-inkoraġġiment tat-titjib tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (9).

(13)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Il-preparazzjoni li hija parti mill-grupp “Sustanzi li jgħinu t-tkabbir”, kif speċifikat fl-Anness I, hija awtorizzata għal għaxar snin bħala addittiv fin-nutriment ta' l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stipulati f' dak l-Anness.

Artikolu 2

L-addittivi li huma parti mill-grupp “Sustanzi li jgħaqqdu, aġenti anti-caking u koagulanti”, kif speċifikat fl-Anness II, huma awtorizzati għall-użu mingħajr limitu ta' żmien bħala addittivi fin-nutriment ta' l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f' dak l-Anness.

Artikolu 3

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Enżimi”, kif elenkata fl-Anness III, hija awtorizzata għall-użu mingħajr limitu ta' żmien bħala addittiv fin-nutriment ta' l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f' dak l-Anness.

Artikolu 4

Il-preparazzjonijiet li jagħmlu parti mill-grupp “Mikro-Organiżmi” kif speċifikati fl-Anness IV huma awtorizzati provviżorjament għal erba' snin bħala addittivi fin-nutriment ta' l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f' dak l-Anness.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar il-4 ta’ Novembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 270, ta' l-14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, tas-16.10.2004, p. 37).

(2)   ĠU L 268, tat-18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, tal-5.3.2005, p. 8).

(3)   ĠU L 180, tat-3.7.2001, p. 18. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 676/2003 (ĠU L 97, tal-15.4.2003, p. 29).

(4)   ĠU L 227, tas-7.9.2000, p. 13.

(5)   ĠU L 41, tat-13.2.2002, p. 6.

(6)   ĠU L 62, tat-2.3.2001, p. 3.

(7)   ĠU L 247, tal-21.7.2004, p. 11.

(8)  ĠU L 79 tat-30.36.2000, p. 26 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2200/2001 (ĠU L 299, tal-15.11.2001 p. 1).

(9)   ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).


ANNESS I

Numru tar-Reġistrazzjoni ta' l-addittiv

Isem u numru tar-reġistrazzjoni tal-persuna responsabbli għat-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta' l-addittiv

Addittiv

(isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta' annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni

mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ

Sustanzi li jinkoraġġixxu t-tkabbir

E 800

BASF Aktiengesellschaft

Potassium diformate (Formi LHS)

Kompożizzjoni ta' l-addittiv

 

Potassium diformate, solidu min. 98 %,

 

Silikat mass. 1,5 %,

 

Ilma mass. 0.5 %,

Sustanza attiva:

 

Diformat tal-potassju, solidu

 

KH(COOH)2

 

CAS No 20642-05-1

Ħnienes (miftuma)

—

6 000

18 000

Għall-użu fil-ħnienes miftuma sa ma jilħqu madwar 35 kg.

Data [biex timtela mis-servizz li jippubblika l-att fil-ĠU 10 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]

Ħnieżer għat-tismin

—

6 000

12 000

—

Data [biex timtela mis-servizz li jippubblika l-att fil-ĠU 10 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]


ANNESS II

Nru

(jew Nru KE)No.)

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta' annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni

mg/kg ta' għalf sħiħ

Sustanzi li jorbtu, sustanzi anti-caking u koagulanti

E 568

Klinoptilolite ta' oriġini sedentarja

Aluminosilikat tal-kalċju idratat ta' oriġini sedentarja li fih għallinqas 80 % klinoptilolite u massimu ta' 20 % ta' minerali tat-tafal, mingħajr fibri u quartz.

Ħnieżer għat-tismin

—

—

20 000

L-għalf tal-bhejjem kollu

Mingħajr limitu ta' żmien

Tiġieġ għat-tismin

—

—

20 000

L-għalf tal-bhejjem kollu

Mingħajr limitu ta' żmien

Dundjani għat-tismin

—

—

20 000

L-għalf tal-bhejjem kollu

Mingħajr limitu ta' żmien

Bovini

—

—

20 000

L-għalf tal-bhejjem kollu

Mingħajr limitu ta' żmien

Salamun

—

—

20 000

L-għalf tal-bhejjem kollu

Mingħajr limitu ta' żmien

E 535

Sodium Ferrocyanide

Na4[Fe(CN)6]. 10H2O

L-ispeċi jew kategoriji kollha ta' annimali

—

—

—

Kontenut massimu: 80 mg/kg NaCl (ikkalkulata bħala ferrocyanide anion)

Mingħajr limitu ta' żmien

E 536

Potassium Ferrocyanide

K4[Fe(CN)6]. 3H2O

L-ispeċi jew kategoriji kollha ta' annimali

—

—

—

Kontenut massimu: 80 mg/kg NaCl (ikkalkulata bħala ferrocyanide anion)

Mingħajr limitu ta' żmien


ANNESS III

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta' annimal

Etàmassima

Kontenutminimu

Etàmassima

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni

Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf sħiħ

Enżimi

E 1613

Endo-1,4-beta-xylanase KE 3.2.1.8

Preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-xylanase prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (CNCM MA 6-10 W) li għandha attività minima ta':

 

Forma ta' trab: 70 000  IFP (1) /g

 

Forma likwida: 7 000  IFP/ml

Tiġieġ li jbidu

—

840 IFP

—

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għal kull kg ta' għalf sħiħ: 840 IFP

3.

Għall-użu f'għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li mhumiextal- lamtu (fil-biċċa l-kbira arabinoxylans).eż. li fihom aktar minn 40 % qamħ.

Mingħajr limitu ta' żmien


(1)  1 IFP huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 1 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' ksilożju) minn xylan tal-ħafur fil-minuta f' pH ta' 4.8 u 50.°C.


ANNESS IV

Nru KE jew Nru.

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta' annimal

Etàmassima

Kontenutmassimu

Etàmassimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni

CFU/kg ta' għalfsħiħ

Mikro-organiżmi

15

Enterococcus faecium

NCIMB 11181

Preparazzjoni ta' Enterococcus faecium li fiha minimu ta':

 

Fil-forma ta' trab:

4 × 1011 CFU/g addittiv

 

Fil-forma miksija:

5 × 1010 CFU/g addittiv

Tiġieġ għat-tismin

—

2,5 × 108

15 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

Data [biex timtela mis-servizz li jippubblika l-att fil-ĠU 4 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]

18

Enterococcus faecium

CECT 4515

Taħlita ta' Enterococcus faecium li fiha ammont minimu ta':

1 × 109 CFU/g addittivi

Tiġieġ għat-tismin

—

1 × 109

1 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

Data [biex timtela mis-servizz li jippubblika l-att fil-ĠU 4 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]