9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

241


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1747/2005

ta' l-24 ta' Ottubru 2005

jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2001 li jippreskrivi regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar il-kummerċ ma’ terzi pajjiżi ta’ prodotti fis-settur tal-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 59(3)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004 tas-7 ta' Settembru 2004 biex jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (2) li jemenda n-nomenklatura għal ċertu nbejjed tal-mejda.

(2)

L-Annessi II u II għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 (3) fihom listi ta' prodotti tal-inbid, li l-kodiċijiet tagħhom għandhom jiġu adottati biex jikkorrispondu għall-emendi introdotti mir-Regolament (KE) Nru 1810/2004.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2001 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

L-emendi għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2005, id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1810/2004.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2001 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-Anness II għandu jinbidel bit-test stipulat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

(b)

L-Anness III għandu jinbidel bit-test stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta' Ottubru 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-(KE) Nru 1188/2005 (ĠU L 193, 23.7.2005, p. 24).

(2)  ĠU L 327, 30.10.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 128, 10.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 908/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 56).


ANNESS I

“ANNESS II

Il-kategoriji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 8(1)

Kodiċi

Kategorija

2009 69 11 9100

2009 69 19 9100

2009 69 51 9100

2009 69 71 9100

2204 30 92 9100

2204 30 96 9100

1

2204 30 94 9100

2204 30 98 9100

2

2204 21 79 9910

2204 29 62 9910

2204 29 64 9910

2204 29 65 9910

3

2204 21 79 9100

2204 29 62 9100

2204 29 64 9100

2204 29 65 9100

4.1

2204 21 80 9100

2204 29 71 9100

2204 29 72 9100

2204 29 75 9100

4.2

2204 21 79 9200

2204 29 62 9200

2204 29 64 9200

2204 29 65 9200

5.1

2204 21 80 9200

2204 29 71 9200

2204 29 72 9200

2204 29 75 9200

5.2

2204 21 84 9100

2204 29 83 9100

6.1

2204 21 85 9100

2204 29 84 9100

6.2

2204 21 94 9910

2204 21 98 9910

2204 29 94 9910

2204 29 98 9910

7

2204 21 94 9100

2204 21 98 9100

2204 29 94 9100

2204 29 98 9100

8”


ANNESS II

“ANNESS III

Il-gruppi tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 8(2)

Il-kodiċi tal-prodotti tan-nomenklatura tal-prodott agrikolu għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni

Grupp

2009 69 11 9100

2009 69 19 9100

2009 69 51 9100

2009 69 71 9100

A

2204 30 92 9100

2204 30 96 9100

B

2204 30 94 9100

2204 30 98 9100

C

2204 21 79 9100

2204 21 79 9200

2204 21 79 9910

2204 21 84 9100

D

2204 21 80 9100

2204 21 80 9200

2204 21 85 9100

E

2204 29 62 9100

2204 29 62 9200

2204 29 62 9910

2204 29 64 9100

2204 29 64 9200

2204 29 64 9910

2204 29 65 9100

2204 29 65 9200

2204 29 65 9910

2204 29 83 9100

F

2204 29 71 9100

2204 29 71 9200

2204 29 72 9100

2204 29 72 9200

2204 29 75 9100

2204 29 75 9200

2204 29 84 9100

G

2204 21 94 9910

2204 21 98 9910

H

2204 29 94 9910

2204 29 98 9910

I

2204 21 94 9100

2204 21 98 9100

J

2204 29 94 9100

2204 29 98 9100

K”