|
27.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
36 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) Nru 1734/2005
tas-17 ta' Ottubru 2005
li jħassar ir-Regolament tal-Kunsilli Nru 6/66/Euratom, 121/66/KEE, ir-Regolament tal-Kunsilli Nru 7/66/Euratom, 122/66/KEE u r-Regolament tal-Kunsilli Nru 174/65/KEE, 14/65/Euratom
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol għall-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet, stabbiliti bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1) u emendati l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 31/2005 (2),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għar-Regolamenti tal-Persunal,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsilli Nru 6/66/Euratom, 121/66/KEE tat-28 ta’ Lulju 1966 li jistabbilixxi l-lista tal-postijiet fejn tista’ tingħata konċessjoni għall-alloġġ, kif ukoll it-total massimu u r-regoli li jiddeterminaw meta tingħata din il-konċessjoni (3), jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 14a ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Personal. Dan l-Artikolu ġie mħassar mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 tat-22 ta’ Marzu 2004 li emenda r-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol għall-Impjegati l-oħra tal-Komunitajiet (4). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsilli Nru 7/66/Euratom, 121/66/KEE tat-28 ta’ Lulju 1966 li jistabbilixxi l-lista tal-postijiet fejn tista’ tingħata konċessjoni għall-alloġġ, kif ukoll it-total massimu u r-regoli li jiddeterminaw meta tingħata din il-konċessjoni (5), u li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 14a ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Personal. Dan l-Artikolu ġie mħassar ukoll mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kunsilli Nru 174/65/KEE, 14/65/Euratom tat-28 ta’ Diċembru 1965 li jistabbilixxi tabelli ta’ mortalità u ta' invalidità u l-liġi ta’ varjazzjoni fis-salarji li għandha tintuża għall-kalkolu tal-valuri attwarji, previst mir-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet (6), jikkonċerna t-twettiq ta' l-Artikolu 39 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Personal, li wkoll ġie mħassar mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004. |
|
(4) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ta’ sigurtà ġuridika, ir-Regolamenti msemmija, li m'għadhomx jgħoddu, għandhom jiġu mħassra espressament, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolamenti Nru 6/66/Euratom, 121/66/KEE, Nru 7/66/Euratom, 122/66/KEE u Nru 174/65/KEE, 14/65/Euratom qed jiġu mħassra.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, 17 ta' Ottubru 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BECKETT
(3) ĠU 150, 12.8.1966, p. 2749/66. Regolament emedat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KE, Euratom) Nru 3358/94 (ĠU L 356, 31.12.1994, p. 1).
(4) ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1.
(5) ĠU 150, 12.8.1966, p. 2751/66. Regolament emedat bir-Regolament (KE, KEFA, Euratom) Nru 2460/98 (ĠU L 307, 17.11.1998, p. 4).